Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726
6 illum | Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 "Miriam Dalli hi suldat b'saħħtu, persuna ta' kuraġġ" – Prim Ministru DIN il-ġimgħa kien imiss lil Miriam Dalli biex tniedi l-kampanja elettorali tagħha għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' Mejju li ġej. 'Prijorità Malta' huwa l-islogan uffiċċjali talkampanja ta' Miriam Dalli. Il-Prim Ministru Joseph Muscat, li kien preżenti għal din l-okkażjoni, wera l-appoġġ tiegħu għal kandidatura ta' Dalli u qal li permezz ta' Miriam, issoċjetà trid tibgħat messaġġ li lesta tafda persuna żagħżugħa, li hija omm u għandha karriera u li tkun impenjata fil-politika. "Miriam Dalli hija suldat b'saħħtu ħafna. F'sensiela ta' telfiet li ġarrab il-Partit Laburista, Miriam kienet tkun dejjem kif jgħidu 'last man standing' meta ħaddieħor ikun denbu taħt ilblata. Kienet tkompli żżomm il-bandiera u dan juri kemm hija persuna ta' kuraġġ. Kienet tibqa' fuq quddiem anke waqt li tkun qed titlef," qal Joseph Muscat. Dalli spjegat li l-oqsma li se tkun qed taħdem fuqhom huma l-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' xogħol, l-immigrazzjoni irregolari, il-provista ta' enerġija irħas u iktar nadifa, il-fondi tal-Unjoni Ewropea u l-allokazzjoni tal-baġit talUE, iż-żgħażagħ u t-tnaqqis ta' burokrazija żejda li jiltaqgħu magħha l-intrapriżi żgħar u medji. JEROME CARUANA CILIA ILBIERAĦ inkiseb ir-rekord tal-itwal ċikkulata f 'Malta. B'kollox intużaw kważi 500kg ċikkulata u kienet twila 318.6 metru, jiġifieri madwar tliet darbiet aktar mit-torri ta' Portomaso. Preżenti kien hemm isSegretarju Parlamentari għall-Kultura Josè Herrera u l-kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu Robert Arrigo. Iċ-ċikkulata ġiet armata fi triq ir-Repubblika l-Belt u tinfirex min-naħa tas-Savoy, il-Qorti u tibqa' għaddejja minn Pjazza Reġina fost l-oħrajn. L-għan ta' dan ir-rekord kien biex il-pubbliku jkun jista' japprezza l-ħidma u l-ħila tal-istudenti tal-ITS, li fix-xhur li ġejjin se jkunu qed jaħdmu biex ibigħu l-prodott turistiku Malti. Din l-attività ttellgħet b'mod volontarju minn The Malta Records flimkien malIstitut għall-Istudji Turistiċi. L-espert u l-għalliem Malti taċ-ċikkulata Andrew Farrugia ħa ħsieb it-tisjir taċ-ċikkulata. Din mhix l-ewwel sfida għal Andrew hekk kif is-sena li għaddiet waqt il-Brussels Chocolate Week kixef ferrovija twila 34 metru magħmula kollha miċ-ċikkulata. F'Jannar li ġej se jiġi ppubblikat il-ktieb The Malta Book of Records li se jiġbor fih ir-rekords kollha li ġew iċċertifikati minn The Malta Records bejn Novembru 2012 u Mejju 2013. Studenti tal-ITS fl-aħħar preparamenti DIN il-ġimgħa qam furur kbir dwar ir-Rapport Dalli. Għada r-Rapport Dalli ser ikun it-tema ewlenija waqt il-programm Reporter immexxi minn Saviour Balzan fuq TVM. Ilmistiedna speċjali ser ikunu Miriam Dalli, kandidata għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew L-itwal ċikkulata f 'Malta jccilia@mediatoday.com.mt Reporter janalizza r-Rapport Dalli l-awtur tar-rapport John Dalli u s-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) Dr. Martin Balzan. Waqt il-programm se jsiru numru ta' interventi permezz ta' kollegament telefoniku minn stakeholders varji. Fosthom mill-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia u l-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa Claudio Grech. John Dalli, awtur tarrapport Mater Dei Hospital: A Better Social Return, sostna li l-Gvern għandu jħalli t-tmexxija tal-isptar f 'idejn il-maniġment. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, ser janalizza l-konklużjonijiet ta' dan John Dalli Martin Balzan ir-rapport. Vera li qed isir is-serq kif allega John Dalli? Il-Gvern ser jieħu l-parir ta' Dalli f 'dan ir-rigward? Reporter ser janalizza dawn il-kwistjonijiet u ħafna aktar. Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u l-ġurnalist Jerome Caruana Cilia, ser jixxandar għada fis-18.55 fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl-22.15 fuq TVM2.