Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

SPORTSillum Fost l-aqwa seba' tira 34 illum | Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 CRISTIAN ANTONY MUSCAT William Chetcuti – ambaxxatur ewlieni tal-isport lokali u li ftit tal-ġimgħat ilu kklassifika fost l-aqwa seba' tiraturi fid-dinja filklassifiċi uffiċjali tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Isparar. Kif għazilt l-isparar fost numru ta' sport ieħor? Għażilt l-isparar grazzi għallfamilja tiegħi. In-nannu li jiġi misiser ommi kien dilettant u kien jispara l-plattini bħalma kien dilettant missieri u l-ġenituri kienu ħaduni fuq shooting range meta kont għadni ta' età żgħira u bdejt minn hemm. Int tispeċjalizza fid-double trap. Tina iktar dettalji rigward din iddixxiplina u x'differenza hemm bejn din u kategoriji oħra ta' sparar? Id-double trap għażiltha fl-2001. Dak iż-żmien kont nispara fuq it-trap. Kienu ġejjin il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta' San Marino u l-President tal-Malta Shooting Sport Federation, l-MSSF, ta' dak iż-żmien, Saviour Portelli qalli li kien ikun aħjar li naqleb għad-double trap għax ma tantx kellhom tiraturi f 'din it-tip ta' kategorija u kompetizzjoni tal-isparar. Kont bdejt nitħarreġ u wara sitt xhur jien u Philip Busuttil konna ħadna sehem fil-Logħob talPajjiżi ż-Żgħar ta' San Marino fejn Busuttil kien rebaħ id-deheb u jien irbaħt il-fidda. Minn hemmhekk kont ipparteċipajt fil-Logħob tal-Commonwealth fejn ħadt ilbronż u għadni sa llum il-ġurnata professjonali fuq id-double trap. It-trap, id-double trap u l-iskeet huma t-tliet kategoriji li jipparteċipaw fl-Olimpjadi. Fiddouble trap nisparaw għal 30 pari u nisparaw ħames rawnds bħala kompetizzjoni u mbagħad għandek is-semi-finali u l-finali għar-rebħ tad-deheb, fidda u bronż. Fit-trap nisparaw 125 plattina fuq jumejn, 25 f 'kull rawnd u mbagħad għandhom 15-il plattina fis-semi finali u 15-il plattina fil-finali. Fl-iskeet issir l-istess ħaġa bħat-trap fejn hemm l-istess ammont ta' plattini. Fl-2002 irbaħt il-midalja tal-bronż fil-Logħob talCommonwealth. Iddeskrivi dik l-esperjenza. Dik hija esperjenza fejn għalkemm irbaħt midalja, qisni ma ħassejt xejn fis-sens li ma kontx naf xi prestiġju kellha l-midalja li tabilħaqq irnexxieli nirbaħ. Irbaħt il-bronż u dak iż-żmien kien hemm il-President Saviour Portelli li kien feraħ ħafna u xħin rajt dak it-tip ta' ferħ staqsejtu kemm kienet importanti din il-midalja u mbagħad issa sirt naf li dik ilmidalja ma kinitx faċli biex tirbaħha iżda kienet waħda importanti. Din il-midalja tellgħatni tarġa 'l fuq fil-karriera tieghi ta' tiratur. Ikkompetejt ma' timijiet ta' livell ogħla mill-pajjiżi li jieħdu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u l-Logħob tal-Commonwealth inqishom importanti daqs il-Logħob tal-Mediterran jekk mhux iżjed! Din il-midalja tatni l-enerġija li kelli bżonn biex inkompli miexi iktar 'il quddiem. Sentejn wara fil-Logħob Olimpiku f 'liema logħob ġarrejt ukoll il-bandiera ta' Malta fiċċerimonja tal-ftuħ, flimkien ma' tiratur ieħor spiċċajt fis-sitt post fil-kwalifikazzjoni għad-double trap. Wara shoot off spiċċajt fid-disa' post, fejn għalhekk tlift iċ-ċans li tispiċċa mal-ewwel sitta li kwalifikaw għar-rawnd finali. Il-kummenti tiegħek rigward dan kollu. Ma kellix ħafna esperjenza u għalhekk kelli inqas pressjoni. Dak iż-żmien ma kontx naf x'inhuma Logħob Olimpiċi – kont mort biss biex nispara! Ovvjament inħsadt xħin wasalt fil-post u rajt dak l-ammont kbir ta' nies minħabba li qatt ma kont ħadt sehem f 'Logħbiet Olimpiċi qabel, però mbagħad meta tara dik l-importanza kbira li jkun hemm taqbdek xi naqra pressjoni. Tajjeb ngħidu li plattina waħda tista' trebbħek u plattina waħda tista' ttellfek. Dan għaliex bi plattina tista' tiġi fl-ewwel post u bi plattina taqa' fit-12-il post. Naħseb għall-ewwel esperjenza li kelli fl-Olimpjadi f 'ħajti hemmhekk, kienet esperjenza tajba! Fl-2006 erġajt irbaħt ilmidalja tal-bronż fil-Logħob tal-Commonwealth. X'kienet l-esperjenza tiegħek fil-Logħob talCommwealth din id-darba wara li diġà kont irbaħt il-bronż erba' snin qabel? Kienet esperjenza totalment differenti għax kelli dik in-naqra pressjoni li trid tirbaħ xi ħaġa iktar. Naħseb iżjed min-naħa tal-appoġġ li kelli ppretendew li nirbaħ midalja iktar importanti mill-bronż u filfatt, fl-erba' snin ta' wara lanqas kont irbaħt midalja. Din kienet kompetizzjoni tajba wkoll għalija. Fl-2008 fil-Kampjonati Mondjali tal-iSparar spiċċajt fis-sitt post. Il-kummenti tiegħek rigward din l-esperjenza. Dak kien l-ewwel Kampjonat Mondjali li fih ikkwalifikajt għallfinali. Il-Kampjonati Mondjali huma l-ikbar logħob u l-iktar logħob importanti li hemm fiddinja tal-isparar fejn inqis din il-kompetizzjoni bħala ikbar milLogħob Olimpiku. Dan għaliex ikun hemm numru ikbar ta' tiraturi hekk kif fil-Kampjonati Mondjali nkunu minn 70 sa 80 tiratur waqt li fl-Olimpjadi nkunu 26 tiratur biss. Il-Kampjonat Mondjali huwa titlu li kif għidna fih jipparteċipaw iktar tiraturi u għalhekk kull pajjiż ikun jista' jtella' iżjed tiraturi, filwaqt li għall-Olimpjadi trid tirbaħ 'quota place' biex tkun hemm. Fl-istess sena ħadt sehem filLogħob Olimpiku li saru f 'Beijing fiċ-Ċina. Il-kummenti tiegħek. F'Beijing kont viċin ħafna talfinali. Nemmen li ħaqarni ħafna fejn ma kkwalifikajtx għall-finali għallplattina waħda biss però dak huwa l-isport tal-isparar u trid taċċetta li daqqa tirbaħ bi plattina u daqqa titlef bi plattina! Fl-2011 irbaħt it-Tazza tadDinja tad-double trap. X'kienet l-esperjenza tiegħek hemmhekk? It-Tazza tad-Dinja tad-Double Trap li rbaħt fl-2011 kien l-ikbar titlu li qatt irbaħt fil-karriera tiegħi u barra minn hekk hemmhekk kont irbaħt ukoll il-'quota place' li kienet xi ħaġa kbira għal pajjiżna li qatt ma kienet intrebħet qabel minn tiratur Malti. Kienet ferħa doppja għalija u hija xi ħaġa li se tibqa' mniżżla għal dejjem fl-istorja tal-isparar f 'pajjiżna. F'Ġunju li għadda, irbaħt ilmidalja tad-deheb fid-double trap fit-Tazza tal-Mediterran. Ilkummenti tiegħek. F'din il-kompetizzjoni ma kienx hemm il-livell tal-Kampjonati Mondjali. Kien hemm it-tiraturi Taljani li kellhom livell tajjeb ta' sparar, it-Torok li kienu qed jilagħbu ġo pajjiżhom kellhom livell tajjeb ukoll jiġifieri kien hemm livell tajjeb. Erba' snin qabel, din l-istess kompetizzjoni ntlagħbet fl-Italja fejn dakinhar kelli nirbaħ id-deheb u nista' ngħid li serquhieli għax kien hemm tiratur Taljan li żidulu plattina u lili naqsuli waħda u b'hekk rebaħli d-deheb b'dik ilplattina waħda! Iżda matul din is-sena rbaħtha jien li kienet xi ħaġa storika minħabba l-fatt li dawn huma l-uniċi logħob li fuqhom irbaħt it-tliet midalji jiġiferi, il-bronż, il-fidda u d-deheb. Liema unur minn dawn l-aħħar tnejn imsemmija, huwa l-iktar għal qalbek jew m'hemmx differenza bejniethom? Għaliex? Kull kompetizzjoni fiha storja. Inħoss li l-Logħob tal-Mediterran jingħata iktar importanza millpoplu. Imbagħad insibu t-Tazza tad-Dinja tal-Isparar li fiha ovvjament nsibu livell ikbar. Naħseb li t-Tazza tad-Dinja u l-'quota place' li ksibt hemmhekk jibqgħu l-iktar importanti għalija. X'tikkummenta fuq ix-shooting range tal-Bidnija? Din kif tikkumpara ma' shooting ranges li nsibu barra minn Malta? Hija shooting range żgħira ħafna meta kkumparat ma' l-oħrajn li nsibu f 'pajjiżi oħra. Huwa żgħir li biex tagħmel ċerti kompetizzjonijiet ma tistax tagħmilhom. Hija ħasra li f 'Malta fejn tant għandna temp tajjeb u għalhekk kieku jiġu ħafna tiraturi barranin jitħarrġu hawn Malta u apparti minn hekk tkun tista' tagħmel it-Tazza tad-Dinja talIsparar jew il-Kampjonati Ewropej f 'pajjiżna. Forsi 'l quddiem issir 'range'. Għat-taħriġ huwa tajjeb però ma tistax tagħmel kompetizzjonijiet kbar. Sa Grand Prix wasalna imma m'għandniex fejn tagħmel kompetizzjonijiet kbar bħalma nikkompeti fihom jien barra minn Malta. Taħseb li hemm bżonn li din tiġi mmodernizzata? Bħalma għadni kif għidt għandna bżonn li nagħmlu pass biex b'hekk ir-range isir lok turistiku fejn tiraturi barranin jiġu jitħarrġu hawn Malta. Nerġa' ngħid li hija tassew ħasra li m'għandniex ranges li fihom isiru kompetizzjonijiet tal-ogħla livell għax hawn Malta għandna temp li jippermetti li dawn isiru matul issena kollha. Taħseb li hemm bżonn li jinbnew iktar shooting ranges f 'Malta? Iva, ovvjament. Fil-fatt, suppost għandha ssir range ġdida. X'inhi r-relazzjoni tiegħek malFederazzjoni Maltija tal-Isparar? Ir-relazzjoni tiegħi malFederazzjoni Maltija tal-Isparar hija tajba u m'għandi xejn negattiv xi ngħid. Ovvjament li kieku ma kinitx tajba ma kontx nasal sa dan il-livell!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013