Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI NIRIEN U KOMPASSJONI Djar u ħolm jispiċċaw irmied. Il-filmati tal-infern li ħakem l-istat ta' New South Wales daru mad-dinja. Kulma baqa' d-deżolazzjoni wara l-ħmar il-lejl tal-orrur. Sakemm qed nikteb inqerdu mijiet ta' djar mir-reġjun tal-Blue Mountains biss, żona spettakolari u esklussiva, fejn li l-iskwadri qawwijin ta' ħaddiema tat-tifi tan-nar komplew jitilfu l-battalja tagħhom kontra n-natura feroċi. Mill-istat ġar ta' Victoria telgħu jgħinu lil sħabhom 400 ruħ oħra biex jikkumbattu n-nirien, imma d-devastazzjoni kompliet, fost twissijiet li l-irjieħ sħan mit-Tramuntana jistgħu jilħqu lil Victoria stess u jiġri dak li ġara sitt snin ilu, meta dan l-istat għadda minn traġedja bħal dik li f 'dawn il-ġimgħat messet lin-New South Wales. Wara dik it-traġedja kienet twaqqfet Kummissjoni li ħarġet b'għadd ta' rakkomandazzjonijiet ta' prevenzjoni, iżda dawn ir-rakkomandazzjonijiet, qed tosserva l-media, sal-lum ma ġewx segwiti kollha. Il-qerda għandha l-aspett uman anki fid-dettallji tagħha: il-kotba u r-ritratti familjari (dokumenti ta' sentiment li ma tistax tirripproduċi, il-ġugarelli ta' tifkira, l-ittri, ir-rigali, il-memorabilja) kollox irmied. It-temp kaotiku ta' dan l-aħħar kompla ħarbat l-isforzi tan-nies tat-tifi tannar. B'kollox inqered territorju ta' 90,000 ettaru. Waħda mill-aħbarijiet li qajmet l-akbar kontroversja kienet li n-nirien setgħu kienu provokati minn taħriġ bl-isplussivi li kienu qed isiru mid-Dipartiment tad-Difiża. Bħas-soltu, il-media ħarġet bl-istejjer 'erojċi' ta' nies li ssugraw ħajjithom biex isalvaw lil ħaddieħor, sinjal li wara kollox, ilħruxija apparenti ta' pajjiż kapitalista bħall-Awstralja għandu l-mumenti tiegħu ta' kompassjoni umana. U nota oħra: x'jagħmel pajjiż li jkollu Prim Ministru li jkun ukoll kaptan ta' Diviżjoni tatTifi tan-Nar? Dan hu l-każ tal-PM Awstraljan Tony Abbott, li għal dawn l-aħħar tlettax-il sena serva bħala membru prominent tar-Rural Fire Service ta' New South Wales. Id-dilemma, isostnu l-ġurnalisti, hi, li jekk il-PM jiddeċiedi li jilbes l-elmu l-isfar (minflok il-kappell tal-PM) biex jgħin lill-kollegi fl-operazzjonijiet tat-tifi tan-nar, hux se joħloq uġigħ ta' ras ġdid għall-Pulizija li jkunu jridu jipproteġuh. Ilġurnalist veteran Laurie Oakes qed jistaqsi: Prim Ministru għandu jqiegħed ruħu filperiklu, fuq il-front, huma x'inhuma l-intenzjonijiet tiegħu? Għandu jqiegħed lilu nnifsu f 'periklu personali? Hu ġust li jidħol għall-periklu u jixħet ir-responsabbiltà fuq dawk li jkollhom jipproteġuh? U fuq kollox, ikun qiegħed ipoġġi lil ħaddieħor f 'periklu ġdid? L-indikazzjonijiet huma li Tony Abbott irid ikompli l-volontarjat tiegħu bħala speċjalista fl-apparat għannifs, operatur taċ-chainsaw u sewwieq tat-tanker. SENTEJN WARA GADDAFI: L-ART TAL-KAOS Skont rapport tal-Al Jazeera, fil-Libja hemm 225,000 raġel jagħmlu parti minn għexieren ta' gruppi tal-milizja. Sentejn wara li tneħħa Gaddafi u nqatel bl-aktar mod selvaġġ bl-approvazzjoni tan-NATO u l-Istati Uniti, il-Libja tinsab f 'kaos sħiħ. Hemm ikkalkulat li bħalissa jeżistu 1,700 gang, kollha armati u kollha bil-għatx għall-poter. Fil-fatt, dik kienet ir-raġuni ewlenija tar-rivoluzzjoni li kienet bdiet f 'Bengażi fl-2011: il-poter u l-kontroll tal-bjar taż-żejt. Il-Gvern mhux kapaċi jikkontrolla lill-milizja u dawn, min-naħa tagħhom, imminaw għal kollox issigurtà tal-pajjiż u ħatfu l-operazzjoni tal-produzzjoni taż-żejt. Bħalissa, fil-Libja hemm 400,000 ruħ bla xogħol u l-produzzjoni taż-żejt, f 'Awwissu li għadda, kienet fl-aktar livell baxx li qatt ġie irreġistrat. Is-sitwazzjoni hi waħda ta' konfront bejn dawk li jridu federazzjoni u dawk kontra; kunflitt bejn Tripli u Bengażi, bejn l-Lvant u l-Punent. Ixxenarju li joħroġ hu wieħed ta' gwerra ċivili imminenti, imnissla minn stat fallut, li tkeskes mill-qawwiet talPunent li daħlu jfarrkuh u ħallewh fi stat patetiku. Issa, dawk hekk imsejħa "analisti" Amerikani qed jgħidu li jmissu jkun hemm intervent "rikonċiljattiv" min-Nazzjonijiet Uniti, biex ikun hemm miżuri li "jistabbilizzaw lil-Libja". Dan wara li, bħal fil-każ tal-Iraq, l-Istati Uniti għajtet, "Mission accomplished!" Sadanittant, il-BBC kompla jsegwi l-episodji ta' vjolenza waqt l-irvellijiet u dimostrazzjonijiet, attakkati minn milizja armati bir-rifles u s-skieken. Ħafna jqisu li dawn il-gangs ta' Bengażi se jwasslu għad-diżintegrazzjoni tal-Libja. Fil-filmati li xandar mittriq l-Al Jazeera dehru nies komuni jgħidu li wara li tneħħa Gaddafi sentejn ilu, is-suppost "gvern" spiċċa ma jagħmel xejn, il-qgħad sploda 'l fuq u l-Libja saret pajjiż ta' terrur, mingħajr sigurtà nazzjonali ta' xejn. KYLIE MINOGUE U D-DIMENZJA Flimkien mal-kanċer, id-dimenzja tidher li qed taħkem lid-dinja tal-punent b'rata mill-aktar aċċellerata. Dwar id-dimenzja qed iseħħu kull tip ta' esperimenti biex tinftiehem in-natura tal-marda li ġġib diżastru għall-morda u (forsi aktar minn hekk) għallfamilji tagħhom. Issa xjenzati mill-Istitut tal-Moħħ, l-Imġiba u s-Saħħa Mentali fl-Ingilterra għamel test fuq 700 persuna biex ikun stabbilit liema trak mużikali jirreġistra l-aktar fil-memorja. Ix-xjenzati qed jittamaw li jsiru jafu għaliex il-bnedmin jiftakru l-passaġġi mużikali u b'hekk jinfetħu mogħdijiet ġodda biex jgħinu lil dawk milqutin minn mard bħad-dimenzja. L-aktar trak effettiv kien Can't Get You Out of My Head ta' Kylie Minogue. TITFAĊĊA YOKO ONO Darba fost l-oħrajn, John Lennon kien iddeskriva lis-sieħba Asjatika tiegħu, Yoko Ono (ħafna għadhom ma ħafrulhiex li 'kienet ilkaġun' li l-Beatles sfaxxaw) bħala "l-aktar artista mhux magħrufa fid-dinja." Issa din il-ġimgħa, Yoko Ono se tasal f 'Sydney, b'tikketta mwaħħla magħha: artista leġġendarja, attivista għallpaċi u mużiċista. Ono se tkun il-mistiedna tal-Mużew tal-Arti Kontemporanja bi programm sħiħ li qed jingħata t-titlu War is Over! (If You Want It). Dan hu titlu b'eku dirett mill-epoka talBeatles, fejn il-ġenerazzjoni taż-żgħażagħ kienet għadha temmen li l-ġiżirani tal-fjuri u l-kannabis setgħu jwaqqfu l-gwerer. Fantasija. Illum aktar minn qabel, meta ċ-ċiniżmu qed jagħfas lid-dinja fi tnalja bla ħniena. Intant, il-programm tal-Mużew Kontemporanju qed joffri li jingaġġa lill-familji fil-livelli kollha - mit-tfal s'adulti li jridu jissieħbu f 'dibattiti dwar films Ġappuniżi. Kull attività se tkun akkumpanjata "millaqwa mużika possibbli" qed tgħid il-pubbliċità fil-media. U naturalment John Lennon se jkun hemm bil-kordi ta' leħnu, ifakkar li kien sar popolari aktar minn Ġesù Kristu. Il-Ħalfa Ta' TONI ABELA M eta kien inawgurat il-ftuħ talParlament, Lawrence Gonzi għamel diskors li baqa' f 'moħħi. Deher bniedem imweġġa' u mhux rassenjat miegħu nnifsu. Kien jidher ċar li ma kienx lest jikkonċedi li l-affarijiet kieu ser jinbidlu. Fid-diskors qal ħaġa li baqgħet tidwi f 'moħħi. Kien qal kliem fis-sens li l-Oppożizzjoni ma kinitx lesta li tikkopera mal-Gvern. Anzi l-ammonizzjoni li ta kienet fis-sens li l-Gvern ma setax jistenna li ser isib kooperazzjoni millOppożizzjoni. F'dak ilmument ħassejt rabja iżda fl-istess ħin tħassartu. F'qalbi għidt li din kienet l-għanja taċ-ċinju. Jiena ttamajt li, li min ġej warajh kien ser ikollu vokazzjoni oħra. Vokazzjoni aktar friska u aktar innovattiva. Kienet barra minn lokha li kap li kien ser jispiċċa jorbot idejn dak li kien ġej warajh. Irrid nammetti li l-Partit Nazzjonalista ma damx biex sab saqajh u Kap "ġdid". Meta smajt li Simon kien Venezja u Malt X i ftit xhur ilu kelli l-okkażjoni mmur Venezja u barra illi tpaxxejt bil-ġmiel straordinarju ta' din il-belt meraviljuża, tgħallimt ftit fuq l-istorja tagħha u ħadt spunt għal diversi riflessjonijiet. Fost l-oħrajn, stajt nirrifletti fuq il-fatt illi din il-belt li kienet waħda millpotenzi l-kbar tad-dinja għal bosta sekli, illum spiċċat xejn aktar minn sit storiku grandjuż. Din ir-riflessjoni oriġinarjament kien għamilha Joshka Fischer, l-eks Ministru tal-Affarijiet Barranin Tedesk meta kien qed jitkellem fuq iddestin illi l-Ewropa trid tevita. Dan ikkonfermajtu fl-aħħar lejl tal-mawra tiegħi meta għamilt tliet sigħat niġġerra fit-toroq deżerti taċ-ċentru storiku illi sa ftit sigħat qabel kienu mballati bit-turisti li jmorru hemm matul il-jum. Bil-pressjoni tat-turiżmu u tal-istudenti (l-Università Cà Foscari ta' Venezja hija waħda mill-aktar prestiġjużi fl-Italja), bosta ħwienet tal-merċa spiċċaw ibigħu l-ħġieġ ta' Murano litturisti u bosta sidien keċċew lill-Venezjani għaliex setgħu jġibu kera ogħla mingħand it-turisti u l-istudenti. Peress illi l-ħajja fil-Venezja hija fost l-ogħla fl-Italja, u dan anke għal raġunijiet loġistiċi, bosta minn dawn il-ħwienet illum spiċċaw immexxijin min-nies illi jgħixu barra minn Venezja imma jmorru kuljum hemm għaxxogħol. Qisu kif ġara l-Belt Valletta fejn wara s-sebgħa ta' fil-għaxija, tiżvojta minn ħafna JOE ELLIS nies. Ir-riżultat hu illi llum fiċċentru storiku ta' Venezja, iż-żona madwar il-Bażilika ta' San Mark, kulma hemm jgħixu xi 60,000 ruħ. L-istess popolazzjoni illi kellha Venezja fl-1438. It-temperatura ta' komunità hija d-demografija: fejn ikun hemm tnaqqis filpopolazzjoni, dan huwa sinjal ċar illi din il-komunità marret lura. Imma mhux dejjem kien hekk. Għal sekli sħaħ, wara s-sena 1320, Venezja kienet immexxija mill-aristokrazija illi kienet tikkonsisti f 'numru limitat ta' familji illi huma biss setgħu jivvutaw biex jinħatar id-Duka (Doge f 'Venezja). F'dawn l-elezzjonijiet, iċċittadini Venezjani, kemm dawk li kienu dixxendenti tal-familji oriġinali kif ukoll dawk illi saru ċittadini fis-sekli ta' wara meta bdew jirrisjedu fil-belt lagunari, ma kinux jipparteċipaw. Għaldaqstant, iċ-ċittadini Venezjani, filwaqt illi kienu jokkupaw il-karigi fiċ-ċivil u kienu jikkummerċjaw taħt il-bandiera ta' San Mark, ġew imċaħħda mill-poter kollu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013