Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 | illum 33 Chelsea miżmuma minn WBA fi Stamford Bridge WARA li nhar is-Sibt li għadda, Chelsea sofrew telfa sorprendenti ta' 2-0 kontra Newcastle United f 'St James Park, il-Blues ilbieraħ komplew jiddiżappuntaw matul dan l-istaġun hekk kif ġew miżmuma fi dro ta' 2-2 mittim ferm inferjuri ta' West Bromwich Albion, u dan meta kienu qed jilagħbu ġewwa darhom fi Stamford Bridge. Kienu Chelsea li fetħu l-iskor permezz tal-eks plejer ta' Inter, Barcelona u Anzhi fir-Russja, il-plejer mill-Kamerun, Samuel Eto'o fil-45 minuta biex b'hekk dan il-plejer skorja t-tieni gowl tiegħu ma' Chelsea minn kemm ilu li ngħaqad magħhom ftit tal-ġimgħat ilu. Iżda WBA ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Shane King fil-61 minuta u saħansitra rnexxielhom imorru fil-vantaġġ permezz ta' Sessegnon 7 minuti biss wara. Kien biss fid90 minuta li Chelsea rnexxielhom isalvaw illogħba permezz ta' dro ferm diżappuntanti għalihom permezz ta' penalty tas-solitu plejer Belġjan, Eden Hazard. Din il-logħba kellha tmiem drammatiku hekk kif xejn inqas minn erba' plejers ġew ammoniti f 'temp ta' minuta: Ivanovic għal Chelsea u Brunt, Ridgewell Riżultati Riżu1ltati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 9 ta' Novembru Aston Villa vs Cardiff C. Chelsea vs WBA Crystal Palace vs Everton Liverpool vs Fulham Southampton vs Hull C. Norwich C. vs West Ham U. 2-0 2-2 0-0 4-0 4-1 3-1 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 10 ta' Novembru 13:00 Tottenham H. vs Newcastle U. 15:05 Sunderland vs Manchester C. 17:10 Manchester U. vs Arsenal 17:10 Swansea C. vs Stoke C. Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 9 ta' Novembru Catania vs Udinese 1-0 Inter vs Livorno 2-0 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 10 ta' Novembru 12:30 Genoa vs Verona 15:00 Atalanta vs Bologna 15:00 Cagliari vs Torino 15:00 Chievo V. vs AC Milan 15:00 Parma vs Lazio 15:00 Roma vs Sassuolo 20:45 Fiorentina vs Sampdoria 20:45 Juventus vs Napoli u Olsson għall-WBA. Liverpool ġewwa darhom f 'Anfield irritornaw għarrebħ meta għelbu lil Fulham bl-iskor kbir ta' 4-0. Huma marru fil-vantaġġ fit-23 minuta permezz ta' awtogowl tal-plejer ta' Fulham, Amorebieta waqt li rduppjaw l-iskor tliet minuti biss wara permezz ta' Martin Skrtel waqt li ż-żewġ gowls l-oħra għar-Reds waslu minn doppjetta tas-solitu plejer Urugwajan, Luis Suarez, fis36 u fl-54 minuta. Southampton komplew jimpressjonaw matul dan l-istaġun u ġewwa darhom għelbu lil Hull City bl-iskor ta' 4-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Schneiderlin fis-16-il minuta, penalty ta' Lambert man-nofs siegħa logħob, Lallana fis-37 minuta u Steven Davis fit-88 minuta. Hull City kienu naqsu l-marġni tal-iskor permezz ta' Yannick Sagbo fil-55 minuta. Aston Villa ġewwa darhom għelbu l-isfida ta' Cardiff City bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Bacuna u Kozak fis-76 u fl-84 minuta rispettivament. F'żewġ logħbiet oħra li ntlagħbu lbieraħ, Crystal Palace u Everton temmew il-konfront ta' bejniethom fi dro ta' mingħajr gowls waqt li Norwich City dawru telfa f 'rebħa meta ġewwa darhom irnexxielhom jegħlbu l-isfida ta' West Ham United bl-iskor ta' 3-1. Kienu propju dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor permezz ta' Morrison fit-32 minuta waqt li Norwich City ġabu l-iskor indaqs fl-54 minuta permezz ta' penalty mogħti minn Gary Hopper waqt li l-plejer Robert Snodgrass skorja t-tieni gowl għal Norwich fit-72 minuta, f 'liema minuta ġie ammonit ukoll il-plejer ta' West Ham United, Kevin Nolan, waqt li Leroy Fer għamel l-iskor finali 3-1 favur Norwich City propju fid-90 minuta. Intant, fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Catania ġewwa darhom fil-Massimino, għelbu lillUdinese bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jiġi skorjat millplejer Arġentin, Maxi Lopez minn penalty ma' nofs siegħa logħob. Ma nistgħux ma nsemmux li fil-programm tal-lum minn dawn iżżewġ kampjonati, fost logħbiet oħra nsibu ż-żewġ logħbiet ferm importanti bejn Manchester United u Arsenal li se tintlgħab f 'Old Trafford fil-5.10pm u dik bejn Juventus u Napoli li se tintlagħab fil-Juventus Stadium fid-8.45pm. Employment Aid Programme Over €1.9 million of funds For Gozo Need to Employ? Gozitan Enterprises and Employers, including those in Malta, take advantage of the Employment Aid a period of 52 weeks*. www.etc.gov.mt. It pays to employ! Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Investing in your future

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013