Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

SPORTSillum aturi fid-dinja Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 | illum 35 William Chetcuti Twieled fis-7 ta' Jannar 1985 f'Tal-Pietà. Rebaħ it-titlu ferm prestiġjuż 'Sportiv tasSena' għal xejn inqas minn 9 darbiet Fl-2011 rebaħ it-Tazza tad-Dinja tadDouble Trap Fit-13 ta' Diċembru tal-istess sena, irċieva l-unur tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Ritratt: Ray Attard F'Ġunju li għadda rebaħ il-midalja taddeheb fil-Logħob tal-Mediterran li saru f'Mersin, it-Turkija U dik mal-kowċ personali tiegħek u ta' Nathan Lee Xuereb, Jimmy Bugeja? Ilna żmien twil ħafna flimkien fejn ili mill-bidu tal-karriera tiegħi nittrenja taħt it-tmexxija tiegħu. Dejjem kellna relazzjoni tajba ma' xulxin. Ovvjament, li kieku ma kienx hekk, ma naħsibx li konna nkomplu flimkien minn dak iżżmien kollu sa llum! Nistgħu ngħidu li kont int li ħeġġiġt ħafna lil Nathan Lee Xuereb biex jieħu bis-serjetà l-isport tal-isparar u llum ilkoll nafu fejn wasal. X'inhi r-relazzjoni tiegħek miegħu u x'mertu għandek int minn dan is-suċċess kbir li dan it-tiratur żagħżugħ qed jikseb għal pajjiżna? Lil Nathan niftakru jibda flisparar minn ta' età żgħira. Dak iż-żmien kien hemm Jimmy Bugeja li kien jiġi jarah naqra wkoll u kien hemm jien li kont għidtlu ċerti affarijiet relatati mad-double trap li jien domt ħafna żmien biex tgħallimthom u għalhekk kellu żmien twil biex jitgħallimhom. Ir-relazzjoni bejnietna hija tajba. Il-kompetizzjoni hija waħda individwali u għalhekk kulħadd jipprova jirbaħ. Apparti li għentu ħafna, il-fatt li jara bniedem li rnexxa fil-karriera tiegħu, mhux bħal meta bdejt jien fejn kont kollox jien l-ewwel li kelli nesperjenza ċerti affarijiet. Huwa diġà għandu ħafna esperjenza li qed jieħu mingħandi. Jeżisti biżżejjed interess minn tfal u żgħażagħ fl-isport tal-isparar. Ikolli ngħid li ħlief bik u b'Nathan Lee Xuereb u bi Brian Galea, ma nisimgħux f 'dan l-isport taddouble trap shooting. Iżda jeżistu żgħażagħ oħra li għandhom futur f 'dan l-isport mhux biss 'double trap shooting' iżda kategoriji oħra ta' sparar? Iva, hemm tifel fit-trap u anki fid-double trap issa hekk kif hemm wieħed li għadu jibda ftit tażżmien ilu, qrib sena u li jidher li se jkompli u jidher li ħa interess f 'dan l-isport u ngħid li jekk jibqa' jieħu dan l-interess kif qiegħed, xi darba għad nisimgħu bih ukoll. Min-naħa l-oħra, fit-trap hemm xi żewġ tiraturi, li għad 'il quddiem, dejjem jekk jibqgħu jippratikaw dan l-isport nisimgħu bihom. Int ibbenefikajt bis-sħiħ millsikema 20/20 maħruġa mill-Kunsill Malti għall-iSport (KMS). Tina iktar dettalji. Jien illum il-ġurnata qiegħed naħdem mal-Armata (AFM). Qabel kont impjegat mal-Kunsill Malti għall-Isport bl-iskema 40/0, iżda issa qlibt mal-Armata u qiegħed naħdem hemmhekk tmien sigħat fil-ġimgħa u matul il-kumplament tal-ġimgħa nkun qed nitħarreġ fl-isparar. Din hija skema tajba ħafna li għamel il-Gvern. Kif għidt qabel jien dejjem kont l-ewwel sportiv f 'Malta li esperjenzajt ċerti affarijiet. Kien hemm tul ta' żmien biex wasalt fejn wasalt illum. Illum hemm affarijiet lesti għal żgħażagħ oħra li qed jilħqu llum bħal m'huwa Nathan Lee Xuereb u kif jasal iż-żmien jistgħu jaqbdu u jidħlu fl-Armata b'din l-iskema. Jien kelli nagħlaq 28 sena biex wasalt biex dħalt fl-Armata. Jien kelli ċerti żvantaġġi – issa żgħażagħ oħra se jkollhom dan il-vantaġġ li jien ma kellix. Fl-armata x'tagħmel eżatt? Kif għidtlek, naħdem tmien sigħat fil-ġimgħa mal-Armata. Naħdem fit-'training school' fejn 'il quddiem l-għan tiegħi huwa dak li nkun 'instructor' ta' reklutaġġi oħra fejn jidħlu pereżempju 'rifles' u affarijiet hekk. Però dan jista' jsir 'il quddiem meta niġi biex innaqqas millisparar. Finalment, x'appoġġ issib millKunsill Malti għall-iSport (KMS) kif ukoll mill-Kumitat Olimpiku Malti (KOM)? Il-KOM iġib il-flus mingħand il-KMS. Jien għandi x'naqsam malKOM mhux mal-KMS. L-iskema tal-40/0 hija tal-KMS flimkien mal-Armata iżda ma nafx eżatt kif din taħdem. Però, huwa mill-KOM li jien nirċievi l-finanzi għas-safar relatat mal-isparar u ċertu taħriġ li nagħmel hawn Malta. Kollox jiġi min-naħa tagħhom bil-flus li huma jakkwistaw minn diversi 'sponsors' u min-naħa tal-Gvern ukoll.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013