Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 | illum 7 L-eks Ministri tal-Finanzi dwar il-baġit: Fih bosta miżuri pożittivi u fattibbli JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt L-EKS Ministru tal-Finanzi Lino Spiteri, li serva taħt amministrazzjonijiet differenti mmexxija minn Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant qal li dan kien baġit pożittiv. "Nikkunsidra lil dan il-baġit bħala wieħed pożittiv li għandu bosta mikro miżuri, li jekk teħodhom flimkien, ser iħallu impatt sostanzjali pożittiv. Fi kliem sempliċi, dawn ser jistimulaw ix-xogħol u t-tkabbir ekonomiku." F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, Lino Spiteri qal li mhux veru li dan huwa baġit 'too good to be true'. "Din mhix vera, għaliex il-miżuri kollha huma fattibbli. Dawn huma 'can do, will do measures."' Lino Spiteri qal li hu kien kuntent bil-miżura tat-tneħħija tat-taxxa tat-trasferiment tal-propjetà lill-persuni b'diżabbiltà. Fil-baġit, it-taxxa tat-trasferiment causa mortis se titneħħa kompletament għal kull proprjetà li titħalla lillpersuni b'diżabbiltà f'każijiet bona fide. Madankollu, Spiteri qal li jispera li "għas-sena d-dieħla fil-baġit 2015, tingħata prijorità għall-allokazzjoni sabiex jibdew jinbnew djar għall-persuni b'diżabbiltà." John Dalli, li kien Ministru tal-Finanzi taħt Gvernijiet Nazzjonalisti qal li "kien baġit illi kien wieħed wide-spectrum ħafna b'miżuri konkreti fuq kif ser jinċentiva lill-Maltin u l-Għawdxin sabiex ikomplu jaħdmu. Waħda mill-problemi illi ħafna drabi jkollha l-industrija, hi li ma ssibx nies biex jaħdmu fiha." Dalli qal li f'dan il-baġit kien hemm bosta miżuri biex jinċentivaw lill-Maltin biex Lino Spiteri John Dalli joħorġu jaħdmu. "Saħansitra l-impatt soċjali nett ta' dawn ħafna minn dawn li għal xi il-movimenti. Mill-ewwel qari raġuni jew oħra qabel ma kinux tal-baġit (mingħajr ma dħalt fis-suq tax-xogħol." fiha), jidher illi kien hemm xift "Naturalment, hemm ilta' tassazzjoni, fejn żdiedu xi ftit miżuri soċjali li huma wkoll taxxi fuq dawk li jistgħu jħallsu, tajbin. Il-fatt illi ser jorħos ilfilwaqt li kien hemm tnaqqis prezz tal-enerġija huwa pożittiv għal dawk li ma jistgħux." ħafna," sostna John Dalli. Mistoqsi x'inhi l-iktar miżura L-eks Ministru tal-Finanzi li laqtitu, Dalli qal li pajjiżna qal li "hemm moviment l-iktar li kellu bżonn huwa fit-taxxi. Ngħidlek li din hija t-tnaqqis fil-kont tal-elettriku. inevitabbli biex wieħed ikun "Din mhix biss kwistjoni ta' jista' jibbilanċja s-sitwazzjoni. roħs għall-familji, imma toħloq Meta nanalizza l-moviment ukoll dak li jgħidulu multiplier tat-taxxi, wieħed irid jara effect. Il-fatt illi ser jibqa' aktar Żieda ta' €3.49 fil-ġimgħa biżżejjed? JEROME CARUANA CILIA ĠIMGĦA wara l-baġit u min jitkellem dwar is-servizz taċchildcare centres, min dwar it-tnaqqis fir-rati tat-taxxi u min dwar l-investiment fl-Università u fl-MCAST. Iżda bosta huma dawk li bdew jiddiskutu l-għoli tal-ħajja u kif din ser tolqothom. Fil-baġit, il-Ministru talFinanzi ħabbar li s-sena d-dieħla, iż-żieda għall-għoli tal-ħajja se tkun ta' €3.49 fil-ġimgħa. Din iż-żieda hija maħduma skont il-mekkaniżmu maqbul bejn l-imsieħba soċjali. Sadanittant, se jinbeda l-Household Budgetary Survey sabiex jiġi aġġornat l-indiċi talprezzijiet. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM ħadet il-kummenti tal-ekonomista Malcolm Bray dwar din iż-żieda. Bray spjega kif ħadem il-Cost Of Living Allowance (COLA) u jekk din is-sistema għandhiex titneħħa u tiddaħħal oħra minfloka. Kif jinħadem il-mekkaniżmu tal-COLA Il-COLA hi mekkaniżmu maqbul bejn l-għaqdiet ta' min iħaddem, il-unions u l-Gvern ta' kif kull sena tingħata kumpens tal-għoli tal-ħajja. Ta' kull sena tiġi maħduma kemm il-ħajja tkun għoliet, ibbażata fuq l-indiċi tal-prezzijiet ippubblikat mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika. Bħala eżempju, kieku l-indiċi tal-prezzijiet sena ilu kien 100 u din is-sena żdied għal 102, dan ikun ifisser li l-ħajja tkun għoliet bi 2%. Ir-rata ta' inflazzjoni li tkun irriżultat, tiġi applikata fuq salarju bejn wieħed u ieħor ekwivalenti ta' paga minima. Allura, xi ħadd li jaqla' l-paga minima jieħu żieda ta 2% filpaga tiegħu. B'dan il-mod, din is-sena ż-żieda ġiet tammonta għal €3.49 fil-ġimgħa. Dan iffisser li filwaqt dawk li jaqalgħu l-inqas ikunu ħadu żieda f'termini perċentwali daqs l-għoli tal-ħajja, dawk li jaqalgħu paga ferm iktar għolja minn dik minima jieħdu żieda f'termini perċentwali iktar baxxa. B'dan il-mod jiġu protetti l-faxxa tas-soċjetà l-iktar li għandhom bżonn. Taħseb li din is-sistema għandha titneħħa? Jekk iva, hemm xi sistema aħjar? L-għan prinċipali tal-COLA minn dejjem kien biex ikun hemm mekkaniżmu li ġie maqbul għal darba u li jagħti ċertezza kif il-ħaddiema jieħdu żidiet fil-paga. Naturalment, il-ħaddiema jistgħu dejjem jinnegozjaw żidiet iktar ġenerużi mill-COLA imma tal-inqas jafu li ż-żieda fil-COLA ser jeħduha bi dritt. Dan il-mekkaniżmu rnexxielu tal-inqas jagħti żidiet fil-paga lill-ħaddiema li forsi ma tantx huma f'pożizzjoni li jinnegozjaw żidiet kbar fil-paga. Mill-banda l-oħra l-kritika li ssir hi li l-COLA toħloq żieda fl-ispejjeż għal kumpaniji li jispiċċaw ma jkunux jifilħu għalihom. Meta l-paga tibda togħla ħafna u min jimpjega ma jkunx jiflaħ għaliha, jispiċċa f'sitwazzjoni li jkollu jagħlaq u jkeċċi n-nies. Dan japplika speċjalment għal dawk ilħaddiema li ma tantx ikunu kapaċi u allura ma tantx ikunu jistgħu jpattu għaż-żieda filpaga b'iktar produttività sabiex iżommu l-ispejjeż għan-negozju taħt kontroll. Però jidher li din il-problema ma tidhirx li matul dawn l-aħħar snin kienet wisq kritika għax l-ammont ta' qgħad kien dejjem wieħed moderat u bil-wisq iktar baxx minn dak li hemm fl-Ewropa. Jidher li s-suq taxxogħol hu biżżejjed flessibli biex ipatti għal ċertu riġidità li toħloq sistema bħal COLA. Forsi 'l quddiem wieħed jista' jikkunsidra jekk bi qbil bejn il-partijiet ċivili jista' jkun hemm arranġament li jekk fabbrika ma tkunx tiflaħ għal spejjeż iktar ħabba l-COLA, dawn jiġu posposti b'xi żmien (pereżempju massimu ta' tliet snin) sakemm il-fabbrika tirkupra u mbagħad il-ħaddiema jkunu jistgħu jieħdu dawn iż-żidiet b'lura. Jista' wkoll jiġi mniedi xi proġett pilota fejn xi kumpaniji bi qbil mal-unions jibdew ikejlu l-produttività tal-ħaddiema fuq tul ta' snin biex imbagħad wieħed ikun f'pożizzjoni aħjar li jikkumenta jekk żidiet fil-paga maħduma fuq il-produttività tal-livell ta' kumpanija, jkun jaqbel iktar kemm għal ħaddiema u kemm għal min iħaddem. Din is-sena l-Gvern ta' żieda ta' €3.49 fil-ġimgħa, €4.08 issena l-oħra u fl-2012 il-COLA flus fil-but tan-nies, dan ser jiġġenera iktar l-ekonomija. Ilbiċċa l-kbira ta' dawn jintefqu, u dawn il-flus jerġgħu jintefqu. Dan huwa dak li joħloq ixxogħol u jiġġenera l-ekonomija." "Finalment hemm il-veloċità tal-mod kif il-flus jiġġeneraw ruħhom. "Dan kollu jista' joħloq tkabbir tal-ekonomija u iktar investiment u xogħol. B'hekk jiżdiedu l- impjiegi," spjega John Dalli. Dak li kien jagħmel differenti Dalli hu li jżid l-għajnuna finanzjarja għal dawk li l-inqas jistgħu jħallsu. "Meta kont Ministru tal-Finanzi, tajt tnaqqis drastiku fl-income tax u aġġustajt iċ-childrens allowance. Kont tajt ukoll allowance supplimentarja lil dawk li ma jħallsux income tax sabiex dawn jieħdu allowance speċjali. Sabiex jinħoloq iktar bilanċ soċjali, inżid l-għajnuna lil dawk li l-inqas jistgħu." kienet ta' €4.66. Għalfejn dawn id-differenzi? Id-differenza ġejja mill-fatt li matul din l-aħħar sena r-rata talgħoli tal-ħajja kienet iktar baxxa minn dik ta' sena qabel. Tajjeb li wieħed jikkunisdra toroq ġodda Il-COLA wriet li kienet kapaċi żżomm il-paċi industrijali matul dawn is-snin. Dan kien suċċess kbir. Madankollu dejjem tajjeb li wieħed jikkunsidra toroq ġodda għax ir-realtà ekonomika hi dinamika u dak li kien tajjeb s'issa m'hemmx garanzija li jibqa' tajjeb għal dejjem. L-importanti li d-deċiżjonijiet jittieħdu wara studji xjentifiċi biex jevalwaw kull għażla bir-reqqa. l Kap Eżekuttiv tal Fondazzjoni Servizzi Edukattivi jgħarraf li : Qed jintlaqaw applikazzjonijiet għal provizjoni ta' Tender imsemmi hawn taħt fil fond FES St Ni holas ollege o s Se ondar S hool tarfa TF11 0 sa nofsinhar tas 27 ta' November 2013 Provision of Training for Numeracy Programme Tutors and Supply of Resources for ESF Project 1.229 Skills Acquisition For Children And Adolescents Aktar informazzjoni u/jew kopja tat-Tender tista' tinkiseb minn Mr Bernard Zarb fuq email bernard.zarb@gov.mt Programm Operattiv II – Politika tà Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għal Aktar Impjiegi u Kwalità tà Ħajja Aħjar Avizz parzjalment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata tá kofinanzjament: 85% Fondi mill-UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013