Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 Ritratt: Ray Attard SPORTSillum Il-plejer żagħżugħ ta' Birkirkara Ryan Scicluna jaqbeż tajjeb plejer ta' Rabat Ajax Birkirkara jkomplu jkabbru l-problemi għal Rabat Ajax Birkirkara................4 Rabat A ...................2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT BIRKIRKARA komplew ikabbru l-problemi ta' Rabat Ajax meta kienu wisq b'saħħithom għal dan it-tim modest li kellhom diversi plejers importanti neqsin u għelbuhom bl-iskor ta' 4-2. Tajjeb ngħidu li din kienet il-ħames rebħa konsekuttiva għall-Istripes. Huma fetħu l-iskor wara biss 10 minuti logħob meta Terence Vella twaqqa' fil-kaxxa minn Carapic u mill-11il metru l-istess attakkant internazzjonali għeleb lil Jonathan Azzopardi. Fl-34 minuta huma rnexxielhom jirdoppjaw l-iskor meta cross-shot ta' Paul Fenech ma ġiex miżmum millgoalkeeper ta' Rabat Ajax bil-ballun jispiċċa fix-xibka. Birkirkara ssiġġillaw irrebħa fl-54 minuta permezz tat-tielet gowl fil-logħba meta wara azzjoni tajba fuq il-lemin ta' Edward Herrera, dan għadda lejn l-awtur tal-ewwel gowl Terence Vella li għeleb lil Azzopardi mill-viċin biex b'hekk skorja doppjetta personali f 'din il-logħba. Rabat Ajax naqsu l-marġni tal-iskor fit-72 minuta meta Clifford Gauci ra x-xutt mid-distanza tiegħu jaħbat mad-difensur tal- Istripes Alejandro Mendoza qabel jintemm fix-xibka. Bħal Terence Vella, Paul Fenech skorja doppjetta personali wkoll erba' minuti mit-tmiem tal-logħba meta Jonathan Azzopardi naqas milli jżomm xutt ta' Demba Toure u mir-rebound Fenech tefa' ġewwa mill-viċin. Il-Magpies reġgħu naqsu l-marġni tal-iskor għal darb'oħra fil-ħin miżjud meta minn corner ta' Gauci, għola tajjeb Moises Avila Perez li għadda l-ballun permezz ta' daqqa ta' ras tajba lejn Aidan Azzopardi li għeleb lil Justin Haber permezz ta' rovexxata sabiħa. Birkirkara: Haber, Herrera, Mendoza, Vukanac, Fenech, Zerafa, Temile (Camenzuli 64'), Zerafa ( Toure 58'), Benites, Vella (Borg 86'), Scicluna Rabat A.: J. Azzopardi, Tanti, TERENCE VELLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer talLogħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-20 t'April 1990 f'Tal-Pietà Jilgħab fil-pożizzjoni ta' attakkant u skorja doppjetta f'din il-logħba, b'wieħed mill-gowls jasal minn penalty Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Gudja United, Ħamrun Spartans u Birkirkara Qed jingħata fiduċja mill-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin meta qed jiġi magħżul b'mod regolari malistess tim għalkemm ma tantx qed narawh fl-azzjoni D. Azzopardi, Falzon (Muscat 88'), Carapic, Gauci, Borg (Cortis 89'), Borg (Micallef 46'), Avila Perez, Licari, A. Azzopardi Referee: Kevin Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013