Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 Ritratt: Ray Attard SPORTSillum L-attakkant ta' Vittoriosa Stars Oscar Guerrero segwit mill-BOV Plejer tal-Logħba Jhonnattann Benites da Conceicao b'Shola Shodiya Haruna isegwi l-azzjoni Jhonnattann Benites l-eroj assolut fir-rebħa Karkariża Birkirkara .............. 2 Vittoriosa S ............ 0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT WARA li nhar il-Ħadd li għadda skorja doppjetta fir-rebħa ta' 3-1 kontra Floriana, il-plejer Brażiljan ta' Birkirkara, Jhonnttann Benites Da Conceicao reġa' kien l-eroj assolut tal-Istripes meta reġa' rnexxielu jiskorja doppjetta oħra, din id-darba fir-rebħa ta' 2-0 kontra t-tim inferjuri u neo-promoss ta' Vittoriosa Stars. Kienu Vittoriosa Stars li kontra kull mistenni ħarġu fuq l-offensiva meta wara biss 6 minuti logħob, freekick ta' Oscar Guerrero ġie mxellef bi ftit, iżda x-xutt tiegħu ġie mblukkat minn Justin Haber. Freekick ieħor għall-iStars, din id-darba ta' Marcio Teruel għadda ftit barra wara li bħall-freekick ta' qablu wkoll ġie mxellef. Fl-20 minuta Birkirkara ħolqu l-periklu meta xutt ċentrali ta' Edward Herrera ġie milqugħ minn Sean Cini. Ftit wara, Haber laqa' mingħajr diffikultà xutt ċentrali ta' Teruel qabel maliStripes irnexxielhom isibu x-xibka f 'nofs l-ewwel taqsima. Dan hekk kif Herrera kellu ġirja tajba tipika tiegħu fuq illemin qabel avvanza fil-kaxxa mil-lemin fejn għadda l-ballun lejn Jhonnattann li x-xutt millewwel tiegħu għeleb lil Cini li f 'din il-logħba, kien qed jieħu post il-goalkeeper titolari, Jean Matthias Vella li għadu qed jirkupra minn injury. U bilkemm kienet għaddiet minuta li l-Karkariżi ma rduppjawx l-iskor hekk kif wara li Cini ma rnexxielux iżomm minn xutt tal-attakkant Niġerjan, Shola Shodiya Haruna, daħal tajjeb l-istess Jhonanttann Benites li millviċin tefa' ġewwa biex b'hekk skorja doppjetta personali f 'din il-logħba. Sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Teruel għadda pass fit-tul eċċellenti lejn Guerrero li avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat mill-goalkeeper ta' Birkirkara, Haber. Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, Vittoriosa Stars resqu ferm viċin li jnaqqsu l-marġni tal-iskor meta freekick tassolitu Teruel ġie mdawwar f 'corner minn Haber. Seba' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Cini ċaħħad lil Birkirkara milli jiskorjaw ittielet gowl tagħhom fil-logħba meta salva tajjeb xutt b'saħħtu tal-BOV Plejer tal-Logħba, Jhonnattann Benites da Conceicao. Temile seta' faċilment għamel l-iskor 3-0 favur Birkirkara iżda wara li rċieva minn kross tajjeb ta' Vella, laqat ħażin minn daqqa ta' ras. Fuq in-naħa l-oħra tal-grawnd, il-plejer ta' Vittoriosa Stars, Clive Brincat ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jistampa mal-mimduda wara li rċieva minn freekick ta' Malcolm Buttigieg. Ftit wara kienu Birkirkara li kienu sfortunati meta huma wkoll laqtu l-mimduda minn xutt imdawwar tal-plejer żagħżugħ, Ryan Camenzuli. U minuta mit-tmiem tal-logħba, l-iStripes tilfu okkażjoni tad-deheb meta Jhonnattann wara li approfitta bis-sħiħ minn żball fid-difiża tal-iStars, avvanza waħdu, iżda l-attakkant Brażiljan għażel li jgħaddi l-ballun lejn is-sostitut żagħżugħ li daħal jilgħab fittieni taqsima, Kurt Zammit, minflok ikkonkluda lejn il-lasti avversarji bix-xutt ċentrali tal-istess Zammit jiġi mblukkat minn difensur ta' Vittoriosa Stars. Birkirkara Haber, Herrera, Mendoza, Benites da Concaicao, Scicluna, Zerafa, Temile (Camenzuli 64'), Zerafa, Shola Shodiya Haruna (Toure 78'), Vella (Zammit 78'), Muscat Vittoriosa S. Cini, Samir Arab, Buttigieg, Teruel (Barbara 64'), Pereira, Spiteri (Mifsud 88'), Siraj Arab (Omoboy Ebiesuwa 71'), Guerrero, Dos Santos, Aguiar, Brincat Referee Paul Caruana JHONNATTANN BENITES DA CONCEICAO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba millġurnalisti preżenti Twieled fis-27 ta' Lulju 1989 f'Cardoso Moreira fil-Brażil Ingħaqad ma' Birkirkara fl-istaġun li għadda mingħand l-arci-rivali, Valletta Jilgħab fil-pożizzjoni ta' attakkant u skorja doppjetta f'din il-logħba Huwa wieħed mill-aqwa plajers barranin li hawn Malta waqt li qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Birkirkara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013