Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207
Kummercjali 22 illum | Ħadd 24 ta' Novembru 2013 L-esperti tar-Rum Havana Club f'Malta TIM ta' esperti Kubani tar-rum qasmu l-għarfien tagħhom mal-konsumaturi u l-bartenders Maltin f 'serje ta' klassijiet (Havana Club Rum Masterclasses) li ttellgħu apposta għalihom dan l-aħħar f 'Malta. L-ambaxxatur tal-marka Havana Club, Damian Dominguez Perez, ta ħarsa lejn l-oriġini ta' dan ir-rum Kuban, lejn l-istorja u s-sigrieti użati fil-produzzjoni tar-rum, kif ukoll ħarsa lejn l-istorja tal-Havana Club, ir-rum oriġinali ta' Kuba. Damian kien akkumpanjat minn Luis Salgueiro Viera, cantinero tal-cocktails Kuban – bartender bi snin ta' esperjenza – li wera kif tħejji għadd ta' mojitos Kubani awtentiċi, u cocktails Kubani klassiċi oħra. Tul dawn is-sessjonijiet interattivi ta' taħriġ, il-bartenders Maltin ġew mistiedna jidħlu wara l-bar biex jitgħallmu b'mod prattiku kif iħejju x-xorb minn wieħed mill-aqwa cantineros ta' Kuba. Waħda mill-attivitajiet li saru għall-bartenders professjonali kienet kwizz għall-parteċipanti kollha. It-tliet bartenders bl-aħjar riżultati ngħataw invit biex imorru għal sessjoni globali ta' taħriġ mifruxa fuq 5 ijiem f 'Ħavana/Kuba, f 'Mejju 2014. Saret ukoll sessjoni li fiha seta' jindaqq ir-rum filFarsons Direct, l-Imrieħel. Hawn il-klijenti kellhom l-opportunità li japprezzaw uħud mill-aqwa togħmiet tal-marka Havana Club. Iż-żjara tal-esperti tar-rum f 'Malta ntemmet bi pranzu esklussiv ospitat mil-Lukanda Phoenicia. Għal dal-pranzu attendew numru ta' membri magħżula mill-industrija talospitalità f 'Malta u serva ta' għeluq mill-aqwa għal dawn l-attivitajiet straordinarji kollha li ttellgħu. Ir-rum Havana Club hu impurtat, irreklamat u mqassam mill-Farsons Beverage Imports Company Limited (FBIC), membru talGrupp Farsons. PINOKKIO... Il-Pantomima bil-Malti fl-Istitut Kattoliku M'HEMMX dubju li l-Pantomima tal-Milied bil-Malti fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana saret waħda millattrazzjonijiet prinċipali ta' divertiment tul il-ġranet sbieħ tal-Milied. Din is-sena ma għandix tkun eċċezzjoni għax il-kumpanija ħasbet biex tirregalalna produzzjoni oħra mimlija spettaklu, fantasija, żfin, kant, kulur u daħq għal familja kollha. F'Dicembru u Jannar li ġej se tlaqqagħna ma' Pinokkio... il-pupazz li meta jigdeb jikbirlu mnieħru. Pinokkio jlaqqagħna ma' diversi karattri magħrufa bħal Ġeppetto, Antonio (il-kuxjenza ta' Pinokkio), il-Wolf, il-Pussy, is-Saħħara l-Ħażina u s-Saħħara t-tajba, wieħed li jaqra x-xorti u s-segretarja tiegħu, Kamran u ovvjament d-dama, jekk ma jkollokx d-dama ma tkunx pantomima, mhux hekk! in mill a a an e Com an Il-koreografija għal darb'oħra ġiet fdata f 'idejn Felix Busuttil li wkoll f 'xena minnhom ikollu wkoll żifna bit-tfal li jgħallem hu meta Pinokkjo jiddeċiedi li jmur... imma aħjar nieqaf hawn. Il-kast bħas-soltu hu wieħed formidabbli b'Toni Busuttil bħala d-dama, Snits bħala Pinokkio, Ina Robinich, Brian Farrugia, Simon Curmi, Janvil, Felix Busuttil, Julie Pomorski, Mario Rappreżentant tar-Rum Havana Club Il-President George Abela jiltaqa' malimpjegati ta' Banif Bank Il-President jiltaqa' mal-ħaddiema ta' Banif Bank Id-dama f'idejn Toni Busuttil Camilleri, Franky Borg, Alan Falzon, Bernice Darmanin u oħrajn. Il-banda, bħassoltu se tkun live taħt iddirezzjoni ta' Abigail Brown b'arranġamenti mużikali ta' Joe Brown. Pinokkjo għandu kitba oriġinali ta' Toni Busuttil u Snits. Id-direzzjoni hi ta' Ray Abdilla bil-produzzjoni tkun bħas-soltu ta' Pawlu Testa. Rappreżentazzjoni bi Prezz Speċjali Se ssir rappreżentazzjoni l-Ħadd 22 ta' Diċembru fl-10am bi prezz verament speċjali ta' €12.50 u €11.50 isfel u €8.50 u €10.50 filgallarija. Se tittella' wkoll rappreżentazzjoni oħra fl-istess ġurnata fil-ħin tant popolari tal-4pm. Bħas-soltu r-rappreżentazzjonijiet kollha se jsiru fl-Istitut Kattoliku, ilFurjana u jkomplu kif ġej: F'Diċembru: il-Ħamis 26 fis-2.30pm u 7.30pm, ilĠimgħa 27 fis-7.00pm, is-Sibt 28 fis-7.30pm, il-Ħadd 29 fis2pm u 6.30pm u t-Tnejn 30 fis-7pm. F'Jannar isiru dawn ir-rappreżentazzjonijiet: ilĠimgħa 3 fis-7.30pm, is-Sibt 4 fis-7pm, il-Ħadd 5 fis-2pm u 6.30pm, u s-Sibt 11 fis7pm. Wieħed diġà jista' jixtri l-biljetti tiegħu mingħand: Pawlu Testa Travel: 21223340 / 99476468, Booking Office Istitut Kattoliku (filgħaxija): 21238429, Bar tal-Istitut Kattoliku: (filgħodu u filgħaxija) 2124255, Carmen Azzopardi tar-Rabat 21454836 u Tereża Bazaar ta' Ħaż-Żabbar: 21892730. Wieħed ukoll, jista' jixtri l-biljetti tiegħu minn fuq l-internet mis-sit uffiċjali tal-Kumpanija Teatru Rjal kif ukoll dak tal-Istitut Kattoliku. www.kumpanijateatrurjal.com u www.istitutkattoliku.com L-EĊĊELLENZA Tiegħu l-President George Abela ngħata akkoljenza kordjali mill-impjegati ta' Banif fl-uffiċini tal-Bank filGżira li kienu ħerqana biex jiltaqgħu miegħu u jkellmuh fuq il-ħajja tax-xogħol tagħhom. IlPresident għamel żjara ta' kortesija lill-bank u kien ġentili biżżejjed biex jieqaf jitkellem ma' kull impjegat, bil-manjiera tipika dħulija tiegħu. L-Eċċellenza Tiegħu kixef plakka komemorattiva biex ikunu imfakkrin il-ħames snin ta' kollaborazzjoni bejn Banif Bank u l-Presidenza fil-Ġirja talPresident. Il-Kap Eżekuttiv ta' Banif Joaquim F. Silva Pinto ppreżenta wkoll tifkira tal-okkażjoni lil Dr Abela.