Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 Kunsill jitlef terz tal-fondi Ewropej wara nuqqas ta' riċerka JAMES J. PISCOPO Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jidher li minn allokazzjoni ta' madwar €365,000 intużaw biss €244,000, telf ta' €120 elf ekwivalenti għal terz tal-fondi allokati. F'kumment ma' din ilgazzetta, il-persuna responsabbli mill-proġett kien implika li parti mill-fondi li ntilfu kienu tort tal-Fondazzjoni Wirt Artna, li skont hu kienet oġġezzjonat għat-tisbiħ tal-madwar. Iżda kkuntattjat minn din il-gazzetta, jpiscopo@mediatoday.com.mt IL-KUNSILL Lokali ta' Marsascala tilef madwar €120 elf minn fondi tal-Unjoni Ewropea wara żbalji kbar li saru huma u japplikaw għal dawn il-fondi. Il-proġett ERDF 212 kellu l-għan li jirreġenera s-settur turistiku fil-lokalità, fost l-oħrajn bi proġett ta' tisbiħ li kien jinkludi xogħlijiet fuq il-bankini u installazzjonijiet ta' dwal, bankijiet, reċipjenti għall-iskart u railings ġodda fil-promenade tat-torri ta' San Tumas. Il-proġett kien jiffoka wkoll fuq id-dawra tal-istess torri, wieħed mill-ġawhar storiċi tal-lokalità. Iżda kien hawnhekk li nqala' ntopp, wara li kif ammetta kunsillier stess fil-minuti tal-kunsill, "saru żewġ żbalji kemm fuq it-titlu tal-art tal-madwar tat-torri u kemm minn kellu t-titlu tat-torri nnifsu." Infatti, parti sostanzjali mill-proġett kien li jsir railing tal-ħadid mad-dawra tat-torri ta' San Tumas iżda ma kinux jafu li biċċa art fl-istess żona kienet privata. Is-sid oġġezzjona u r-railing ma setax isir. "Il-proġett kollu sar barra Il-qagħda preżenti tat-Torri ta' San Tumas f'Marsaskala Partijiet mill-minuti ta' laqgħa talKunsill fit-8 t'Awwissu 2013 r-railing. Dan kien l-aktar materjal għoli allura t-telf talfondi kien sostanzjali," ammetta Mark Causon, il-manager ta' dan il-proġett. Hu ma setax jindividwa ammont iżda qal biss li kien "sostanzjali." Anke mill-Kunsill Lokali iċ-ċermen tal-fondazzjoni, Mario Farrugia ċaħad dan u qal li dak li kien pjanat li jsir madwar it-torri, fosthom tindif u ħidma fuq ġebel li kien qed jaqa', sar kollu kif pjanat. Il-fatt li l-Gvern kien qed jikkunsidra li jagħti t-torri lill- bqajna bla risposta mixtieqa. Minkejja korrispondenza twila, fir-risposti ma kien hemm l-ebda referenza għal telf ta' fondi u ngħatat l-impressjoni li dan ma kienx il-każ. Iżda skont informazzjoni li din il-gazzetta ġabet mis- YEARS kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (kif żvelat din il-gazzetta l-ġimgħa l-oħra) kompliet iżżid il-problemi lill-istess kunsill. F'minuti tal-kunsill t'Awwissu li għadda, is-Sindku jgħid li spjega lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes li "waħda mirraġunijiet li ngħatajna dawn il-fondi kien minħabba dan ittorri peress li kien hemm pjanat li jsir Mużew tal-Piraterija." Il-proġett li t-torri jsir mużew huwa tal-Fondazzjoni Wirt Artna, li qiegħda f'diskussjonijiet mal-Gvern biex jerġa' jiġġedded il-ftehim li din l-entità tibqa' responsabbli tassit storiku. Residenti li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li meta lmentaw dwar ħmieġ li kien hemm f'dawret it-torri, il-Kunsill wieġeb li t-torri ma jaqax taħtu. "L-iskart huwa mormi ma' kullimkien. Ilmentajna mal-Kunsill però r-risposta li ngħatajna dejjem kienet li dan it-torri ma jaqax taħt ilkompetenza tal-Kunsill. Hemm taħwida manja. Il-Fondazzjoni Wirt Artna min-naħa tagħhom qegħdin jaħslu ijdejhom għax skont huma t-torri għadu mhux iffirmat u mogħti lilhom," temm jgħid dan ir-resident. www.peugeot.com.mt WARRANTY LIMITED EDITION 208 BLANCHE €13,600 CO2 99g Road Licence €100 5-Door, Alloy Wheels, Fog Lamps, SMEG Touch Screen, Rear Parking Aid, Electric Side Mirrors, Remote central locking, Bluetooth, WIP Sound Tuner MP3-USB player, Air Conditioning & much more. Terms & conditions apply. PEUGEOT 208 BLANCHE Join Peugeot Malta on Facebook: www.facebook.com/peugeotmalta Michael Attard Ltd. – National Road, Blata l-Bajda – T: 2248 3140 – M: 79 406 607 – E: sales@michaelattard.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013