Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

20 illum | Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 PRINĊIPESSI IMMANUEL MIFSUD MA jaqta' kważi xejn iddibattitu dwar il-lingwa fuq il-media soċjali. Ħafna individwi, kważi ta' kuljum, jesprimu allarm għall-mod kif il-lingwa Maltija qiegħda tiġi użata u abbużata speċjalment minn min jużaha biex ixandar fuq mezzi differenti taxxandir. Filwaqt li ħafna drabi dan l-allarm jimxi f 'direzzjoni ta' puritaniżmu antikwat li, minkejja l-intenzjonijiet tajba tiegħu, huwa detrimentali, l-esperjenza ta' ħafna għalliema floqsma kollha tas-sistema edukattiva, qiegħda tisħaq li l-livell diskursiv talmaġġoranza tal-istudenti (mill-klassijiet tal-primarja sal-università) qiegħed jissenjalizzalhom problemi serji fl-espressjoni tagħhom. Ħafna professjonisti filkamp edukattiv qegħdin jistqarru li l-maġġoranza talistudenti ta' etajiet differenti saru jsibuha diffiċli ħafna jesprimu rwieħhom b'lingwaġġ ċar u koerenti. Dan jista' qiegħed jirriżulta minħabba diversi fatturi li jakkumulaw flimkien biex joħolqu kriżi fl-użu tallingwa. Il-mira kważi ovvja saret il-mezzi tax-xandir. Il-liberalizzazzjoni taxxandir bl-għoti ta' liċenzji għal stazzjonijiet tar-radju u televixin fil-bidu tas-snin disgħin bla dubju kienet pass għaqli u xieraq f 'pajjiż li ried irawwem sistema soċjali u kulturali aktar demokratika milli kien hawn sa dak iż-żmien. Madankollu, issa li nistgħu nħarsu lura u nanalizzaw x'kien l-eżitu ta' dak il-pass, nistgħu nilmħu numru ta' konsenturi fissistema (jew in-nuqqas tagħha) tal-introduzzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-proċess. L-ewwel nett jidher li ngħata l-messaġġ li f 'daqqa waħda kulħadd seta' jsir preżentatur, daqqaq tad-diski, kelliem u qarrej tal-aħbarijiet mingħajr ebda taħriġ fl-arti talkelma. U allura, f 'isem iddemokrazija u l-liberaliżmu, ikkanonizzajna d-dilettantiżmu, karatteristika li tidher f 'tant oqsma tal-ħajja Maltija. Paradossalment, l-iktar programmi televiżivi segwiti – l-aħbarijiet u t-tpaċpiċ talĠimgħa filgħaxija – huma fost l-agħar eżempji tattħaddim tal-lingwa. L-istess jista' jingħad għas-sistemi li addottaw il-gazzetti lokali li jiftħu l-ispazju virtwali tagħhom għal kull min jixtieq u jfettillu 'jixħet kumment'. Ħarsa ta' malajr lejn ilkummenti li ssib wara l-artikli fuq il-verżjoni fuq il-fil tal-gazzetti mhux biss tħasseb lil dak li jkun minħabba l-mentalità tribali li għadha b'saħħitha ħafna grazzi għall-okkupazzjoni b'saħħitha u kontinwa talimħuħ mill-partiti politiċi, iżda wkoll għan-nuqqas ta' koerenza f 'ħafna minn dawn il-messaġġi. L-unika konsolazzjoni hija li ħafna drabi huma messaġġi qosra; mill-bqija hemm ftit x'tagħżel minnhom u ħafna inqas x'tapprezza. Jekk illiberalizzazzjoni tax-xandir u l-opportunità li wieħed jikkummenta fuq artiklu ta' gazzetta fuq il-fil kellhom l-għan tat-twessigħ taddemokrazija, jidher li dan sar bi spejjeż għal-lingwa u l-argumentazzjoni. Wieħed irid iżomm f 'moħħu wkoll li l-ġenerazzjoni adolexxenti u żagħżugħa fl-2013 twieldet, trabbiet u ntgħaġnet mix-xandir miftuħ (għallinqas uffiċjalment). F'dan ir-rigward, l-idea li d-diskussjoni se twassal biex tiftaħ l-imħuħ u l-maturazzjoni tal-ħsieb, ma tantx jidher li għad kellha wisq suċċess. Forsi qajla nintebħu x'poter hemm għad-dispożizzjoni ta' min ixandar speċjalment meta dan isir direttament bil-kelma, mitkellma, stampata jew ippreżentata viżwalment. Imma sfortunatament qatt ma kien hemm entità li xogħolha kien li tgħasses u tħares ilprofessjonalità li ma kienx hemm. Ġenerazzjoni sħiħa li minn twelidha kellha numru ta' stazzjonijiet mnejn tagħżel u hija l-istess ġenerazzjoni li ssib diffikultà kbira tuża l-lingwa tagħha stess. Issa ħalli naqilbu l-munita ta' taħt fuq. Ironikament, qatt daqs issa mhu qiegħed "...kienet liebsa libsa wiesgħa b'xagħarha twil miġbud taħt diadema tad-deheb mimlija fosos" jinħass il-bżonn li wieħed jikkomunika. Ir-rivoluzzjoni li ġab miegħu l-użu talinternet wassal, fost proċessi oħrajn, biex ħafna jħossuhom imqanqla li jikkomunikaw ma' oħrajn u mal-bqija, imqar l-aktar ħwejjeġ trivjali li tista' timmaġina. Il-bloggs, ilmessaġġi qosra fuq sistemi ta' komunikazzjoni diġitali bħal Twitter, il-qrariet pubbliċi li jikkaratterizzaw siti bħal Facebook, kif ukoll l-użu tat-telefonija ċellulari, wasslu biex ħafna nies li qabel setgħu kienu ta' għalihom waħidhom, jagħfsu l-buttuni u jwasslu l-messaġġ. Fi kliem ieħor, l-użu tal-lingwa sar importanti aktar minn qatt qabel. Naturalment huwa użu differenti minn dak ta' qabel, aktar u aktar meta, filwaqt li dak li jkun abbli jaf xi jrid jgħid, fuq din ix-xibka virtwali ma taf qatt min jista' qiegħed jaqrak. Lanqas ma tista' taċċerta ruħek li min qiegħed jaqrak huwa interessat f 'dak li tikkomunika. Huwa maħsub, fil-fatt, li bosta mill-komunikati li joħorġu kull ħin jispiċċaw biex lanqas jinqraw. Il-ħtieġa għall-komunikazzjoni, immotivata mill-modi l-ġodda li sawwar l-internet, hija indikata bil-fatt li s-siti ta' komunikazzjoni huma l-aktar siti popolari u popolati fix-xibka virtwali, flimkien massiti pornografiċi. Ħafna studenti jistqarru li aktar milli għar-riċerka, l-internet jużawh biex jikkomunikaw ma' persuni li, x'aktarx, ikunu għadhom kif kienu magħhom ftit sigħat qabel. Il-volum ta' kliem prodott kuljum huwa massiv. Miljuni ta' ittri, ta' kelmiet, ta' sentenzi li anki jekk mhuma jgħidu xejn speċjali, jissoleċitaw rispons imqar minn dawk il-ftit li jkunu interessati li jwieġbu. U allura ma jistax jonqos li dan l-użu joħloq bżonnijiet u stili ġodda minħabba l-kuntesti attwali li huma differenti minn dawk ta' qabel. Fi kliem ieħor wisq naħseb li dawk li qegħdin jillamentaw middegradazzjoni tal-użu tal-lingwa (u hawn irrid nammetti li jiena wieħed minnhom) mhumiex jifhmu biżżejjed il-bidliet kbar ħafna li seħħew dan l-aħħar. Dawk minna li trabbew fl-era prediġitali bilfors li jittrattaw din il-kwistjoni kollha b'nostalġija għal dak li sawwar lilhom. Fuq kollox irridu nosservaw li dak li qiegħed jiġri lil-lingwa Maltija qiegħed jiġri lil ħafna lingwi oħra li nqabdu fi proċessi mgħaġġla li huma m'għandhomx setgħa fuqhom. Dan ma jfissirx li l-ħażin nistgħu ngħodduh bħala tajjeb. Imma mqar din l-asserzjoni trid tiġi mmodifikata għal: dan ma jfissirx li dak li fil-ħarsa imgħoddija kien meqjus bħala żbaljat huwa tali fil-ħarsa attwali. Irridu napprezzaw li minn soċjetà li kienet lesta tisma' ħafna, anki jekk mhux bilfors taċċetta kollox, illum sibna rwieħna f 'soċjetà li trid tgħid u tgħid u tgħid anki jekk dak li tgħid mhux dejjem se jinstema'. Ilparadoss il-kbir hu li filwaqt li l-ispazju kiber, għax anki l-privat sar pubbliku, u wkoll jekk il-volum ta' diskors kiber ħafna għax il-mezzi u l-poter ta' komunikazzjoni espandew biżżejjed biex ikunu għad-dispożizzjoni ta' ħafna jekk mhux ukoll ta' kulħadd, l-istil li bih qegħdin nikkomunikaw dan kollu sar aktar konċiż u ċkejken. Il-kliem inbidel, it-terminoloġija hija differenti minn dik li kienet applikata qabel, saħansitra l-metaforizzazzjoni ħadet bixra differenti. Allura, filwaqt li nibqa' napprezza xogħol miktub b''Malti tajjeb' u b''Malti sabiħ', u wisq naħseb li xejn mhu se jibdilli fehmti dwar x'inhu 'tajjeb' u x'inhu 'ħażin', jeħtieġ nifhem li qiegħed ngħix f 'dinja differenti minn dik li drajt u li ħabbejt s'issa. L-ewwel stampa li rajt ta' prinċipessa kienet liebsa libsa wiesgħa b'xagħarha twil miġbud taħt diadema tad-deheb mimlija fosos. L-ewwel darba li ltqajt wiċċ imb wiċċ ma' prinċipessa kienet liebsa qalziet u ġakkettina pariġġu, u għalkemm din kienet sabiħa ħafna, għadni s'issa noħlom b'dik li rajt fuq l-istampa ħafna snin ilu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013