Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 | illum 27 Il-plejer żagħżugħ ta' Hibernians Jean Paul Farrugia jittanta xortih permezz ta' xutt lejn il-lasti avversarji Hibs idawru telfa f'rebħa kbira b'10 plejers Hibernians.............. 4 Naxxar L ................. 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT HIBE rnians irnexxielhom idawru telfa f'rebħa kbira ta' 4-1 u dan meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta kmieni fil-logħba tkeċċa għalihom id-difensur versatili Jonathan Pearson. Kienu Hibs li kif mistenni ħarġu fuq l-offensiva meta l-plejer ta' Naxxar Lions irriskja li jwettaq awto-gowl hekk kif laqat il-mimduda fit-tentattiv tiegħu li jikklerja l-ballun minn kross ta' Marcelo Dais wara 10 minuti logħob. Iżda kontra x-xeħta tal-logħob kienu propja l-Lions li fetħu l-iskor fl-20 minuta meta minn ġirja tajba ta' Jerry Ani fuq il-lemin, huwa kkrossja tajjeb lejn il-plejer żagħżugħ Duane Bonnici li millviċin tefa' fix-xibka. Hibs qalgħu daqqa ta' ħarta fil-25 minuta meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers hekk kif tkeċċa għalihom Jonathan Pearson wara li rċieva żewġ karti sofor f'temp ta' żewġ minuti. Madankollu, din it-tkeċċija ma tantx affettwat lill-Pawlisti hekk kif propju fis-27 minuta huma ġabu l-iskor indaqs permezz ta' xutt sabiħ ta' Jackson Lima wara li rċieva pass tajjeb mingħand Bjorn Kristensen. Fit-32 minuta Hibs rebħu penalty meta Ryan Gilmour Cassar ġie ġġudikat li waqqa' lil Tarabai fil-kaxxa u mill11-il metru s-solitu Clayton Failla ma żbaljax biex għamel l-iskor 2-1 favur Hibs. Fit-53 minuta Andrew Cohen falla okkażjoni tajba ta' skor meta ra l-konklużjoni tiegħu tgħaddi għoli u ħames minuti biss wara Clayton Failla kien sfortunat meta laqat il-wieqfa b'Julian Azzopardi megħlub. Tliet minuti biss wara, xutt angulat tal-istess Failla mix-xellug ġie parzjalment milqugħ millgoalkeeper ta' Naxxar Lions. Ftit wara, Azzopardi wettaq saves tajbin fuq tentattivi millviċin ta' Kristensen u Tarabai. Fuq in-naħa l-oħra tal-grawnd, freekick ta' Pablo Doffo għalLions ġie mdawwar f'corner minn Muscat, mgħejjun millasti fis-67 minuta. Seba' minuti mit-tmiem tal-logħba, Hibs issiġġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet gowl fil-logħba permezz ta' Tarabai li għeleb lil Azzopardi permezz ta' xutt angulat mil-lemin. U s-sostitut Niġerjan Obinna Obiefule għamilhom 4-1 fis-86 minuta permezz ta' daqqa ta' ras millviċin wara li rċieva minn kross mil-lemin ta' Andrew Cohen. Hibernians Muscat, Camilleri, Pearson, Soares, Lima, Dias, Cohen, Kristensen, Failla MARCELO DIAS Għalkemm ma rnexxilux isib ix-xibka f'din il-logħba, ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fid-29 ta' Settembru 1985 fil-Brażil Jilgħab f'nofs il-grawnd Meqjus minn uħud bħala l-aqwa plejer barrani f'pajjiżna (Bartolo 78'), Farrugia (Obiefule 69'), Dos Santos (Azzopardi 90') Naxxar L. Azzopardi, Decesare, Cassar, Lopes de Souza, Silva dos Santos, Bellia, Doffo, Rocha da Silva (Zongo 79'), Da Silva Ribeiro, Ani (Scerri 62'), Bonnici (Falzon 76') Referee Kevin Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013