Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

SPORTSillum 34 illum | Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 Kolonna u garanzija fid-difiż CRISTIAN ANTONY MUSCAT Alex Muscat – difensur offensiv indispensabbli kemm ta' Sliema Wanderers kif ukoll tat-tim nazzjonali li għalkemm diġà ta ħafna lill-futbol Malti fadallu ħafna x'joffri. Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Bħal kull tifel żgħir kont inħobb nilgħab il-futbol l-iskola u mill-età żgħira ta' sitt snin il-ġenituri tiegħi ħaduni fin-nursery ta' Sliema. Ikolli ngħid li l-familjari tiegħek għenuk biex tinbet fik din l-imħabba u għadhom jappoġġjawk sal-lum. Fil-fatt dejjem nara lillpapa tiegħek il-grawnd isegwik waqt li ħuk m'huwa ħadd ħlief il-PRO tat-tim nazzjonali, Mark Muscat. Il-kummenti tiegħek. Il-familja tiegħi kollha dejjem tatni l-appoġġ kollu li kelli bżonn. Tibda minn missieri u ommi li kienu jwassluni ta' kuljum għattaħriġ. Ħija Mark, kif għidt tajjeb int, apparti li huwa l-PRO tat-tim nazzjonali huwa wkoll spalla li dejjem sibt u dejjem għeni filmumenti kollha tal-karriera tiegħi. Apparti minn hekk ma nistax ninsa lil marti Loredana li għal dawn l-aħħar għaxar snin kienet dejjem warajja. Fl-2004 ngħaqadt ma' Sliema Wanderers fejn għadek ma' dan it-tim sal-lum fejn barra li int ilcaptain nistgħu ngħidu li int ukoll kolonna u garanzija fid-difiża ta' dan it-tim. X'kienet l-esperjenza tiegħek sa issa ma' dan it-tim? Wara sentejn esperjenza nilgħab ma' Lija u Balzan, kienet se tkun diffiċli għalija biex nilgħab ma' Sliema Wanderers peress li kien hemm tim li kien għadu ġej minn żewġ rebħ tal-kampjonati. Iċċansijiet kienu se jkunu ftit għalija imma dak iż-żmien, il-kowċis Edward Aquilina u Hugh Caruana kienu wrew fiduċja fija u ddeċidejt li nittanta xortija mas-Sliema. Jien qalbi dejjem kienet Slimiża allura ġaladarba tawni din l-opportunità ddeċidejt li nibqa'. Fortunatament ġieni ċans wara ftit logħbiet li nilgħab u bdejt nidħol b'mod regolari mat-tim. Dan l-istaġun huwa l-għaxar wieħed tiegħi ma' Sliema Wanderers. Kienu għaxar staġuni emozzjonanti ħafna għalija fejn ix-xewqa ta' tfuliti li nilgħab ma' Sliema Wanderers saret realtà. Ikolli ngħid li matul dan l-istaġun kellkom bidu formidabbli fejn bosta qed iqisukom bħala sfidanti ewlenin għar-rebħ tal-kampjonat. Tikkonferma li se tkunu fit-tellieqa għar-rebħ tal-kampjonat? Kif għidt int tajjeb, bdejna dan l-istaġun b'mod pożittiv fejn bdejna nġibu riżultati pożittivi mal-ewwel logħob kuntrarju għal staġuni preċedenti. Il-fatt li bqajna ntejbu fuq it-tim tal-istaġun li għadda bl-istess kowċ u plejers fejn kien hemm ftit tibdil kienet importanti biex bdejna b'ritmu tajjeb. L-għan tagħna huwa li niġbru kemm jista' jkun punti fl-ewwel żewġ rawnds ħalli nibqgħu mat-timijiet ta' fuq tal-klassifika. Imbagħad kif kulħadd jaf fl-aħħar żewġ rawnds taċ-Championship Pool jista' jiġri kollox! Jidher li matul dan l-istaġun il-proġett Sliema Wanderers qed jilħaq il-qofol tiegħu fejn l-investiment li kien hemm f 'kowċ u fi plejers Taljani qed iħalli l-frott mixtieq. X'tikkummenta rigward dan? Il-kowċ li issa beda t-tieni staġun magħna huwa kowċ ta' esperjenza kbira, fejn saħansitra lagħab fisSerie A Taljana. Il-livell tal-plejers barranin din is-sena huwa ħafna aħjar minn dak ta' snin oħra fejn għandna barranin li jagħmlu d-differenza. Nemmen li l-fatt li bqajna naħdmu bl-istess kowċ u l-maġġoranza ta' plejers għat-tieni sena għenet biex nibqgħu nibnu fuq dak li għamilna s-sena l-oħra fejn kellna staġun pożittiv. X'unuri prinċipali rbaħt kemm ilek tilgħab ma' Sliema Wanderers? Fl-ewwel staġun tiegħi ma' Sliema Wanderers fl-2004/05 irnexxieli nirbaħ il-kampjonat ma' Sliema Wanderers fejn lgħabt 'il fuq minn 22 logħba. Apparti minn hekk kelli l-fortuna li rbaħt l-FA Trophy (darba) fl-2007/08 u s-Super Cup (darba) fl-2009/10. X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni preżenti ta' Sliema Wanderers immexxija mill-President ferm ħabrieki, Keith Perry? Ma nistax ħlief ikolli kliem ta' tifħir għall-President Keith Perry, li sentejn ilu ddeċieda li jibqa' wara t-tim u jsir President talklabb f 'mument diffiċli ħafna fejn il-klabb kien qed jirriskja li jfalli, meta l-eħfef ħaġa għalih kienet li jitlaq. Minn hemm 'il quddiem flimkien mal-kumitat ma ħarisx lura u beda jibni tim kompetittiv biex illum nistgħu nerġgħu naraw lil Sliema Wanderers jiġġieldu mattimijiet ta' fuq. Minn hawn nixtieq nirringrazzja pubblikament lil Keith Perry li għamel ħafna sagrifiċċji fejn anki saħansitra abbanduna x-xogħol personali tiegħu biex jaħdem bi ħġaru għal dan il-klabb li tant iħobb! tiegħi u meta tqis l-importanza tal-logħba, l-emozzjoni kienet kbira ħafna. Din kienet l-ewwel u l-unika darba li rbaħt is-Super Cup ma' Sliema Wanderers, allura l-ferħ kien ferm ikbar! Ma' Sliema Wanderers int imħarreġ taħt bosta kowċis differenti fosthom taħt Mark Marlow li ġab riżultati ferm pożittivi għall-Wanderers. X'tikkummenta fuq dan il-kowċ bravu? F'dawn l-għaxar snin li għaddew kont taħt ħafna kowċis u nista' ngħid li dejjem kelli kowċis ta' livell għoli. Mark Marlow huwa wieħed minnhom li kif għidt tajjeb int, daħal f 'sitwazzjoni fejn il-klabb kien qed jiġġieled biex jidħol fiċ-Championship Pool u rnexxielu jwassal lill-klabb biex anki jikkompeti fl-Ewropa. Ftit tas-snin ilu kellek inċident kemxejn serju li ħalliek barra millogħob għal diversi xhur. Kif għext dak iż-żmien diffiċli? Fil-bidu tal-istaġun 2010/11 sofrejt minn injury ferm kerha fejn weġġajt il-ligamenti tal-irkoppa (cruciate) li telfitni staġun sħiħ. Dan kien l-iktar żmien ikrah fil-karriera tiegħi fejn domt fuq tmien xhur ma nistax nipprattika l-isport li tant inħobb. Matul dan iż-żmien kont inqatta' ħafna ħin fiżjoterapija fejn ġieli kont saħansitra mmur għal terapija darbtejn kuljum. Kif għidtlek meta tgħaddi minn żminijiet bħal dawn mhux faċli imma bl-għajnuna ta' ħafna nies fosthom tal-mara, il-familja tiegħi u tat-tobba u fiżjoterapisti speċjalment ta' Dr David Attard u Joseph St John li kont insibhom f 'kull mument li kelli bżonnhom, dan iż-żmien ikrah filkarriera tiegħi għadda wkoll! Bħala captain tal-Wanderers nassumi u jkolli ngħid li għandek relazzjoni iktar mill-qrib mal-kowċ, mal-amministrazzjoni tat-tim fosthom il-President Keith Perry u l-membri l-oħra tal-kumitat kif ukoll mal-plejers sħabek. Tikkonferma dan? Il-klabb ta' Sliema Wanderers tista' tgħid li huwa familja fejn bejn il-kumitat, il-kowċ u l-plejers hemm għaqda u rispett kbir. Jien personalment għandi relazzjoni tajba ħafna kemm mal-President kif ukoll mal-kowċ. Ir-relazzjoni tiegħi ma' sħabi l-plejers hija tajba ħafna fejn il-maġġoranza tagħna tlajna flimkien min-nursery allura ilna ħafna snin nilagħbu flimkien. X'responsabbiltà tħoss li ġġorr ilfaxxa ta' captain ta' klabb bi storja tant glorjuża fil-futbol Malti bħal m'huwa Sliema Wanderers? L-ewwel u qabel kollox huwa unur kbir għalija li nkun captain ta' Sliema Wanderers. Il-piż tal-faxxa tal-captain huwa kbir, meta tqis tim bħas-Sliema Wanderers, imma nista' ngħid li nsib l-appoġġ kollu talkowċ, plejers u kumitat. F'Awwissu tal-2009 skorjajt ilgowl tar-rebħa kontra Hibernians fil-finali tal-BOV Super Cup. X'emozzjoni ħassejt dak il-ħin u x'fisser għalik personali u anki għalikom bħala tim ir-rebħ tal-istess Super Cup matul dak l-istaġun? Dak il-gowl għalija kien l-isbaħ gowl li qatt skurjajt fil-karriera Barra minn din l-injury, tul ilkarriera tiegħek kont kemxejn sfortunat li sofrejt bosta oħrajn li ħallewk barra mill-azzjoni. Ilkummenti tiegħek. Iva, sfortunatament sofrejt minn ħafna injuries imma dawn qatt ma waqqfuni u nemmen li minn kull injury titgħallem u ssir iktar b'saħħtek. L-isport iġib dawn il-problemi miegħu imma meta mbagħd nerġa' ninżel fil-grawnd, ninsa kollox. U la qed nitkellmu fuq it-tim nazzjonali ma nistgħux ma nsemmux ir-rebħa storika li kiseb l-istess tim away fis-7 ta' Ġunju li għadda kontra l-Armenja. X'fissret għalik personali dik ir-rebħa u anki għat-tim nazzjonali bħala tim? Il-fatt li tilgħab mat-tim nazzjonali huwa diġà unur kbir għalija. Din kienet l-ewwel rebħa kompetittiva tat-tim nazzjonali għalija personali u għal ħafna mill-plejers li lgħabna dakinhar. Is-sodisfazzjon kien kbir ħafna u dawn huma l-mumenti fil-futbol li jippremjawk tal-ħafna sagrifiċċji li nagħmlu aħna l-plejers. Ikolli ngħid li t-tim nazzjonali għamel bosta avvanzi taħt ittmexxija ta' Ghedin mingħajr ma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013