Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

SPORTSillum 32 illum Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 "Ta' kull logħba li nilgħab ma' Xewkija Tigers, il-Valletta Nursery se jieħdu xi ħaġa tal-flus ukoll" – Gilbert Agius FTIT tal-jiem ilu, il-leġġenda ħajja ta' Valletta u tal-futbol Malti inġenerali, Gilbert Agius beda esperjenza ġdida fil-karriera tiegħu, din id-darba f 'Għawdex ma' Xewkija Tigers wara li kien diġà għamel esperjenza fil-futbol Għawdxi fil-bidu tal-karriera tiegħu lura fl-1991. ILLUM tkellmet mal-eks captain ta' Valletta u llum assistent kowċ tal-istess tim rigward x'se tkun qed tinvolvi din l-esperjenza tiegħu f 'Għawdex u kif qed iħares lejha. Agius saħaq li: "Din hija t-tieni esperjenza tiegħi fil-futbol Għawdxi, waħda fil-bidu tal-karriera tiegħi u issa fl-aħħar tal-karriera. Mill-1991 'l hawn għad għandi ħbieb li kienu laqgħuni tajjeb lura f 'dak iż-żmien u anke issa erġajt sibt min jilqagħni tajjeb ħafna wkoll. Kif stajt ninnota filklabb ta' Xewkija Tigers, hemm għaqda u determinazzjoni kbira li se tgħin biex it-tim ikun ta' ostaklu għal min irid jisfida għar-rebħ ta' xi unur f 'Għawdex. L-ewwel logħba li fiha kien impenjat Gilbert Agius kienet propju kontra l-favoriti għar-rebħ tal-kampjonat, Nadur Youngsters li diġà rebħu l-kampjonat tas-sena li għaddiet u li jippossjedu skwadra ferm b'saħħitha. F'din il-logħba li kienet forsi l-iktar waħda akkanita sa issa fil-Kampjonat Għawdxi, kien hemm attendenza ferm numeruża li saħansitra qabżet xi attendenzi li ġieli naraw fil-Kampjonat BOV Premier f 'Malta. Gilbert Agius iddeskriva din il-logħba hekk: "Kienet esperjenza sabiħa ħafna! Kont sorpriż bl-attendenza kbira li kien hemm. Nista' ngħid li l-appoġġ tax-Xewkija Tigers kien wieħed impressjonanti u kien ta' kuraġġ kbir waqt ilpartita kollha. Prosit ħafna! Jien se nieħu din l-esperjenza pass pass imma wara l-ewwel logħba li kont involut fiha, ħassejtni komdu ħafna mal-plejers u ħadt gost nilgħab magħhom. Ma stennejtx din l-emozzjoni!" Interessanti ferm huwa l-fatt li Gilbert Agius se jkun qed jagħti parti mill-pagament li se jkun qed jirċievi mingħand Xewkija Tigers lin-Nursery ta' Valletta li hija tant għal qalbu u fejn huwa jikkowċja lill-Under 17s. L-eks captain ta' Valletta tana iktar dettalji: "Sempliċi ħafna! Ta' kull logħba li nilgħab ma' Xewkija Tigers, il-Valletta Nursery se jieħdu xi ħaġa talflus ukoll." U l-assistent kowċ ta' Valletta u rebbieħ tal-unur ferm prestiġjuż tal-MFA Plejer tas-Sena għal xejn inqas minn tliet darbiet fil-karriera millaqwa tiegħu bħala plejer ma' Valletta, kif se jkun qed ilaħħaq mal-impenji tiegħu fil-kowċing staff ta' Valletta u mal-futbol milgħub ma' Xewkija Tigers f 'Għawdex? "Naħseb li mhux l-uniku plejer fil-Kampjonat Għawdxi li ngħix Malta u bħalma ġara dejjem fil-futbol Għawdxi, dawk il-plejers ikollhom permess li jittrenjaw ukoll ma' xi tim f 'Malta. Jien mhux se nkun differenti!" Gilbert Agius fl-ewwel logħba tiegħu ma' Xewkija Tigers. Ritratt Visionism Photography u Xewkija Tigers FC Charmaine Debono u Priscilla Chalker jagħmlu isem għal Malta fil-kompetizzjoni NABBA Universe FTIT tal-ġimgħat ilu, eżattament nhar it-12 ta' Ottubru, Charmaine Debono u Priscilla Chalker irrappreżentaw lil Malta b'suċċess fil-kompetizzjoni 'Nabba Universe' li saret f 'Southport, l-Ingilterra. Huma ħadu sehem filkategorija 'Ms Toned Figure'. F'Southport huma kienu akkumpanjati mill-President ta' NABBA Malta, Vince Balzan. NABBA Malta hija attiva għal dawn l-aħħar 26 sena, fejn organizzat u għenet ħafna entużjasti tal-isport biex jikkompetu għall-avvenimenti mondjali organizzati mill-organizzazzjoni internazzjonali għall-'body builders' amatorjali, NABBA. Il-kategorija li jieħdu sehem Charmaine Debono fiha dawn iż-żewġ atleti hija wahda mill-iktar li jkollha kontestanti fejn fil-fatt kienu 24 tfajla mid-dinja kollha. ILLUM tkellmet ma' Charmaine Debono li din kienet it-tieni esperjenza tagħha f 'din il-kompetizzjoni fejn tkellmet dwar iddiversi dettalji fosthom kif kien il-livell globali f 'din il-kompetizzjoni u x'fissret għaliha din il-kompetizzjoni f 'ħajjitha u x'kienet tinvolvi komplessivament din il-kompetizzjoni ferm prestiġjuża fid-dinja talbodybuilding amatorjali. "Nista' ngħid li f 'din ilkompetizzjoni kien hemm livell tajjeb ħafna u li kien hemm ħafna x'wieħed jesperjenza. Minħabba l-fatt li hawn Malta aħna żgħar ma tantx ikollna esperjenzi bħal dawn. Meta kkompetejt Malta konna żewġ tfajliet biss. Jien ilni nitħarreġ u nieħu sehem f 'kompetizzjonijiet bħal dawn għal dawn l-aħħar erba' snin. Nista' ngħid li dan l-isport biddilli ħajti għallaħjar, id-determinazzjoni u l-motivazzjoni li jkollok hija sabiħa ħafna, wisq isbaħ meta tara r-riżultat! Nixtieq li xi darba jkolli ċans li nagħmel ismi u isem Malta minn ta' quddiem, għalhekk nixtieq li naħdem iktar għal aktar riżultati pożittivi. Jiena membru fl-għaqda Nabba Malta li ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar 26 sena fejn kellha atleti li għamlu suċċess. Din organizzat erba' kompetizzjonijiet internazzjonali taħt l-istess President. Issa din l-għaqda se tibqa' torganizza iktar kompetizzjonijiet biex tħajjar iktar żgħażagħ jieħdu dan l-isport bis-serjetà. Jien, mill-esperjenza li ksibt nista' ngħid li dejjem tgħallimt li fid-dinja xejn mhu impossibbli. Fil-fatt li tkun fuq il-palk malkumplament tad-dinja diġà huwa pass kbir 'il quddiem għalija. Fil-kategorija tiegħi jkollna bżonn mhux biss 'physique' tajjeb, imma nilbes l-isbaħ bikini li tkun kollha kristalli, barra minn hekk irridu 'makeup' professjonali kif ukoll aċċessorji millisbaħ. Kif tkun fuq il-palk trid tagħmel ukoll minuta msejħa 'routine walk' fejn tkun waħdek u bħal trid tiżfen u tidher l-aħjar li tista'. Aħna nindilku wkoll b'kulur speċjali biex taħt id-dawl qawwi jkollna l-muskoli iktar esposti. Dan kollu huwa r-riżultat ta' dixxiplina kbira, kemm fl-ikel, kif ukoll f 'taħriġ għal żmien twil qabel ilġurnata tal-kompetizzjoni. Ikolli ngħid li rrid inħares iktar 'il quddiem biex dawn l-esperjenzi għalija ma jiqfux iżda jibqgħu għaddejjin għall-futur." ILLUM tkellmet ukoll mal-atleta l-oħra li ħadet sehem f 'dan il-kampjonat ferm prestiġġjuż, Priscilla Chalker fejn tatna iktar dettalji rigward l-esperjenza unika tagħha fl-istess kampjonat. Hija stqarret li "l-esperjenza tiegħi finNABBA Championships ġewwa Southport l-Ingilterra kienet waħda sodisfaċenti! Bħala l-ewwel esperjenza tiegħi ta' kompetizzjoni, ħassejtni kburija li fost ilpajjiżi li ħadu sehem konna jien flimkien ma' Charmaine Debono bħala rappreżentanti Maltin fil-kategorija 'Figure Toned' fejn b'kollox f 'din il-kategorija konna biss 24 kompetitur." "Waqt li kont 'backstage', fejn kont għaddejja bl-aħħar preparamenti ta' kulur, kelli wkoll iċ-ċans li niltaqa' ma' ħafna atleti li flimkien ikkompetejna, ħadna pjaċir u għamilna ħbieb ukoll. Din l-esperjenza għallmitni nemmen aktar fija nnifsi, kif ukoll kemm id-dixxiplina Priscilla Chalker f 'dan l-isport hija importanti biex tgħaqqad kollox bejn id-dieta stretta, eżerċizzji u l-ħajja b'mod ġenerali ta' kuljum. Wara dan kollu jien illum nemmen li fil-ħajja qatt m'għandek taqta' qalbek għax kull ħolma tista' ssir possibbli!" "Ta' dan kollu nixtieq nirringrazzja lill-President tan-NABBA Malta, Vince Balzan, li tant emmen filkapaċitajiet tiegħi u li tani dan iċ-ċans li nikkompeti ġo dawn il-kampjonati. Grazzi wkoll mill-qalb lil dawk il-persuni li għenuni u appoġġjawni tul l-impenn tiegħi. Li jmiss issa hu li nibqa' nħares 'il quddiem b'aktar impenn f 'dan l-isport biex ikolli esperjenzi sodisfaċenti oħra bħal din fil-futur."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013