Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207
SPORTSillum Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 35 ża ta' Sliema W. u n-Nazzjonal Alex Muscat Twieled fl-14 ta' Diċembru 1984 f'TalPietà Huwa l-captain ta' Sliema Wanderers fejn ilu jokkupa din il-pożizzjoni għal diversi snin Beda jilgħab il-futbol meta kellu biss 6 snin man-nursery ta' Sliema Wanderers Beda l-karriera tiegħu ma' Lija Athletic fl-istaġun 2002/03 nneħħu xejn mix-xoghol ferm siewi li wettqu l-kowċis ta' qablu. Taqbel ma' din l-affermazzjoni tiegħi? Taħt kull kowċ li kont fit-tim nazzjonali, dejjem kien hemm avvanz fis-sistema ta' logħob li nilagħbu bih bħala nazzjonal u nemmen li f 'dawn l-aħħar sentejn ilħaqna livell li ilna ma naraw fin-nazzjonal fejn irbaħna ħafna logħob ta' ħbiberija u ġibna riżultati sodisfaċenti anki fil-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja fosthom irrebħa away kontra l-Armenja. X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni preżenti talMFA mmexxija mid-duo ferm ħabrieki Darmanin Demajo u Vassallo? Nemmen li qed isir ħafna xogħol siewi mill-amministrazzjoni talMFA biex jiżdied il-livell tal-futbol Malti iżda sfortunatament ħafna mid-deċiżjonijiet jittieħdu millklabbs li ma jkollhomx l-interess tal-futbol inġenerali f 'moħħhom imma l-interess tal-klabb tagħhom biss! Ritratt: Ray Attard Lagħab ukoll ma' Balzan, dak iż-żmien Balzan Youths fejn kien minn hawnhekk li beda jimpressjona u saħansitra ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali . F'dawn l-aħħar snin kemm ilek tilgħab ma' Sliema Wanderers, ġieli kellek xi offerti biex tmur tilgħab ma' xi klabb ieħor f 'Malta? Meta kont iżgħar kelli xi opportunitajiet fejn kien hemm xi klabbs li wrew interess fija f 'pajjiżi bħal Ċipru u l-Iżrael iżda dawn qatt ma mmaterjalizzaw. Ġieli kkunsidrajt li tmur tilgħab barra minn Malta u ġieli kellek xi offerti biex tingħaqad ma' xi klabb barrani? Dejjem kelli xewqa li mmur nilgħab barra minn Malta f 'livell li jkun aħjar mill-kampjonat Malti imma sfortunatament meta ġieni ċans konkret sofrejt millinjury tal-irkoppa fejn imbagħad sfortunatament kellu jitħassar kollox! X'inhi r-relazzjoni tiegħek malkowċ nazzjonali Ghedin u malplejers tat-tim nazzjonali? Ir-relazzjoni tiegħi mal-kowċ Ghedin u mal-plejers tan-nazzjonal hija waħda tajba ħafna hekk kif inqattgħu ħafna żmien flimkien peress li nitħarrġu darbtejn filġimgħa flimkien. Int tgħix biss permezz tal-futbol jew għandek xogħol ieħor? Jekk iva kif jirnexxilek tlaħħaq maxxogħol tiegħek u mat-taħriġ mannazzjonal u ma' Sliema Wanderers? Sa tliet snin ilu kont naħdem bħala 'full-time programmer' u kienet diffiċli ħafna biex inlaħħaq maxxogħol u mal-futbol. Għalhekk tliet snin ilu meta weġġajt l-irkoppa u domt żmien twil barra ħadt deċiżjoni diffiċli li nieqaf naħdem biex inkun nista' nirkupra sew millinjury u nikkonċentra fuq il-futbol. Ikolli ngħid li fid-'dressing room' ta' Sliema Wanderers, ma teżistix dik il-grinta jew dik ir-rabja sportiva li twassal biex tim jirbaħ il-kampjonat, għalkemm jidher li matul dan l-istaġun l-affarijiet jidhru differenti. X'tikkummenta rigward dan? Ma naqbilx miegħek hawn! Fissnin li għaddew kienu fatturi oħra li żammew lit-tim tas-Sliema 'l bogħod mir-rebħ tal-kampjonat, iżda nemmen li minn mindu daħal Keith Perry bħala President dan għamel ħafna xogħol biex isaħħaħ l-iskwadra biex tkun iżjed kompetittiva u timmira għal tragwardi għoljin bħalma huwa r-rebħ tal-kampjonat! X'inhu l-futur ta' Alex Muscat ma' Sliema Wanderers? Dan huwa l-għaxar staġun tiegħi ma' Sliema. Personalment nixtieq intemm il-karriera tiegħi masSliema imma fil-futbol qatt ma tista' tgħid x'jista' jiġri. Biss, bħalissa nista' ngħid li ninsab kuntent ħafna ma' Sliema! U l-futur ta' Muscat mat-tim nazzjonali? Taħseb li għad naraw lil Alex Muscat bħala captain tattim nazzjonali? It-tim nazzjonali huwa tragward li kull plejer iħares lejh. Jien dejjem nagħmel l-almu tiegħi biex nilgħab mat-tim nazzjonali. Naħseb li Michael Mifsud huwa captain eżemplari u baqagħlu ħafna snin bħala captain u warajh hemm diversi plejers oħra!