Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 | illum 31 Diżastru AC Milan – x'hemm ħażin? DIŻASTRU – kelma li tiddeskrivi eżattament ilfażi xejn sabiħa li bħalissa qiegħed jaffronta t-tim bi storja glorjuża fil-futbol Taljan u mondjali, AC Milan. Jidher li ż-żmien li dan it-tim kien jinkludi plejers ta' klassi liema bħalha, bħal Rivera, Van Basten, Gullit, Rijkaard, Shevchenko, Nesta, Baresi u Maldini fost ħafna oħrajn huwa ferm imbiegħed u llum AC Milan qed ikollhom jikkuntentaw bi plejers bħal Saponara, Birsa, Zapata, Constant u Nyang fost l-oħrajn. Jidher ukoll li l-President tal-istess klabb minn Milan, Silvio Berlusconi iktar jinsab mehdi bil-problemi personali tiegħu milli li jixtri plejers ta' klassi li tant għandhom bżonn AC Milan bħalissa u li jinvesti fl-istess klabb kif ilkoll nafu li għamel fis-snin li fihom ilu jmexxi lil AC Milan bħala President. Fil-fatt kienet it-tifla ta' Berlusconi stess, Barbara li nhar il-Ħadd li għadda f 'kummenti li għaddiet lill-media, talbet lil missierha Silvio biex jixtri plejers ta' klassi għall-AC Milan hekk kif fl-aħħar sentejn kien naqas bis-sħiħ milli jagħmel dan. Hija talbitu wkoll biex jibdel id-direzzjoni tat-tim waqt li ċaħdet rapporti li dehru fil-media li xtaqet li Adriano Galliani jirriżenja mill-kariga ferm importanti ta' Delegat Amministrattiv ta' AC Milan. Jidher li Berlsuconi ħalla t-tmexxija ta' AC Milan propju f 'idejn l-istess Delegat Amministrattiv tarRossoneri, fejn dan jidher dejjem biex jirrispondi lill-ġurnalisti fost affarijiet oħra waqt li Berlusconi ma jidher imkien, għalkemm f 'kummenti li għadda lill-media ftit tal-jiem ilu, Galliani saħaq li fil-fatt Berlusconi għadu jsegwi lill-AC Milan b'diversi modi! Mingħajr ma niċħdu l-bidu diżastruż li kellhom AC Milan fil-Kampjonat tasSerie A TIM, ma nistgħux ma nsemmux il-fatt li fil-bidu ta' dan l-istaġun, AC Milan kellhom jaffrontaw numru ta' injuries ta' plejers importanti fosthom Montolivo, De Sciglio, Abate, Balotelli, El Shaarawy u Pazzini fost oħrajn. Ukoll, għalkemm ilkoll nafu l-klassi liema bħalha li jippossjedi Balotelli, dan il-plejer donnu iktar ikun sospiż milli preżenti fil-grawnd minħabba l-aġir xejn professjonali tiegħu meta jkun fl-azzjoni. Fil-fatt fi klassifika li saret fil-jiem li għaddew, Balotelli ġie kklassifikat fost l-10 l-iktar futbolers antipatiċi fid-dinja, fejn eżattament ikklassifika fid-9 post! Iżda x'se jkun il-futur ta' AC Milan minn hawn 'il quddiem jekk jibqgħu għaddejjin b'dan ir-ritmu ferm negattiv? Rimarkabbli huwa l-fatt li AC Milan ilu ma jkollhom bidu daqshekk ħażin bħala tim filKampjonat Taljan tas-Serie A sa mill-istagun 1981-82. ILLUM tkellmet ma' partitarju ferm akkanit u espert ta' AC Milan, Christopher Micallef, fejn talbitu jgħaddilna xi ħsibijiet tiegħu rigward il-qagħda ferm prekarja ta' AC Milan matul dan l-istaġun sa issa u kif qed iħares lejn il-futur tal-istess tim Taljan. Micallef stqarr li: "Inweġġa' nara lil AC Milan daqshekk lura fil-klassifika (l-iktar darba li jinsabu lura wara 11-il logħba minn meta ili nsegwihom), inkonsistenti, uħud millplejers indixxiplinati u t-tim bla sistema ta' logħob. Però, naħseb li dawn il-problemi ilhom ġejjin u r-raġunijiet għal dan huma varji. Ma nħobbx niġġudika lill-ebda kowċ fuq ix-xogħol li jagħmel però milli rajt fil-logħba kontra Fiorentina li fiha tlifna bl-iskor ta' 2-0 ġewwa darna f 'San Siro, il-kowċ Allegri għandu jitneħħa jew jirriżenja għall-ġid tat-tim. Jien milli rajt fil-logħob kontra Fiorentina, it-tim mhux qiegħed warajh u qed narah iħawwad! Daħħal plejer mhux fil-forma u bla esperjenza f 'mument diffiċli (Saponara) u ieħor li kemm ilu ma' AC Milan lanqas jaf fejn hi l-lasta (Nyang) u ħalla barra plejers bħal Robinho li fl-aħħar dehriet tiegħu kien iktar pożittiv mis-soltu, Poli li kien wieħed mill-aħjar plejers f 'dan l-istaġun u ħalla barra anki lill-istess Matri meta kien ċar daqs il-kristall li kellu bżonn plejer li jkun stabbli ġol-kaxxa. Inħoss li l-kawżi għal dan il-bidu ferm ħazin li kellhom AC Milan f 'dan l-istaġun kienu varji fosthom innuqqas ta' preżenza u interess tal-President Berlusconi li m'għadux imur jara lillMilan la jilagħbu u lanqas jitħarrġu, fejn is-sena l-oħra fil-ftit li mar ukoll dehret iddifferenza fit-tim. Insemmi wkoll in-nuqqas ta' pjanar mid-diriġenza 'long-term', l-ewwel fejn ħallew ħafna plejers jikbru u dejjem jilagħbu huma bla ma jixtru sostituti addattati biex jeħdulhom posthom, biex imbagħad neħħewom kollha fl-istess sena u ppretendew li mhux se nħossuhom. Barra minn hekk, traksuraw innursery għal diversi snin. Naħseb li s-soċjetà żammet lill-kowċ dan l-istaġun għax Balotelli - simbolu tal-bidu diżastruż li kellhom AC Milan f'dan l-istaġun fadallu sena kuntratt u ma ridux jonfqu għall-kowċ ieħor. Għalhekk inħoss bissħiħ li AC Milan żammew lil Allegri bħala kowċ, mhux għax jemmnu fih jew għax għandhom proġett miegħu għal tul ta' żmien, fejn fil-fatt għadhom ma ġeddewlux ilkuntratt! In-numru kbir ta' injuries fl-aħħar snin huwa preokkupanti ħafna u jeħtieg li s-soċjetà ssib l-kawżi u ssolvihom. Għandna plejers bla forma għax m'għamlux 'pre-season' tajjeb minħabba l-'Confederations Cup' u l-injuries li din ġabet għallplejers tagħna, injuries tal-istaġun ta' qabel ta' plejers oħrajn u iktar minn hekk. Problema oħra kbira hi li bil-ftit baġit li kellna xtrajna attakant li sewa 11-il miljun Ewro jiġifieri Matri mingħand Juventus, meta għandna wieħed mill-aħjar attakki tad-dinja bħala plejers, flok saħħaħna l-iktar pożizzjonijiet fejn hemm bżonn li nsaħħu bħallgoalkeeper u fid-difiża. Kellna bżonn ta' akkwisti bżonnjuzi li ma sarux. Id-difiża hija wisq batuta, għandna bżonn ta' goalkeeper ta' livell għall-futur flok Abbiati għax issa kiber u naqqas mil-livell, kif ukoll plejer ta' nofs il-grawnd ieħor ta' kwalità. Barra minn hekk, għal xi raġuni rajt li r-referees qed jippenalizzawna dis-sena f 'diversi logħbiet. Però, dan l-aħħar qed jinkwetani ħafna l-fatt li wħud mill-plejers qed narahom bla ħeġġa ta' xejn, oħrajn jiġru bl-amment u ma jafux fejn sejrin, la tattika, la kross tajjeb, la freekicks u korners perikolużi – xejn! Imbagħad, l-avversarji tagħna jixbgħu jiskurjaw minn 'set-pieces' kontrina u dik tagħmel differenza wkoll, għax il-futbol jibbaża wkoll fuq l-episodji. Meta nara l-Milan jilagħbu ġieli nistqarr miegħi nnifsi li donnhom qatt ma tħarrġu flimkien qabel! U Christopher Micallef x'jaħseb li għandu jsir biex tinbidel l-arja fl-ambjent ta' AC Milan u nerġgħu naraw lil dan it-tim fejn tassew jixraqlu li jkun jiġifieri fl-ogħla postijiet kemm tal-Kampjonat Taljan Serie A Tim kif ukoll fuq livell Ewropew fil-UEFA Champions League? "L-ewwelnett naqbel ħafna mar-ritiro li bdew AC Milan minn nhar il-Ħadd li għadda. Ovvjament mhux kollox huwa tort ta' Allegri għax issoċjetà fl-aħħar snin għamlet diversi żbalji wkoll. Is-soċjetà trid tinduna jekk il-plejers għadhomx wara l-kowċ, għalkemm personalment naħseb li l-kowċ għandu jitneħħa jew jirriżenja u għandna nfittxu kowċ b'esperjenza u li jibbaża ħafna fuq t-tattika u t-'team work', issa li m'għadniex nonfqu flus fis-suq tat-trasferimenti u qed nippruvaw intellgħu tim ġdid u żagħżugħ. Nemmen li jekk jidħlu plejers bħal De Sciglio, Pazzini u El Sharaawy, diġà mmorru 'l quddiem. Naħseb li hemm bżonn ukoll li l-plejers jibdew jittrenjaw iktar ħin flimkien kuljum u jippruvaw jagħmlu taħriġ iktar iffukat fuq id-difetti tagħhom, bħal 'crosses' millfullbacks, min hu nkarigat li jagħti l-corners u l-freekicks, jiddefendu bħala tim minn 'set-pieces', jivvintaw 'set-pieces' b'element ta' sorpriża, itellgħu b'saqajhom l-goalkeepers, jixxuttjaw fil-lasta min ma tantx jaf u affarijiet simili. Dan qed ngħidu għax ma jistax ikun li plejers ta' tim tal-livell ta' AC Milan jonqsu minn kwalitajiet bażiċi fil-logħba tal-futbol ! Naħseb li s-soċjetà qed tkun wisq ottimista u taħseb li kollox se jmur ħarir u dejjem ngħaddu b'li għandna, kif forsi ġara sa issa. Imma biex tikkompeti mal-aqwa u tirbaħ għandek bżonn ta' pjanar 'long-term', tim bi plejers ta' kwalità, tim organizzat u dixxiplinat, b'sistema u identità ta' logħob bi plejers li huma kapaċi jagħmlu 'set-pieces' sew kemm fl-attakk kif ukoll fiddifiża, plejers fit fiżikament, sostituti kapaċi u plejers motivati. Barra minn hekk, naħseb li hemm bżonn ta' diversi affarijiet oħra xi jsiru biex naraw lil dan it-tim fejn tassew jixraqlu, fosthom li l-President Berlusconi għandu jkun iktar preżenti u viċin tal-iskwadra! Nemmen ukoll li għandhom jitneħħew ċerti plejers li mhumiex tallivell ta' AC Milan fosthom Amelia, Constant, Zaccardo, Bonera, Emanuelson, Matri (speċjalment meta tqis li dan sewa s-somma ta' xejn inqas minn 11-il miljun Euro), Nyang u anki xi 'preparatori' atletiċi. Għandna wkoll nimmodernaw l-istadium ta' San Siro biex iktar partitarji jmorru jaraw il-logħob. Ilpartitarji u l-Curva għandna nibqgħu nissapportjaw u nibqgħu viċin tat-tim f 'dan ilmument diffiċli. Nemmen li l-veru problemi ta' AC Milan huma l-President Berlusconi u l-iktar, il-kowċ Allegri! Nagħlaq b'punt li ġieni f 'moħħi u li forsi ħafna ma jaqblux miegħi. Naqbel li għandha ssir ġabra millpartitarji ta' AC Milan filpajjiżi kollha biex min jista' u jrid, jibda jagħti donazzjoni ta' ftit Ewro (sa massimu ta' 10 Ewro) lill-klabb kull staġun u bihom jixtrulna xi stilla fis-sena, la l-President ma jridx la jonfoq iktar flus minn tiegħu u lanqas ibigħ il-klabb."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013