Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 Ħames Minuti ma' Clive Piscopo GRADWAT b'MA fil-Letteratura Ingliża u mħarreġ mir-Royal Shakespeare Company fi Stratford, l-Ingilterra, Clive huwa għalliem tal-Ingliż kif ukoll attur, kittieb u direttur. Wara s-suċċess tal-kitba ta' ANĠLI: Kapitlu Ġdid kif ukoll talinterpretazzjoni tiegħu bħala Musa Semir f'din is-serje tant popolari, Clive Piscopo għadu kif irritorna bil-kbir wara waqfa ċkejkna ta' ftit xhur. Għadu kif rebaħ – għat-tieni sena konsekuttiva – il-Festival tat-Teatru Soċjali permezz tad-dramm Inverżjoni, xogħol imtella' mill-atturi tal-Freespirit Acting. Bħalissa Clive qiegħed jipprepara għad-dramm klassiku ta' Francis Ebejer Meta Morna tal-Mellieħa (15, 16, 17 ta' Novembru fit-Teatru Manoel) u riċentament, beda wkoll jaddatta għal TVM il-ktieb Traġedji Maltin ta' Edward Attard li għandu jixxandar f'Jannar li jmiss. Clive huwa wieħed mid-diretturi u għalliema tad-drama fil-Freespirit Acting. jolqotni ma naħsibx li naħsibha darbtejn biex immur għalih. Kif għedtlek, it-tnejn huma sbieħ. U ninsab kuntent ħafna bl-ewwel skripts li ktibt! Naħseb se jkun vjaġġ intens u eċitanti ieħor! jagħmluni kuntent. Ħin mal-familja. Ħin mal-ħbieb. U li nagħmel dak li nħobb u li nħobb dak li nagħmel. Hemm xi artist Malti li jispirak? Hemm ħafna! Għandna ħafna talent f'pajjiżna. Imma fuq nett tal-lista hemm Albert Marshall li ddiriġieni f'ħames drammi u kien l-iktar direttur li ħdimt miegħu. Tgħallimt ħafna ħafna mingħandu u meta jsejjaħli biex naħdem miegħu qatt ma naħsibha darbtejn. Hemm ukoll Trevor Zahra li kien wieħed mill-ewwel kittieba li nkoraġġieni biex nikteb. L-appoġġ li kien tani fil-bidu talkarriera tiegħi u meta x-xogħol tiegħi ma kienx daqshekk magħruf ma ninsih qatt. X'inhu l-aktar valur importanti għalik? Is-saħħa. Il-familja. Il-kuntentizza. Ilħbieb. L-imħabba. Il-kwalità tax-xogħol tiegħi. Lealtà. Suppost għażilt waħda, hux? Naf, qarraqt. Għandek ix-xogħol li dejjem xtaqt? Iva. Ommi tgħid li ta' ħames snin kont ngħid li rrid insir għalliem. U hekk sirt. Ngħallem l-Ingliż fi skola tal-Knisja għas-subien u qiegħed ħafna għall-qalbi! Għandi kollegi u studenti tal-ġenn! U ngħallem id-drama fil-Freespirit Acting - fejn komplejt niltaqa' ma' iktar nies tal-ġenn ... u kemxejn imġienen! Apparti minn hekk nikteb, nirreċta, u niddirieġi. Ħajja mimlija! Ma nistax ingorr! L-isbuħija taffettwa kemm ikollok opportunitajiet fit-televiżjoni? Ma nafx kif jaħdem ħaddieħor. Naf żgur li meta nagħżel l-atturi jien għax-xogħlijiet tiegħi nħares lejn tliet affarijiet: X'iġib interessanti dan l-attur lill-karattru? Dan l-attur joqgħod f'dan Malta xi tfisser għalik? Nammetti li lil Malta nħobbha wisq. Kemm bħala pajjiż. U kemm bħala lingwa u kultura. Vera, għandha l-limitazzjonijiet tagħha. Bħal kull pajjiż ieħor wara kollox! Imma Malta dejjem tibqa' Malta għalija. Nieħu gost insiefer u nara pajjiżi oħra ... imma dejjem naf li se niġi lura. Kelma waħda li tiddeskrivik? Ġenn. S'issa, l-irwol ta' Musa fis-serje televiżiva ANĠLI kien dak li ġablek l-aktar fama. Kemm hu faċli biex tibqa' żżomm il-fama? Pjuttost faċli għax ma naħsibx fuqha. X'jiġifieri tkun famuż? Għax jagħrfuk in-nies u jsellmulek? Dik xi ħaġa sabiħa. Għax iwaqqfuk u jgħidulek li vera jogħġobhom xogħolok? Dik xi ħaġa isbaħ u vera napprezzaha! Imma iktar minn hekk? Nippreferi nikkonċentra fuq ix-xogħol tiegħi u naħdem biex ix-xogħol il-ġdid ikun aħjar minn ta' qablu. Il-kwalità ta' xogħli hija l-ikbar prijorità għalija. Il-popolarità hija biss konsegwenza. Liem hi l-aktar faċli, tirreċta karattru li jdaħħaq jew li jbeżża'? U liem tippreferi? Għamilt it-tnejn li huma. U t-tnejn huma teknikament iebsin. Fit-teatru hemm il-clichè li iktar faċli tbikki milli ddaħħak. U forsi vera. Jien inħares lejn kwalunkwe karattru li joffruli bħala sfida. Kull karattru huwa uniku u jġib miegħu ħafna xogħol. Liem karattru nippreferi? It-tweġiba hija sempliċi: karattru interessanti; karattru li fih x'tomgħod u tiskopri u li bħal bnedmin veri għandu saffi differenti. X'tippreferi, taħdem għat-TV jew fitteatru? Iebsa ħafna din. Jien bdejt fit-teatru. It-televixin ġie wara. It-tnejn sbieħ: ittelevixin jirrikjedi xogħol iktar sottili u għax huwa medium popolari, tmiss iktar nies. Imma t-teatru għandu xi ħaġa hekk ... iktar. Għandu dak il-mument, elettriku, nsejjaħlu jien. Hemm in-nies quddiemek. Tħosshom miegħek. U kollox jista' jinqala'. Flokk demm, ikollok nar jiġru fil-vini. Wara r-reazzjoni qawwija tannies li ġabli l-karattru ta' Musa, ħadt daqxejn ta' brejk mit-televixin u bħalissa qed nagħmel ftit xogħol fit-teatru għax immissjajtu ħafna. Madankollu jekk xi ħadd joffrili karattru interessanti u li Tħobb issegwi l-moda? Jien nilbes skont kif inkun komdu jien u x'jogħġob lili. L-isbaħ esperjenza ta' ħajtek? Il-mument t'issa. Minbarra li int attur, int ukoll kittieb. Huma żewġ dinjiet differenti? Ħafna! Id-dinja tat-teatru/televixin hija dinja soċjali ħafna. Tiltaqa' ma' ħafna nies, titkellem, tiddiskuti u taħdem flimkien magħhom. Tibni storja/xena flimkien mar-reazzjonijiet tagħhom. Il-kitba hija ħafna iktar personali: Jien, il-laptop u makk tè. Xejn iktar! Meta kont qed nitkeb is-serje Anġli: Kapitlu Ġdid kont inqatta' sigħat waħdi ġo kamra nimmaġina u nikteb. Huma mumenti sbieħ ħafna meta tkun qed toħloq storja. U meta tara l-istorja tinżel tajjeb ħafna man-nies u saħansitra jwaqqfuk fit-triq u jgħidulek li ma jiċċaqalqux minn quddiem it-televixin tħoss sodisfazzjon kbir. Ma nafx x'iħossu kittieba oħra imma nammetti li xi kultant il-kitba ġġib magħha solitudni u ħafna frustrazzjoni. Imma xorta ma ngħaddix mingħajrha u naqa' għaliha. Dis-sena eċitat ħafna bi proġett ġdid li talbuni nikteb. Se naddatta l-ktieb Traġedji Maltin ta' Edward Attard għat-televixin fi proġett mad-Dee Media. l-irwol? Kemm hu ddedikat dan l-attur u lest li jaħdem bl-istess intesità li naħdem jien? Jekk ikollok tbiddel xi ħaġa fis-soċjetà Maltija, xi tkun? L-ossessjoni li niġġudikaw. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Ġeneralment pożittiva. Ok, nammetti li xi kultant jaqbadni ftit paniku għax hemm wisq affarijiet li nixtieq nagħmel u ta' spiss naqbad lili nnifsi għajjien bl-ammont ta' xogħol. Iżda mbagħad niftakar li qed nagħmel l-affarijiet kollha li nħobb ... u nħossni vera grat! X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? L-iktar valuri importanti semmejthom hawn fuq. Mhux se ndur mal-lewża imma: iktar flus, iktar kumdità. X'jagħmlek l-aktar kuntent? L-iktar affarijiet sempliċi fil-ħajja. Irrealizzajt li huma l-iċken affarijiet li vera L-iktar darba li stħajt? Kont għadni student u kont qiegħed fil-librerija tal-Università nistenna li jkun hemm kompjuter disponibbli biex immur naħdem siegħa fuqu. Il-laptops kienu għadhom mhux in voga! Kelli erba' sigħat free mil-lectures u x-xogħol li kelli nagħmel kont lestejtu. Niftakarni nittama li forsi jlesti xogħlu xi student u mmur sparat minfloku. Jien u nistenna niftakarni ninnota studenta Ċiniża tikteb fuq kompjuter mingħajr ma tieqaf. Sagħtejn u nofs sħaħ. Bla waqfien. Naħseb riedet iddaħħal xi assignment dakinhar stess. Kumbinazzjoni jqum minn postu l-istudent ta' ħdejha u jien tirt minfloku. Tant kont iddejjaqt niċċassa li minflok naħdem spiċċajt nilgħab logħba online ... bl-istudenta Ċiniża għaddejja gass down tittajpja ħdejja. Hi taħdem u jien nilgħab miskina. F'daqqa waħda, minħabba l-logħba, il-kompjuter tiegħi waqaf jaħdem u kelli nagħfas ir-restart button. Hekk għamilt. Imma minflok intefa' l-iskrin tiegħi, intefa' tagħha! Jien ħarist lejn l-iskrin tagħha. Imbagħad lejn tiegħi. Iċ-Ċiniża lanqas tniffset. Baqgħet tħares lejn l-iskrin tagħha b'ħalqha miftuħ. Bdejt inħossni mmut biċċa biċċa. Milli jidher kelli nuża t-tower tal-lemin u mhux taxxellug, li kien tagħha! Qatt ma naf li ġrejt daqshekk f'ħajti! Pjanijiet li għandek għall-futur? Li niddixxiplina ruħi iktar u nlesti ktieb li bdejt nikteb is-sena li għaddiet. Għandi stejjer li ilhom iduru f'moħħi 13-il sena. Meta se niktibhom??? X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Li nagħmel dak li nħobb. U li nibqa' nħobb dak li nagħmel. Jekk ħaddieħor jieħu gost miegħi u bix-xogħol tiegħi wkoll tant l-aħjar!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013