Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Fit-triq it-tajba MIT-TELFA elettorali ta' Marzu li għadda, inNazzjonalisti ma jistgħux jaqbdu art u jagħmlu x'jagħmlu qegħdin kull darba jpoġġu lilhom infushom daharhom malħajt. Fosthom hemm min diġà qiegħed jgħid li għamlu żball meta bħala suċċessur ta' Lawrence Gonzi għażlu lil kap attwali Simon Busuttil. Ovvjament dik għażla tagħhom, imma jien konvinta li kieku għażlu lil ħaddieħor ma kinux se jkunu f 'xi pożizzjoni wisq aħjar. Irraġuni għal dan hija li l-istil ġdid ta' politika li introduċa l-Prim Ministru Joseph Muscat sa minn meta nħatar mexxej tal-Partit Laburista issa qiegħda tagħti l-frott. Qiegħda tagħti riżultati li tarahom b'għajnejk u tmisshom b'idejk. Quddiem din issitwazzjoni mhux faċli għall-Oppożizzjoni, tkun immexxija minn min tkun immexxija, biex toffri kritika li titwemmen, aktar u aktar meta l-partit fl-Oppożizzjoni jkun għamel il-25 sena ta' qabel fittmexxija tal-pajjiż. CLAUDETTE ABELA BALDACCHINO Ħa nagħti eżempju. Meta l-Gvern Laburista kien ħabbar il-ftehim mal-Libja, in-Nazzjonalisti kienu ħarġu jifirħulu. Niftakar kont iltqajt ma' ħabib tiegħi li kien qalli li milli jidher kien se jkollna oppożizzjoni kostruttiva li kienet se ssegwi l-politika li mexa biha Joseph Muscat meta kien Kap tal-Oppożizzjoni billi dak li huwa iswed jgħidlu iswed, u dak li huwa abjad jgħidlu abjad. Jien kont qbilt miegħu, iżda kont żidt ngħidlu li jista' jkun li qegħdin nitkellmu kmieni wisq. Propju ftit tal-jiem ilu, erġajt iltqajt ma' dan il-ħabib u fakkartu f 'dak li konna għidna dakinhar. Fil-fehma ta' dan il-ħabib, in-Nazzjonalisti u Simon Busuttil ftit li xejn kellhom għażla għajr li jbiddlu dik it-tattika. Meta staqsejtu għaliex kien pront qalli: "Int qiegħda tippretendi wisq, għax kieku ta' kull ġimgħa kien ikollhom joħorġu stqarrija, (jekk mhux aktar ukoll), ifaħħru lill-Gvern daqskemm ftehim saru ma' pajjiżi differenti". Wieħed ma jistax ma jaqbilx miegħu meta nħarsu lura u naraw kemm-il ftehim sar ma' pajjiżi differenti. Imma mhumiex biss dawn il-ftehim li qegħdin ipoġġu kontinwament linNazzjonalisti daharhom mal-ħajt. Issa qegħdin naraw anke r-riżultati tat-tmexxija għaqlija tal-Gvern Laburista fil-qasam lokali. Kif tafu, tul l-amministrazzjoni ta' Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 | illum 17 Lawrence Gonzi konna ta' kull sena nisimgħu ftaħir li l-Gvern kien se jirnexxielu jnaqqas id-defiċit għal taħt it-tlieta filmija kif mitlub mir-regoli talUnjoni Ewropea. Saħansitra kienu qalulna li d-defiċit kellu jinġieb fix- xejn u suppost li ilna numru ta' snin nispiċċaw is-sena minn fuq. Jiġifieri b'bilanċ favorevoli. Ta' kull sena kienu jfallu filmiri tagħhom u allura kienu jirrikorru għal skuża jew oħra biex jiġġustifikaw il-falliment tagħhom. Il-Gvern Laburista, anke jekk fl-ewwel sena tiegħu, kellu jħaddem programm imfassal minn ħaddieħor minħabba li adotta l-istess baġit imressaq mill-Gvern ta' Lawrence Gonzi, xorta se jkun qiegħed jirnexxielu jniżżel id-defiċit għal taħt it-tlieta fil-mija. U kif tħabbar filbaġit li tressaq mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna nhar it-Tnejn li għadda, dan id-defiċit mistenni jkompli jonqos is-sena d-dieħla meta jidher ċar li l-programm imressaq mill-Gvern flewwel baġit imħejji minnu, programm li jinkludi xejn inqas minn 250 miżura, sab l-appoġġ ta' kulħadd. Kif stajtu tisimgħu u taqraw, ekonomiċi ewlenin f 'pajjiżna, kif ukoll korpi kostitwiti, mhux biss faħħru l-baġit imma saħansitra qalu ċar u tond li dan huwa baġit li juri li l-Gvern għandu kontroll sħiħ fuq l-ekonomija tal-pajjiż. Dan għalija jfisser bl-aktar mod ċar li pajjiżna qabad ittriq it-tajba li għandha twassal għal tkabbir ekonomiku. Qbadna t-triq li se twassalna għal Malta aktar b'saħħitha li allura tkun tista' toħloq aktar ġid li mbagħad ikun irid jitqassam b'mod ġust biex minnu jgawdu l-familji kollha. Ovvjament dan ma jfissirx li nistgħu noqogħdu b'idejna fuq żaqqna. Anzi rridu naħdmu ferm u ferm aktar. U fuq kollox irridu naħdmu bil-għaqal għax fl-opinjoni tiegħi, is-suċċess jiddependi mill-għaqal fittmexxija. Kif urew l-ewwel ftit xhur tat-tmexxija ta' Joseph Muscat li minkejja t-tħarbit li wiret, diġà qabbad lil pajjiżna fit-triq it-tajba. Il-baġit fil-bidu ta' kampanja elettorali oħra DR Joseph Muscat donnu qed jieħu pjaċir jilgħabha ta' Prim Ministru u jkolli ngħid li għandu għaliex, il-merti huma kollha tiegħu. Huwa, illum jifhem kemm ħadmet favur tiegħu l-magna elettorali tal-partit li għamlet biċċa xogħol tajba f 'dak li huwa eżerċizzju ta' marketing. Għaliex biex tbigħ trid tkun kapaċi tikkonvinċi. Illum aktar mill-valuri u mill-etika u minn prodott tajjeb, li jiswa huwa d-dehra. Fil-marketing kummerċjali jew int agressiv jew ma teżistix. Daqshekk ieħor fil-politika, l-agressività hija meħtieġa. Tant hu hekk, li llum nistgħu ngħidu li l-poplu tagħna qed jara quddiem għajnejh, il-bidu mill-ġdid tal-kampanja elettorali li qed issir bl-iskuża biex il-Gvern jikkonvinċi lill-poplu dwar it-tajjeb tal-baġit. Iżda mhux daqshekk biss. Mejju dalwaqt magħna u ser jerġa' jkollna elezzjoni oħra għal Parlament Ewropew. Muscat ma jridx jitlef vot wieħed minn dak li rebaħ Muscat tgħallem it-tagħlima minn meta l-PN kien filGvern. Għal PN meta kien fil-Gvern l-operat tal-Gvern u l-kampanji elettorali kienu kemxejn distinti. Kienu r-realtà tal-partit iżda mhux tal-Gvern. Għal Muscat illum, il-Partit EDWIN VASSALLO huwa l-Gvern u l-Gvern huwa l-Partit. Żgur li Muscat ma jridx li jitlef xi vot wieħed minn dak li kien rebaħ flelezzjoni ġenerali li għaddiet. Dan il-baġit għal 2014 kien il-bidu ta' kampanja elettorali li għal Labour trid twassal sal-elezzjoni tal Parlament Ewropew. Il-billboards lura fit-toroq tagħna In-nies qed jintebħu li dik l-għodda u l-armar talkampanja elettorali li kienu jaraw fit-toroq issa qed terġa' toħroġ fit-toroq tagħna. Lil Muscat, il-logħba tal-kampanja elettorali tgħoġbu. Tqiegħdu kontinwament taħt l-attenzjoni tal-bozoz u l-kameras. Għalih dan huwa l-mod ta' kif isaħħaħ l-immaġini tiegħu man-nies. Issa jew dan huwa l-mod ta' kif Prim Minsitru għandu jġib ruħu, hekk kif fid-dinja tal-lum kollox idur mal-mezzi tat-telekomunikazzjoni u dwar kif diġà semmejt, il-qofol talpolitika saret il-perċezzjoni ta' dak li n-nies jaħsbu u mhux daqshekk tar-realtà. Jew inkella xi ħaġa sejra ħażin għaliex għandna min suppost imexxi u jiggverna u dan id-dmir mhux qed jintlaħaq. Dwar dan nemmen li r-risposta qiegħda biss f 'idejn iż-żmien. Baġit li jagħti l-importanza lid-dehra u mhux lill-ħolqien tax-xogħol Illum ħafna huma dawk li qed jindunaw li l-baġit li għal l-ewwel dehra tiegħu nstema' tajjeb u sabiħ, meta wieħed jibda jaħseb fil-kontenut tiegħu ftit li xejn hemm fuq xiex wieħed jista' jserraħ moħħu fejn tidħol l-akbar sfida li għandu l-poplu tagħna, li hija l-ħolqien ta' aktar xogħol u xogħol aħjar. Dan il-baġit jidher li huwa biss eżerċizzju f 'parti minn kampanja elettorali maħsub li jagħti dehra sabiħa lill-Gvern. Però dan il-baġit qed jonqos milli joħloq inċentivi fil-ħolqien ta' aktar xogħol li jkun riżultat tal-investiment barrani. Biex ikun hawn il-flus fl-idejn aktar milli l-flus li jirrendi l-Gvern permezz tal-miżuri soċjali, bħal poplu neħtieġu aktar nies li jkunu jaħdmu b'pagi tajbin. Neħtieġu aktar ħaddiema li jkollhom l-overtime u l-extra duties ħalli jkollhom x'jonfqu. Dan il-baġit għandu miżuri tajbin maħsuba biex jippreparaw in-nies għalloppurtunitajiet ta' xogħol u joħorġu jaħdmu iżda biex joħorġu jaħdmu dawk li qed ifittxu x-xogħol jeħtieġu li jsibu l-postijiet tax-xogħol. Jeħtieġ li jkun hawn negozji u fabbriki u azjendi li tant għandhom xogħol li jkunu jeħtieġu jsibu l-ħaddiema biex jaħdmu magħhom. Il-bejgħ taċ-ċittadinanza hija l-unika innovazzjoni Bħal miżura li maħsuba biex iġġib flus minn barra lejn pajjiżna, l-unika inizzjattiva inovattiva hija l-bejgħ taċċittadinanza. Din il-miżura tista' tkun il-prova li għandna Gvern dahru mal-ħajt fejn issa kellu jagħżel li jbigħ iċ-ċittadinanza tiegħu. Kien hemm persuna qaltli "Dan huwa mezz ta' kif il-Gvern jixtri l-voti għall-elezzjoni li ġejja, għaliex dawn ikunu persuni li ser ikunu jistgħu jivvutaw." Ilbejgħ taċ-ċittadinanza bla ebda kundizzjoni, ħlief il-ħlas bħal donazzjoni hija l-aktar mod umiljanti ta' kif pajjiż ifittex li jkollu dħul għall-ekonomija tiegħu. Iżjed minn hekk dawk li qegħdin ifittxu x-xogħol l-aktar li għandhom bżonn huwa li jkollna azjendi li għandhom ordnijiet għall-esportazzjoni ta' servizzi u prodotti. Jekk ikompli jikber il-qgħad ser ikollna problemi kbar Jekk minflok aktar xogħol u xogħol aħjar ser ikollna l-qgħad li jikber, f 'pajjiżna ser ikollna problemi kbar. Ser ikollna Gvern li mhux ser ikollu d-dħul li bassar li jkollu u ser ikollna miżuri tal-baġit li ma jkunux jistgħu jittieħdu u jsir użu minnhom. Ħafna millmiżuri huma maħsuba biex iżidu l-provista ta' ħaddiema iżda biex l-ekonomija tagħna taħdem neħtieġu aktar domanda għal persuni li jkunu qed ifittxu x-xogħol. F'dan ir-rigward donnu li l-Gvern qed jagħti lil min jifhem li l-ekonomija toħloq ix-xogħol waħedha u jien nemmen li bħal kull ħaġa oħra l-ekonomija tagħna teħtieg l-għajnuna biex tirrendi aktar postijiet ġodda tax-xogħol. Però jekk f 'pajjiżna ser ikollna l-qgħad li jikber, dan jista' jwassal biex fis-suq lokali jkollna problemi u jibqa' suq kważi wieqaf kif diġà għandna. Iż-żmien jagħtina parir. Nawgura biss li f 'pajjiżna jkun hawn ħafna xogħol u ġid.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013