Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 Malta għadha tippermetti 'swat' fuq it-tfal bħala kastig JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt KWAŻI għaxar xhur wara li n-Nazzjonijiet Uniti ġibdet l-attenzjoni ta' Malta dwar 'Corporal Punishment,' għadhom ma ttieħdu l-ebda passi biex ir-riserva ta' Malta dwar din il-liġi titneħħa. Minkejja li l-liġi Maltija ma tippermettix li t-tfal jirċievu kastig b'mod fiżiku fl-iskejjel, dan ma jgħoddx għall-kastigi bi swat fid-djar, "sakemm dan jibqa' f 'limitu raġonevoli." Dan minkejja li kemm il-Kummissarju għat-Tfal kif ukoll bosta esperti filqasam ilhom jisħqu li Malta għandha tindirizza dan l-aspett. "Aħna dejjem sħaqna li l-liġi li titkellem dwar 'reasonable chastisement' għandha tiġi emendata biex ma jibqa' l-ebda dubju li l-kastig bi swat huwa b'xi mod aċċettat. Fil-fatt dan l-Uffiċċju jisħaq fuq tolleranza żero lejn l-użu tal-vjolenza," qalet ilKummissarju għat-Tfal Helen D'Amato. Ikkuntattjata minn din il-gazzetta, D'Amato qalet li s-swat mhux soluzzjoni għad-dixxiplina u li bħala Uffiċċju għall-Kummissarju tat-Tfal dejjem ħeġġew ilkunċett ta' trobbija pożittiva. Il-Ministeru għall-Familja għaddej bit-tħejjijiet biex isir charter għad-drittijiet tat-tfal u biex tiddaħħal liġi komprensiva, dik tal-Att dwar it-Tfal. Il-bżonn għal din il-liġi kien issemma fl-istess rapport tanNazzjonijiet Uniti li kienet ħarġet fil-bidu ta' Frar li għadda. Iżda mistoqsija millILLUM jekk dan l-att hux se jkun qed ineħħi l-kastigi bi swat, kelliema għall-istess ministeru qalet biss li "f 'din il-liġi qed jiġi kkunsidrat dak kollu li jgħin biex ittfal ikollhom tassew vuċi u viżibilità fis-soċjetà." Waqt konferenza talaħbarijiet li saret fl-20 ta' Novembru, il-Ministru għall-Familja Coleiro Preca kienet qalet li dan il-qafas legali li qed jitħejja kellu l-għan li jindirizza l-lakuni li hemm fil-liġi li jaffettwaw id-drittijiet tat-tfal. "Dan ma jistax isir mil-lejl għal nhar. Il-Gvern ma jridx ikun biss firmatarju talkonvenzjoni iżda jassigura l-infurzar tal-miżuri. Hemm ħafna x'isir," kienet qalet Coleiro Preca. Dr Ann Marie Mangion, avukat li tispeċjalizza fil-liġi tal-familja, ikkonfermat li l-corporal punishment għadu 'in vigore' u sejħet biex jissaħħaħ aktar l-irwol talKummissarju għat-Tfal. "L-irwol tal-Kummissarju għat-Tfal huwa rwol importanti ħafna. Fil-fatt saret ħafna ħidma sabiex titqajjem kuxjenza kemm mat-tfal kif ukoll mal-kbar fuq id-drittijiet tat-tfal. Ikun aħjar imma jekk l-irwol tal-Kummissarju għat-Tfal jissaħħaħ b'tali mod li jgħin sabiex l-irwol ta' Kummissarju jkollu iktar poteri u saħħa sabiex id-drittijiet tat-tfal jiġu verament salvagwardjati." Mangion kompliet tgħid li f 'Malta hawn protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, iżda mhux biżżejjed għax għad m'hemmx il-leġislazzjoni neċessarja. "Minkejja dan il-Qrati tagħna jagħmlu minn kollox sabiex jissalvagwardjaw l-interessi tat-tfal. Fil-fatt f 'kull każ l-interess tat-tfal huwa suprem u jmur oltre l-interess tal-ġenituri," sostniet Mangion. Jidher li kienet żjara personali... Ġie żvelat ukoll li l-Kap Nazzjonalista kellu ikla skedatat mal-miljunarju Awstraljan nhar il-ġimgħa li għaddiet. Irreġistrata Malta, l-kumpanija ta' Calleia, Verdala Estates Limited, hi mistennija li tikkonverti s-sit tal-eks birrerija tal-Farsons u tal-ħażna tal-Multigas f 'mitejn appartament residenzjali, 200 garaxx u wieħed, tmien spazji ta'parkeġġ, spa u ġnien. Parti mill-bini l-ġdid mistenni jkun għoli ta' seba' sulari filwaqt li l-bini l-ieħor mistenni jkun ta' għoli normali. Intant, il-Kap talInformazzjoni tal-Partit David Herrera tenna li ż-żjara ta' Busuttil kienet sempliċiment biex jindirizza konferenza l-Australia Global Forum of Parliamentary Champions for Diabetes. Strambament il-kelliem ta' Claudio Grech l-edukazzjoni Claudio Grech ma ġiex mistieden biex jattendi ma' Busuttil. Ikkuntatjat minn Illum, Herrera qal li ż-żjara ma kinitx politika iżda waħda personali, għalkemm qal li ż-żjara se tkun mimlija daqs bajda b'bosta laqgħat u żjajjar. Madankollu, qal l-uniku appuntament politiku kien dak mas-Senatur ta' New South Wales, Arthur Sinodinos. Mistoqsi jekk Simon Busuttil hux se juża l-vjaġġ biex jingaġġa ruħu ma' kuntatti Awstraljani u biex jinnegozja xi trattatti malgvern Awstraljan jew xi negozjanti, Herrera insista li l-vjaġġ ta' Busuttil mhuwiex politiku u bħalma l-Gvern Laburista siefer biex jingaġġa ma' kuntatti Ċiniżi u Libjani, Simon Busuttil mhux ħa jagħmel l-istess.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013