Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 | illum 19 ' Gonzi ta ser ikun il-kap il-ġdid u ġej minn esperjenza fejn l-affarijiet isiru b'mod differenti tassew ħsibt li l-ammonizzjoni ta' Lawrence Gonzi kienet se tmut fuq ommha. Għidt li naħseb Joseph sab kappell li jekk jintlibes tajjeb jista' jkun mod ieħor. Wara seba' xhur Gvern Laburista u allura daqstant ieħor Oppożizzjoni Nazzjonalista, l-istorja turi mod ieħor. Simon huwa kontinwazzjoni ta' Lawrence. Simon jidher li huwa marbut mal-ammonizzjoni u avviż li Lawrence ta lill-Gvern fl-ewwel seduta ta' din il-Leġislatura. Il-missjoni tiegħu hija ċara, li ma juri ebda kooperazzjoni malGvern anke jekk dan jista' jkun ta' ħsara. wara l-1320. Xi ftit jew wisq kif kienu l-Maltin taħt il-Kavallieri u anke taħt l-Ingliżi sal-1921. Madankollu, Venezja bdiet tmajna ekonomikament meta l-Portugiżi skoprew rotot alternattivi sabiex iġibu l-ispezji mill-Orjent u b'hekk, kisru l-monopolju tan-negozjanti Venezjani f 'dan il-qasam. Barra minn hekk, il-gwerer interminabbli mal-Imperu Ottoman battlu l-kaxxa ta' Venezja u fis-sekli sbatax u tmintax, l-aristokrazija bdiet tinfetaħ għal familji ġodda meta l-Istat beda jbigħ it-titlu għal 100,000 dukat. Dan ġara fi tliet okkażjonijiet meta Venezja kienet fi gwerra mat-Torok imma fit-tielet okkażjoni, bejn l-1776 u l-1788, meta setgħu jidħlu erbgħin familja ġdida, ħdax biss daħlu. In-nies xammew illi r-repubblika serenissima kienet fit-truf tagħha minkejja illi r-rivoluzzjoni Franċiża kienet għadha ma faqqgħetx. Ix-xiri tat-titlu ta' nobbli Venezjan ma kienx biżżejjed sabiex jevita t-tmiem tarrepubblika ta' Venezja fl-1797. Meta pajjiż jew komunità ma jibqax jiġġenera attività kummerċjali adekwata, xejn mhu ser iżomm it-tnaqqis inevitabbli, l-anqas miżuri straordinarji bħall-bejgħ ta' titli jew ta' ċittadinanza. U għaldaqstant wieħed bilfors irid isaqsi x'inhi l-utilità aħħarija tal-programm illi l-Gvern Malti qed iniedi sabiex jibda jbigħ iċ-ċittadinanza Maltija. Nimmaġina illi bosta se jgħidu illi r-risposta hija ovvja, id-dħul Din l-attitudni ħarġet ċara fid-dibattitu li huwa għaddej dwar l-iskema ta' ċittadinanza. Jidher ċar li ma jridx li din l-iskema ma sseħħx. Minkejja li ser ikun hemm il-garanziji li lejn pajjiżna ma jersqux nies bħal Roberto Memmo u r-Reverendum Luigi Verzè, xorta jibqa' jgħid li ma jaqbilx ma' din l-iskema. Ħalli nagħmilha ċara, għandu kull dritt li jopponi. Allaħares l-Oppożizzjoni ma tibqax topponi. Iżda meta tmur lil hinn missempliċi, Oppożizzjoni ssir perikoluża. Meta għamel dikjarazzjoni fis-sens li jekk hu jkun Prim Ministru jirtira dawn iċ-ċittadinanzi, fil-fehma tiegħi ma kienx diċenti politikament. Dikjarazzjonijiet ta' din ix- xorta huma perikolużi. Huma perikolużi għaliex ikun qiegħed jibgħat messaġġ negattiv lil dawk li jkunu jridu jinvestu f 'pajjiżna. Il-ħsara ma tkunx limitata għal din l-iskema biss. Meta jkollok Kap tal-Oppożizzjoni li jagħmel dikjarazzjonijiet ta' din ix-xorta jkun qiegħed jibgħat messaġġ li lil pajjiżna ma tistax tafdah. Ma tafx fejn qiegħed jekk jinbidel il-Partit fil-Gvern. Fil-fehma tiegħi dawn huma mumenti li aktar jagħmlu ħsara milli ġid anke lil min ikun qiegħed jagħmilhom. Aħseb u ara kemm aktar jagħmlu ħsara lill-pajjiż. Allaħares meta nbiegħ il-Mid Med Bank jew it-Telemalta jew il-Lottu jew l-għexieren ta' kumpaniji oħrajn il-Partit Laburista għamel dikjarazzjonijiet simili għax li kieku għadna naħsdu l-effetti negattivi tagħhom. L-attitudni li tipprova tbeżża' billi topponi l-ħin kollu jew anke tipprova tibbojkottja għandhom konsegwenzi fuq min jagħmilhom. Dakinhar li Simon, mingħajr ma ta avviż lil ħadd, qabad u ħareġ millParlament, ħadd ma tħassru. Naħseb li anke ta' madwaru ma tħassruhx għax dehru viżibbilment maħsudin. Daħal lura għaliex intebaħ li kienet mossa mhux flokha u kien biss ġest fjakk bħal dak li rajna fl-imgħoddi. Din il-ġimgħa tliet darbiet isejjaħ kworum. It-Tlieta meta kien qiegħed jiltaqa' l-kabinett fil-bini talParlament beda jissejjaħ kworum apposta biex joqogħdu jiffastidjaw lillGvern. Kienet xena taddaħk, li biex min għalihom, joqogħdu jagħmlu bħaddubbien tas-sajf, idejqu lil min qiegħed jaħdem. Kull darba l-Kabinett kellu jkun sospiż għax jissejjaħ kworum. Infantiliżmu politiku. Jiena ngħid li għadna ma rajna xejn. L-Oppożizzjoni jidher li hi determinata li tosserva l-ħalfa li għamel Lawrence Gonzi. Li ma turi ebda kooperazzjoni malGvern anke fejn jaqbel għallpajjiż. Iridu jimxu fuq il-passi ta' Lawrence Gonzi. Affari tagħhom. Jafu sew sa fejn wasal Gonzi. Dak li qegħdin jagħmlu qegħdin jagħmluh b'għajnejhom miftuħin. ta' aktar flus. Imma meta wieħed iqis illi din l-iskema hija stmata illi ser tirrendi €30m fl-ewwel sena u jekk jibdew jinbiegħu 300 ċittadinanza fis-sena kif ilkonċesjonarji magħżula, Henley & Partners qegħdin ibassru, id-dħul għall-Istat ser ikun mal-€150m fis-sena, wieħed jinsab ferm perpless kif kellna nirrikorru għal din il-miżura straordinarja sabiex nibdew indaħħlu mal-4.5% tad-dħul tal-Gvern. Ċertament ma jidhirx illi l-qagħda finanzjarja ta' Malta għandha bżonn tali miżura illi l-ebda pajjiż iddisprat finanzjarjament taż-żona Ewro ma ħass illi għandu jieħu. Hemm ukoll bosta fatturi illi kellhom jipperswadu lill-Gvern sabiex jirrifletti sew qabel ma jintroduċi din il-miżura. Flewwel lok, hemm il-kwistjoni tad-dinjità nazzjonali. Bħalma mhuwiex dinjituż għal ħadd illi jbigħ ġismu għal prattiċi sesswali jew agħar minn hekk, ibigħ xi organu minn ġismu, ma huwa xejn dinjituż illi pajjiż jagħti ċ-ċittadinanza tiegħu lil min għandu biżżejjed flus biex iħallas għaliha. Aktar u aktar meta l-applikant ma jkun qatt għex hawn jew investa xi flus flekonomija Maltija sabiex joħloq ix-xogħol. Għalkemm il-programm huwa msemmi ta' investitur individwali, fil-fatt, sabiex wieħed jikseb iċ-ċittadinanza Maltija, l-applikant m'għandu bżonn iwettaq l-ebda investiment hawn Malta kif jitolbu prattikament ilpajjiżi kollha illi għandhom xi programm sabiex jagħtu ċittadinanza lill-barranin. Anke kieku pajjiżna kellu jimponi tali ħtieġa ta' investiment minimu, wieħed isaqsi kif fil-passat pajjiżna kellu suċċess konsiderevoli sabiex jattira investiment barrani mingħajr il-ħtieġa ta' dan il-programm straordinarju u llum qegħdin naqtgħu qalbna illi nkomplu nattiraw it-tali investiment. Punt ieħor ferm inaċċettabbli huwa illi l-isem ta' min ser isir ċittadin Malti ser jibqa' mistur. Din is-segretezza qed tagħti lok għal ħafna tħassib dwar min ser jibda jsir ċittadin klandestin ta' Malta. U filwaqt illi l-klandestini maħrubin minn darhom nippruvaw nitfgħuhom fuq ajruplan u nibgħatuhom lura filkaos Libjan, min għandu l-belli liri lesti illi nagħtuh iċ-ċavetta għaċ-ċittadinanza Ewropea u mhux talli hekk, inżommu dan il-fatt mistur minn kulħadd. Sakemm iċ-ċittadini naturalizzati ma jiddeċidux illi jivvutaw ukoll fl-elezzjonijiet lokali illi issa ser ikunu jistgħu jipparteċipaw fihom. Intqal ħafna dwar id-"due diligence" illi ser issir sabiex min japplika, jitgħarbel qabel ma jiġi naturalizzat ċittadin ta' Malta. Qed jingħad illi dan ser isir minn ditti rinomati u indipendenti mill-konċessjonarju, Henley & Partners illi madankollu jidher illi deffsu subgħajhom ukoll f 'ditta illi ser twettaq dan il-proċess. Mid-dehra, Henley & Partners mhumiex kuntenti bid-dħul konsiderevoli illi ser idabbru mill-bejgħ taċ- ċittadinanza Maltija, dħul illi ġie stmat fl-akkwati ta' €30m jekk jinbiegħu 150 ċittadinanza, imma jridu jieħdu wkoll sehemhom mill-proċess ta' "due diligence" illi ser jitwettaq. Din ix-xibka ta' konflitti t'interessi ma sserraħ moħħ ħadd. Henley & Partners ser ikollhom interess kbir illi jiġu approvati l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija u wieħed jiddubita kemm ser joqogħdu jfettqu fil-proċess. U l-atteġġjament tagħhom f 'din l-istorja ġiegħal lil min jiddubita sew dwar is-serjetà tagħhom. Għax min hu professjonist ma kienx ser imur jgħid lillOppożizzjoni illi huma riedu jdaħħlu rekwiżit ta' investiment imma l-Gvern ma riedx għax kien mgħaġġel. U lanqas ma kien ser imur imaqdar ilprogramm ta' residenza illi huwa stess kien ta parir lillGvern ta' qabel kif ifasslu. Middehra, fil-ġerarkija ta' valuri illi jħaddnu Henley & Partners, ir-rispett tas-sigriet professjonali ma tantx jispikka. Aspett ieħor illi l-Gvern ma jidhirx illi qies sew huwa l-implikazzjonijiet illi dan il-programm jista' jkollu fuq is-settur finanzjarju illi jaħleb sew għall-kaxxa ta' Malta. Jista' jkollu u jista' ma jkollux riperkussjonijiet, u jalla ma jkollux, imma ċertament l-għaġla esaġerata illi biha qed issir il-liġi u n-nuqqas ta' konsultazzjoni ma' min hu involut fis-settur finanzjajru ma jawgura xejn tajjeb. U tajjeb illi wieħed jgħid illi l-prezz mitlub huwa tassew baxx u faċilment aċċessibbli minn bosta sinjuruni madwar id-dinja. Ħafna ma fehmux għala ma ntalabx prezz ogħla sabiex jillimita kemm jista' l-bejgħ taċ-ċittadinanza imma minflok qed inbiegħu ċ-ċittadinanza bi prezz daqshekk irħis. Fl-aħħarnett, nixtieq ngħaddi konsiderazzjoni kif ukoll awgurju. Għalkemm il-Parlament iddibatta l-liġi illi ser temenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza, ser ikun il-President illi jippromulga l-avviż legali illi ser jimplimenta dan il-programm hekk imsejjaħ ta' investiment individwali. Il-Gvern diġà ppubblika abbozz ta' dan l-avviż legali imma l-President żgur illi mhuwiex obbligat kostituzzjonalment illi jippromulgah fil-forma proposta mill-Gvern. Anzi x'aktarx illi teknikament ilPresident lanqas biss hu obbligat illi joħroġ dan l-avviż legali. Għaldaqstant, l-awgurju tiegħi huwa illi l-President Abela ma jippromulgax l-avviż legali kif propost in vista tal-kontroversja illi dan il-programm ħoloq imma jagħmel dan wara illi jkun ippresjeda diskussjonijiet bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra sabiex jinstab kompromess ferm aktar aċċettabbli minkejja r-riservi ta' bosta dwar il-programm fih innifsu. Forsi b'hekk wieħed jevita l-konsegwenzi l-aktar negattivi ta' dan il-programm illi donnu ġie ntiż biss sabiex jiġġenera l-flus mingħajr ma ngħata qies adekwat talkonsegwenzi possibbli l-oħra u l-effett fuq ir-reputazzjoni tal-pajjiż.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013