Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

Kummercjali 22 illum | Ħadd 10 ta' Novembru 2013 L-aqwa siltiet ta''Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka' waqt il-Fiera tal-Ktieb L-AQWA siltiet mill-musical kolossali Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka (Dominic Galea/Ray Mahoney) se jiġu interpretati 'live' minn Gianluca Bezzina, Dorothy Bezzina u Doreen Galea. Se jkunu akkumpanjati minn Mro. Dominic Galea waqt it-tnedija uffiċjali tasSensiela Juann Mamo waqt il-Fiera tal-Ktieb f 'Dar ilMediterran għall-Konferenzi, il-Belt nhar il-Ġimgħa 15 ta' Novembru fis-Sala Temi Zammit. Il-musical huwa bbażat fuq ir-rumanz immortali li Juann Mamo li kien kiser kull rekord tal-Box Office f 'Malta u ġibed 15,000 ruħ meta sar fl-Argotti waqt l-Iljieli Mediterranji f 'nofs is-snin disgħin. Dorothy u Gianluca se jinterpretaw id-dwett 'Ma nafx immur lura', Gianluca se jkanta 'Għala', Dorothy 'In-Nanna Venut' u Doreen Galea 'IlLament' u 'Smewwiet Xeffaqt'. Dan il-kunċert qed isir fl- okkażjoni tal-pubblikazzjoni tas-Sensiela Juann Mamo li jinkludu edizzjoni ġdida ta' Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, tagħrif dwar personaġġi storiċi fir-rumanz u l-poeżiji ta' Juann Mamo. Waqt il-kunċert Profs. Ray Mangion se jagħmel taħdita dwar Juann Mamo u se jkun hemm ukoll qari ta' poeżiji ta' Juann Mamo minn Charles Abela Mizzi. SKS ippubblikaw tliet kotba marbutin max-xogħol ta' Juann Mamo, studju u attivist kulturali straordinarju. Wieħed mill-kotba huwa edizzjoni ġdida, b'daħla kritika u tifsir il-kliem, tar-rumanz Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, b'daħla ta' Adrian Grima bbażata fuq l-edizzjoni oriġinali li ħarġet bħala faxxikli fl-1930-31. It-tieni ktieb huwa dwar għadd kbir ta' personaġġi Maltin u barranin li jissemmew fir-rumanz, proġett ta' Anton Il-Fiera tal-Cruises ta' Hamilton Travel 'HAMILTON Travel Cruise Experience Open Weekend' mistennija tiġbed eluf ta' familji li jixtiequ jibbukkjaw cruise lussuż fis-sena 2014 bi prezzijiet li tilħaqhom il-familja kollha. Il-Fiera tal-Cruises ta' Hamilton Travel se ssir fis-Sala Magazino, il-Valletta Waterfront fil15, 16 u 17 ta' Novembru. Din il-fiera saret attrazzjoni ewlenija għal dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar l-opportunitajiet li qed joffru Hamilton Travel lil min jixtieq imur cruise ma' MSC Cruises dirett minn Malta jew fi Fly & Cruise organizzat minn Hamilton Travel minn portijiet fl-Italja, l-Ingilterra, l-Olanda u l-Ġermanja. Dawk li jixtiequ jmorru cruise dirett minn Malta jistgħu jmorru mal-MSC Lirica li se jitlaq mill-Port il-Kbir ta' Malta madwar il-Mediterran matul 2014. Hamilton Travel qed joffri wkoll Fly & Cruise fuq il-cruise liners MSC Divina, MSC Magnifica, MSC Preziosa, MSC Musica u MSC Opera fejn il-klijenti Maltin u Għawdxin ikollhom prezzijiet speċjali li jinkludu t-titjiriet bl-ajru minn Malta għal cruises li jibdew mill-portijiet fl-Ewropa b'servizz ta' tour leader li jitlaq minn Malta u jiġi lura malgruppi. Il-ħinijiet tad-dħul għallfiera huwa bejn 6.30pm-10pm il-Ġimgħa 15 u s-Sibt 16 ta' Novembru u bejn l-10am u 8pm il-Ħadd 17 ta' Novembru. Id-dħul huwa b`xejn. Dorothy Bezzina, Gianluca Bezzina u Doreen Galea se jinterpretaw siltiet live mill-musical Cassar li fuqu ħadmu wkoll ir-riċerkaturi Olivia Borg u Adrian Grima. It-tielet ktieb fis-Sensiela Juann Mamo, Tħeġġiġa lill- Kittibin, huwa ġabra kritika talpoeżiji kollha ta' Mamo minn Annalise Vassallo. Id-Dar tal-Pubblikazzjoni SKS ħabbret li waqt il-Fiera tal- Ktieb is-Sensiela Juann Mamo se jinbigħ bil-Pre-Publication price ta' €20 flok bil-prezz normali ta' €25. Id-dħul huwa b'xejn. GO iġġedded l-isħubija tagħha mal-MHRA GO ġeddedt il-ftehim ta' sħubija mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u Ristoranti (MHRA). Bħala sponsor Platinum tal-MHRA, GO ser tkompli tipprovdi appoġġ finanzjarju u servizzi ta' klassi dinjija li jkopru l-mowbajl, televiżjoni, telefonija u internet lillMHRA. Dan il-ftehim, li kien iffirmat mill-Kap Eżekuttiv ta' GO Yiannos Michaelides u mill-President tal-MHRA Tony Zahra, ser ikompli jsaħħaħ ir-relazzjoni ta' GO mal-intraprendituri membri tal-MHRA, li ħafna minnhom huma klijenti ta' GO. Minn mindu twaqqfet, 'il fuq minn ħamsin sena ilu, l-MHRA ħadmet biex toffri appoġġ għat-tkabbir tal-industrija tat-turiżmu. L-Assoċjazzjoni issa tgawdi rispett grazzi għall-isforżi kontinwi li offriet lillintraprendituri fl-industrija tal-lukandi u ristoranti li għandhom irwol ewlieni fl-ekonomija Maltija. Bħala l-Assoċjazzjoni ewlenija fissettur tat-turiżmu, l-MHRA tirrappreżenta l-interessi tal-membri tagħha ma' għadd ta' korpi nazzjonali li jiddeċiedu l-politiki filwaqt li l-kontribut tagħha lejn it-titjib tal-industrija jibqa' ta' valur u Mix-xellug: Il-Kap Eżekuttiv tal-MHRA Andrew Agius Muscat, il-President talMHRA Tony Zahra, u l-Kap Eżekuttiv ta' GO Yiannos Michaelides. kostanti. Meta kien qed jitkellem dwar it-tiġdid tal-ftehim, Michaelides qal: "Għal darb' oħra se nkunu qed ngħaqqdu l-isforzi tagħna mal-MHRA – assoċjazzjoni li kontinwament tikseb riżultati pożittivi għallmembri tagħha u li qatt ma beżgħet mit-tibdil dinamiku fl-industrija tat-turiżmu, u li fl-istess ħin tippromwovi standards għoljin u servizz ta' kwalità fis-settur turistiku f 'Malta." "GO hi l-fornitur ewlieni tas-servizzi tattelekommunikazzjoni għall-industrija tal-ospitalità f 'Malta, u l-appoġġ tanġibbli li qed noffru lill-MHRA għalhekk hu perfettament konformi mal-istrateġija tagħna. Għal dawn l-aħħar snin konna involuti b'mod dirett f 'għadd ta' attivitajiet ta' profil għoli li minnhom ibbenefikaw il-membri talMHRA u l-komunità tannegozjanti Maltin," hu qal. Meta kien qed jitkellem dwar il-ftehim tas-sħubija s-Sur Zahra qal: "GO hi l-operatur ewlieni tal-komunikazzjoni f 'Malta b'reputazzjoni ta' effiċjenza, affidabbiltà u fornitur ta' servizzi ta' klassi dinjija. L-isħubija ma' GO hi konformi mal-ħsieb tagħna biex b'mod kostanti nkomplu ntejbu l-prodott u s-servizz li noffru. L-irwol ta' GO f 'dan ir-rispett hu maqsum fi tnejn: li jipprovdi lill-viżitaturi b'servizz tal-komunikazzjoni tal-aqwa livell u li jgħin lillindustrija tat-turiżmu biex tikseb l-aħjar benefiċċji u opportunitajiet li għandha x'toffri lil Malta."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013