Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207
SPORTSillum 28 illum Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 Floriana jiksbu 3 punti Vettel fi klassi prezzjuzi kontra Naxxar għalih fil-Brażil Floriana ..............1 Naxxar ...............0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT FLORIANA kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Naxxar Lions li fissret tliet punti prezzjużi biex fittieni fażi tal-kampjonat jilagħbu fiċ-Championship Pool hekk kif issa resqu iktar viċin tal-istess Naxxar Lions fil-klassifika fittaqtiegħa tagħhom għarrebħ ta' dan il-post fiċChampionship Pool. L-ewwel azzjoni denja ta' nota fil-logħba waslet biss fit-22 minuta permezz ta' Steve Pisani meta wara li kellu gowl imħassar minħabba offside, huwa mar viċin li jitfa' lil Floriana fil-vantaġġ permezz ta' xutt angulat li madankollu għadda ftit barra. Fuq in-naħa l-oħra tal-grawnd, xutt tajjeb ta' Daren Falzon kien newtralizzat minn Daniel Hanford fis-36 minuta. Finalment ilGreens irnexxielhom jiftħu l-iskor fit-43 minuta meta xutt ta' Diogo Pinheiro de Sousa ġie mxellef bi ftit minn Pablo Doffo bil-ballun jispiċċa wara l-goalkeeper ta' Naxxar Lions, Julian Azzopardi. Minuta biss wara, Floriana resqu viċin li jirdoppjaw l-iskor iżda Azzopardi wettaq save kbir fuq Christian Caruana wara li rċieva l-ballun mingħand is-solitu, Igor Coronado. Il-goalkeeper ta' Floriana Daniel Hanford salva lit- tim tiegħu permezz ta' save spettakolari fuq freekick tajjeb ta' Daren Falzon fid69 minuta meta dawwar il-ballun f 'corner. Floriana: Hanford, Scicluna, Ibok Edet, Pisani (Casha 80'), Caruana, Coronado, Pinheiro de Sousa (Favero 71'), C. Borg, J. Borg, Muir, S. Borg Naxxar: L. Azzopardi, Bellia, Bonnici (Briffa 77'), Buhagiar, Cassar, Da Silva Ribeiro, Doffo, Falzon, Lopes de Souza, Rocha da Silva, Zongo Referee: Fyodor Zammit IL-FENOMENU Ġermaniż u champion tad-dinja tal-F1, Sebastian Vettel kompla jimpressjona bilkbir, meta bla ebda sorpriża immaġinabbli kiseb il-pole position tal-GP li se jsir filBrażil, illum. Huwa kellu lap spettakolari biex b'hekk kiseb id-9 pole tal-istaġun f 'kundizzjonijiet tat-temp xejn favorevoli taħt xita kontinwa. Fil-fatt xita qawwija ttardjat il-bidu tattielet fażi ta' kwalifikazzjoini iżda meta kollox irritorna għan-normal, Vettel kien ftit iktar min-nofs ta' sekonda iktar veloċi missewwieq ta' Mercedes, Nico Rosberg u minn dak ta' Ferrari, Fernando Alonso. Intant hawn taħt hawn il-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew illum is-sewwieqa tal-F1 fil-GP tal-Brażil. VICTOR BELLIA Għalkemm kien fuq in-naħa telliefa, ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-2 ta' Novembru 1979 Huwa l-captain ta' Naxxar Lions fejn ilu jokkupa din il-kariga għal diversi snin Jilgħab f'nofs il-grawnd Balzan jegħlbu lil Vittoriosa Stars Balzan .................. 2 Vittoriosa S ........... 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT FIL-GRAWND nazzjonali f'Ta' Qali, Balzan ikkonvinċew u kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Vittoriosa Stars bl-iskor ta' 2-1. Kienu l-iStars li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fit-12-il minuta meta tentattiv ta' Mark Barbara wara li rċieva minn freekick ta' Oscar Guerrero ġie mblukkat middifiża ta' Balzan iżda Michael Falzon innewtralizza dan ix-xutt. Sitt minuti biss wara, Marcelo Pereira kien sfortunat meta laqat il-mimduda permezz ta' xutt b'saħħtu minn ġewwa l-kaxxa. Fuq in-naħa l-oħra tal-grawnd, Jose Luis Armario Negrin avvanza fuq il-lemin u fil-kaxxa iżda l-kross tiegħu ġie mxellef minn Ramon dos Santos f'corner qabel ma Joselito seta' joħloq il-periklu. Fis-27 minuta xutt mill-ewwel ta' Andrew Scicluna għadda ftit barra. Balzan marru filvantaġġ fit-32 minuta meta Cini ta' daqqa l-ballun minn corner ta' Dylan Grima, Steve Bezzina għadda lejn Josè Luis Armario Negrin li llobja l-ballun fix-xibka mill-viċin. Minuta fuq il-ħin miżjud, Vittoriosa Stars ġabu l-iskor indaqs meta Josè Filipe Aguiar rebaħ 'loose ball' u x-xutt ċentrali tiegħu minn barra l-kaxxa l-kbira għeleb lill-goalkeeper Michael Falzon. Balzan reġgħu marru fil-vantaġġ fit-58 minuta meta l-plejer internazzzjonali Justin Grioli żmarka lil Armario Negrin fuq il-lemin, dan dar mal-goalkeeper avversarju qabel għadda lejn Lydon Micallef li tefa' l-ballun f'xibka vojta b'faċilità liema bħalha. Balzan :Falzon, Grioli, Bezzina, Pereira, Scicluna, Vignaroli, Sciberras (Calabretta 75'), Grima, Micallef (Agius 90'), Dos Reis Santos (McKay 83'), Armario Negrin Vittoriosa S.: Cini, Buttigieg, Barbara (Martin 63'), Pereira, Spiteri (Mifsud 88'), Brincat, Guerrero, Dos Santos, Teruel, Aguiar, Arab (Camilleri 65') Referee: Philip Farrugia FABIO VIGNAROLI Għalkemm ma rnexxilux isib ix-xibka f'din il-logħba, ġie vvutat bħala l-BOV Plejer talLogħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-7 ta' Ġunju 1976 f'Finale Ligure f'Savona, l-Italja Jilgħab fil-pożizzjoni ta' plejer ta' nofs il-grawnd offensiv Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Como, Monza, Salernitana, Parma, Bologna, Bari, Lazio, Newcastle Jets, Savona, Mosta u Balzan b'total ta' 367 dehra u 48 gowl Riżultati tal-Kwalifikazzjoni 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 Sebastian Vettel - Red Bull Racing-Renault Nico Rosberg - Mercedes Fernando Alonso - Ferrari Mark Webber - Red Bull Racing-Renault Lewis Hamilton - Mercedes Romain Grosjean - Lotus-Renault Daniel Ricciardo - STR-Ferrari Jean-Eric Vergne - STR-Ferrari Felipe Massa - Ferrari Nico Hulkenberg - Sauber-Ferrari Heikki Kovalainen - Lotus-Renault Paul di Resta - Force India-Mercedes Valtteri Bottas - Williams-Renault Sergio Perez - McLaren-Mercedes Jenson Button - McLaren-Mercedes Adrian Sutil - Force India-Mercedes Pastor Maldonado - Williams-Renault Esteban Gutierrez - Sauber-Ferrari Charles Pic - Caterham-Renault Giedo van der Garde - Caterham-Renault Jules Bianchi - Marussia-Cosworth Max Chilton - Marussia-Cosworth