Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Gladjat 10 illum | Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 Ir-rotta talġurnalist minn John Busuttil Jerome Caruana Cilia Tas-Sliema: Żona kummerċjali ta' kwalità Il-lokalità ta' Tas-Sliema ħadet isimha minn kappella dedikata lill-Verġni Marija taħt it-titlu ta' Stella Maris (stilla tal-baħar), li kienet isservi ta' sinjal u punt ta' referenza għal ftit sajjieda li kienu jgħixu f'dawk l-inħawi. L-isem jista' għalhekk ikun relatat ma' l-ewwel kliem tat-talba Sliem Għalik Marija. Iżda llum, Tas-Sliema hija waħda mill-aktar lokalitajiet importanti għall-attività ekonomika u kummerċjali f'pajjiżna. Pjazza miżmuma bl-aħjar mod. Pjazza Sant'Anna kienet inawgurata nhar l-Erbgħa 3 ta' Ġunju 2009. Ta' kuljum bosta anzjani, tfal ġenituri u żgħażagħ iżuru din il-pjazza mill-isbaħ. F'din ilpjazza hemm installat is-servizz ta' WiFi. B'hekk fiha u fil-viċinanzi permezz ta' wireless internet, wieħed jista' jaċċessa l-internet b'xejn. Din hi inizjattiva tajba ħafna. In-nies tmur Tas-Sliema għal diversi raġunijiet: min biex jimxi, oħrajn imorru biex jixtru jew hemm min saħansitra jmur bħala ħarġa sabiex jiekol mal-ħbieb jew għal xi bibita. Iżda dawk ilpersuni kollha jaffrontaw l-istess problema: innuqqas ta' parkeġġ. Filfatt residenti tal-madwar li tkellmu mal-gazzetta ILLUM qalu li r-raġuni ewlenija hija minħabba l-ammont ta' tagħmir u makkinarju li jintuża għall-kostruzzjoni f'TasSliema. Kuljum għal er jieħu kafè min CHARLIE 'It-Tikka' Farrugia, twieled, trabba u jgħix Ħal Qormi, iżda sinonimu mal-Belt Valletta. Żgur li xi darba jew oħra ltqajtu miegħu Caffe Cordina fejn għal dawn l-aħħar 40 sena qatt ma falla ġurnata milli jmur jieħu kafè f 'din ilkafetterija klassika. Magħruf aktar bil-laqam tiegħu milli b'ismu, it-Tikka hu persuna li ħajtu kollha tbissem lil ħajja u din tbissmitlu lura. Hu persuna li l-ġlieda kontra l-ħajja jeħodha biss mil-lat pożittiv. Tilef lil missieru traġikament meta hu kien qed jistudja Ruma għal saċerdot. Illum hu kunsillier Ħal Qormi u hu membru ta' Valletta u Floriana Rehabilitation Board u issa tpoġġa fuq Bord filMinisteru tal-Familja. Charlie Farrugia hu iben Carmelo minn Bormla li kien baħri u nqatel il-Libja meta kellu 47 sena u iben Ġina, Qormija pura. Għandu żewġ ħutu akbar minnu, Michael li għal dawn l-aħħar 45 sena għex l-Amerka u oħtu Josette Fabri li hi speċi tat-tieni omm tiegħu u li taħsillu wkoll ħwejġu regolarment u kull nhar ta' Ħadd imur jiekol għandha. Iltqajt miegħu Caffe Cordina fejn kulħadd isellimlu u jgħajjatlu, bil-ħaddiema kollha jxejrulu qisu daħal id-duka. Lestieli mejda għal kwiet u sibt jistennieni kikkra capuccino mill-itjeb. Ma setax jonqos li nistaqsih kif oriġina l-laqam tiegħu tat-Tikka. B'dik iddaħka simpatiċissima tiegħu qalli, "mela kont qed nitkellem ma' xi ħadd fuq it-telefon li ma kienx jafni u ftehmna li niltaqgħu u meta ġie wiċċ imb wiċċ miegħi qalli, 'minn leħnek ħsibtek differenti ma kontx naf li qisek tikka' u baqgħetli tat-Tikka. Xejn ma jdejjaqni dan il-laqam anzi n-nies kulħadd hekk jafni." Mingħajr ma ridt ħalqi ċċarrat b'din l-istorja vera ħelwa li minnha joħroġ il-karattru ħelu tiegħu. Kull min jafu kulħadd jarah jippassiġġa, isellem lil kull min jara (jew isellmulu) u jekk jara d-dinja se taqa' jwarrbilha. Però Charlie kellu ħajja li ftit forsi jafuha. Il-ħajja wkoll tat daqqa kbira lil Charlie. "Missieri li kien baħri ġie maqtul il-Libja minn Tuneżin. Dak iż-żmien jien kont qed nistudja Ruma għal saċerdot. Kont qed nistudja mal-patrijiet Oblati tal-Madonna tarRużarju f 'Tivoli. Din l-aħbar kienet theżżiża f 'ħajti." "Il-każ ta' missieri kienu ġabuh fuq il-ġurnali kollha ta' Malta" u hawn Charlie wrieni artikli ta' kull ġurnal Malti fejn kollha ħarġu wkoll bl-aħbar Il-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema bħal maġġor parti tal-Kunsilli Lokali f'pajjiżna, joffru servizz b'xejn ta' bulky refuse. Dan is-servizz mhux biss huwa mingħajr ebda ħlas, imma jsir bl-aħjar kumdità għar-residenti. Dan għaliex l-oġġetti jinġabru minn quddiem irresidenza tal-persuna. Għaldaqstant, jien ser nassumi li dan l-individwu ma jafx b'dan is-servizz. Is-soltu f'Malta ma' nofs Novembru l-ħwienet u t-toroq ikunu diġà armati bid-dwal u t-tiżjin tal-Milied. Fil-Belt dan it-tiżjin tista' tarah, iżda f'Tas-Sliema ftit li xejn rajt ħwienet imżejna għall-Milied. Sid ta' negozju li tkellem ma' din ilgazzetta kif din is-sena għadu ma daħalx fil-muża tal-Milied u ser ikun ser jarma l-ħanut tiegħu sal-ġimgħa d-dieħla. Patricia Borg tiddeskrivi lit-Tikka bħala l-"kolazzjon" tagħha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013