Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

Baġit: tajjeb wisq b 12 illum | Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 I l-baġit preżentat itTnejn li għadda ntlaqa' tajjeb mill-maġġoranza tal-imsieħba speċjali u ekonomisti, iżda l-Unjoni Ewropea għadha tħares b'ċertu xettiċiżmu lejn ilpreviżjonijiet tal-Gvern. Dan wassal biex il-Kummissarju Ewropew Olli Rehn jiddikjara li l-Kummissjoni xorta qed tipproġetta li Malta ma tniżżilx id-defiċit tagħha taħt it-3%, il-livell stabbilit mill-Unjoni Ewropea. L-ekonomista u konsulent finanzjarju Alfred Mifsud jispjega li r-reputazzjoni ta' Malta malUnjoni Ewropea tiddependi ħafna fuq ir-riżultati li l-ekonomija Maltija tikseb f 'dawn ix-xahrejn. Dan ifisser li biex l-Unjoni Ewropea taċċetta l-pjan ta' Malta li sa tmiem is-sena d-dieħla d-defiċit jonqos għal kważi 2%, l-ewwel id-defiċit irid jinżel għal 2.7% sal-aħħar ta' din is-sena. Dan biex Malta ma tidħolx fil-proċeduri ta' defiċit eċċessiv. "Dawn ix-xahrejn jaffetwaw l-kredibilità tagħna mal-UE. Li d-defiċit ta' din is-sena jinżel għal 2.7% f 'xahrejn biss hija possibbli għax ħafna mid-dħul tal-Gvern jasal propju fl-aħħar xahar tassena. Kif ngħidu, il-Gvern bħannegozji: Diċembru jkissrek jew isalvak. Il-Gvern ikollu bosta rċevuti fiskali u pagamenti kbar ta' banek u kumpaniji li jidħlu f 'Diċembru. L-opinjoni talKummissjoni Ewropea, li toħroġ f 'April li ġej, għal kollox tiddependi fuq x'jiġri f 'Diċembru," jispjega l-ekonomista. Mistoqsi jekk l-UE tiħux inkonsiderazzjoni li kien hemm bidla fl-amministrazzjoni talpajjiż, Mifsud wieġeb fin-negattiv. "Għall-Unjoni Ewropea m'hemmx partit u ieħor, hemm Malta. Li tieħu inkonsiderazzjoni żgur hu li fl-aħħar baġit preżentat minn Tonio Fenech f 'Novembru tassena l-oħra, il-Gvern kien qed jipproġetta defiċit ta' 2.3% meta fil-verità kien tela' għal 3.3%. Żball oħxon ta' 1% li affettwa l-kredibilità tagħna malawtoritajiet Ewropej. Il-kredibilità tista' tintrebaħ lura bir-riżultat ta' din is-sena biss." Bejn messaġġi pożittivi u bżonn Alfred Mifsud janalizza l-baġit preżentat, id-defiċit u t-tkabbir ekonomiku. James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt ta' aktar informazzjoni Il-konsulent finanzjarju jgħid li d-defiċit hu previst li jonqos fil-kuntest li jiżdiedu l-benefiċċji u n-nefqa rikorrenti, u għalhekk hemm bżonn aktar informazzjoni dwar diversi aspetti biex ma jikkonkludix li l-baġit hu wisq tajjeb biex jitwemmen. Mifsud jgħid li kien qed jistenna żieda fl-investiment kapitali għax inkella l-Gvern ma kienx ikun eleġibbli li juża l-fondi Ewropej. Jgħid ukoll li l-baġit ma ddiżappuntax f 'dak li għandu x'jaqsam mal-proposti elettorali li kien wiegħed il-Gvern, fosthom ir-roħs tat-tariffi tal-enerġija u l-politika ta' childcare centres. Mifsud jinnota wkoll b'sodisfazzjon li l-baġit kellu ruħ soċjali imma li tinċentiva n-nies biex jaħdmu u jikkontribwixxu għall-ekonomija. "Il-baġit bagħat il-messaġġ biex titnaqqas id-dipendenza soċjali u jkabbar l-integrazzjoni ekonomika. Min kien imdorri jgħix fuq isservizzi soċjali jibda jgħix b'dak li jaqla' minn xogħlu. Is-soċjaliżmu x'inhu? Li jgħin lil min għandu bżonn. Il-problemi jqumu meta min għandu bżonn jidra blgħajnuna u jibqa' jippretendiha bi dritt," jissokta jgħid Mifsud, li jiddeskriviha bħala bidla filkultura. Jikkonferma wkoll li bidla oħra mill-passat tkun li l-baġit ġie preżentat minn ekonomist. "Xi ħadd bħal Scicluna, b'esperjenza twila fir-riċerka u t-tagħlim talekonomija, jista' jara l-impatt fuq il-potenzjal ekonomiku ta' Malta." Baġit ta' qabel l-elezzjoni Nirrimarkalu li fl-aħħar leġislaturi konna mdorrijin li l-ewwel baġit wara elezzjoni jkun l-aktar iebes. Jaħseb li l-Gvern ġab prijoritajiet politiċi qabel dawk "Nikkonkludi li dan il-Gvern ma jemminx f'gimmicks" ekonomiċi? "Dak kien disinn ibbażat fuq sistema li l-politiku kien waħħad iċ-ċiklu ekonomiku maċ-ċiklu politiku. Jiġbor aktar fil-bidu talleġislatura biex ikollu x'iqassam fl-aħħar. Illum il-ġurnata diffiċli tkompli tagħmel dan bl-internazzjonalizzazzjoni talpolitika lokali. Il-politiku ma jistax jikkontrolla x'effett iħallu s-swieq internazzjonali," jispjega Mifsud, li jsemmi wkoll ir-rabta monetarja li Malta għandha maż-żona Ewro. "Però nirrimarka li l-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat huwa mfawwar b'kunfidenza qawwija li m'hemmx għalfejn jimxi maċ-ċikli ekonomiċi għax għandu pjan kif ikabbar l-ekonomija f 'ħames snin, kull sena jibqa' jżid. Nikkonkludi li dan il-Gvern ma jemminx f 'gimmicks." Kritika tal-Oppożizzjoni Skont Alfred Mifsud, il-fatt li l-Prim Ministru għandu sfond fl-ekonomija li l-kap talOppożizzjoni m'għandux tista' titqies bħala żvantaġġ għal kap Nazzjonalista. Madankollu, jgħid ukoll li dan jiddependi fuq in-nies ta' madwar Busuttil li jagħtuh ilpariri. L-ekonomista ma jaqbilx malkritika tal-Oppożizzjoni li t-taxxi fuq il-poplu se jiżdiedu b'170 miljun. "Il-€170 miljun huwa kemm ilGvern se jdaħħal aktar, imma trid tara min se jħallashom. Ma tistax tkun simplistiku bħal Busuttil u tgħid li kull familja se tħallas €400 aktar għax mhux hekk se jiġri. Eżempju l-Gvern se jdaħħal aktar mit-taxxa tad-dħul imma n-nies ħa jħallsu inqas għax naqsu r-rati. Is-sisa fuq il-fjuwil se tiżdied imma l-impatt se jkun minimu fuq il-konsumatur minħabba l-arranġament tal-hedging," jiċċara Mifsud. Ma jaqbilx lanqas mal-argument tal-Oppożizzjoni li l-baġit ma jindirizzax il-problema tal-qgħad, għax din ma ssirx mil-lum għal għada. Isostni li l-qgħad jonqos jekk tħajjar aktar investiment barrani u tħajjar aktar nisa joħorġu fid-dinja tax-xogħol. Isemmi bosta miżuri fil-baġit li jagħmlu dan, filwaqt li jsemmi wkoll iż-żieda ta' 11% fl-edukazzjoni. "F'dan il-kuntest ma tistax tgħid li mhu jsir xejn!" jargumenta Mifsud. Il-marki negattivi tal-baġit Mitlub jikkummenta dwar xi miżuri li xtaq jara fil-baġit li ma kkonkretizzawx, mingħajr ma jaħsibha darbtejn l-ekonomista jsemmi li wasal iż-żmien għal inċentiv ta' aktar assikurazzjoni tas-saħħa privata. Dan iwassal biex inaqqas il-pressjoni fuq ilqasam tal-kura tas-saħħa li għandu domanda kbira u riżorsi limitati. "Is-sena l-oħra Tonio Fenech kien għamel żball oħxon ta' 1% fid-defiċit, li affettwa l-kredibilità tagħna malawtoritajiet Ewropej" Iqajjem dubji wkoll dwar tnaqqis sostanzjali f 'diversi allokazzjoniijiet lil ministeri jew dipartimenti, bit-tnaqqis ġieli jkun ta' xi miljuni. Ċittadinanza Fost it-temi l-aktar diskussi fil-parlament f 'dawn il-jiem kien hemm ukoll il-kwistjoni taċċittadinanza, li biha l-Gvern qed joffri l-bejgħ taċ-ċittadinanza għal €650,000. Mifsud isostni li wieħed jista' ma jaqbilx ma' dan il-programm fuq punt ta' prinċipju, iżda huma ftit in-nies li joġġezzjonaw mil-lat ekonomiku. "Il-Gvern dejjem għandu bżonn sorsi oħra ta' flus, jekk dawn ma jkunux aktar taxxi aħjar. Iċ-ċittadinanza se tinxtara minnumru żgħir ħafna ta' nies li ma tagħmilx differenza, għax iċċittadinanza tingħata b'xejn lil ħafna aktar nies biż-żwieġ jew wara snin jgħixu hawn. Jekk ma jkunx

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013