Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 Il-Punt DR JOHN ZAMMIT MONTEBELLO Sindku ta' Ħal Balzan Żvilupp Sostenibbli f 'Ħal Balzan Il-Ġgantija: it-tie Dan it-tempju Megalitiku u Neolitiku mhux biss hu l-għożża tax-Xgħarin f'Għawdex iżda wkoll tal-Maltin kollha. Hu t-tieni l-eqdem tempju fid-dinja wara l-Gobekli Tepe fit-Turkija. Għandu 5,500 sena u hu eqdem mill-Piramidi tal-Eġittu. Hu sit ta' wirt dinji tal-UNESCO. Iżda dan kollu naħseb li jafu kulħadd f'dawn iż-żewġ gżejjer tagħna. Li forsi ftit jafu hu li madwar xahar ilu sar proġett 'state of the art' biex tidħol f'dan it-tempju u anke sa ma tasal biex tgawdih. U nista' niggarantilkom li l-impatt li jagħmel fuqek ilĠgantija tal-lum m'għandux x'jaqsam ma' meta wieħed kien żaru madwar xahrejn ilu. Protesta ambjentali f'Ħal Balzan IL-KUNSILL Lokali Balzani dejjem kellu l-politika li jinkoraġixxi żvilupp addattat fir-raħal, ħalli b'hekk iżomm sħiħ ilkaratteristiċi u l-ambjent Balzani bla, fl-istess waqt, ma jtellef l-iżvilupp sostenibbli u kontinwu. L-inkwiet tal-kunsill huwa li ċerti żviluppi qed ikollhom impatt negattiv fuq "residenti" li jkunu viċin tal-istess żvilupp: it-telf ta' ġonna u spazji miftuħa li ma jiġux inkorporati mal-istess żvilupp sostenibbli. Aħna konxji minn l-insistenza qawwija u kontinwa għall-iżvilupp li kultant ikollu impatt soċjoekonomiku negattiv u li ma jkunx jaqbel mal-istess ambjent. Għandna ninnutaw ukoll, in-numru dejjem jiżdied ta' "units" li meta narawhom nitħassbu kemm minnhom sa jibqgħu vojta. Għaliex? Forsi minħabba n-nuqqas ta' "karattru" li għandhom? Għandna wkoll ninnutaw li dan l-iżvilupp qiegħed ikollu mpatt negattiv fuq il-limitazzjonijiet infrastrutturali, li jinkludi toroq li qatt ma kienu maħsuba għal dan it-traffiku kollu, la ta' issa u lanqas tal-ġejjieni. Għandna wkoll l-impatt tal-parkeġġ f 'toroq li fl-imgħoddi kienu żoni kwieti u li minħabba dan ilgħan ħajru residenti ġodda jiġu jgħixu f 'Ħal Balzan. Nixtieq nenfasizza li aħna m'aħniex ngħidu li m'għandux isir l-ebda żvilupp; imma qegħdin ninsistu li dan għandu jkun sostenibbli u li jżomm ilkaratteristiċi ta' villaġġ kwiet fiċ-ċentru tal-gżira. Hawn diversi modi kif wieħed jista' jindirizza dawn il-punti fil-UCA, imma t-tqassim ta' żoni u l-iżvilupp barra l-UCA huma inqas ċari u b'hekk ġa qed ikollna impatt negattiv; u jekk dan il-pass ta' żvilupp se jkompli, allura daqt naraw it-tħassir tal-ambjent raħli li ma jkun xejn sostenibbli kemm għall-preżent u lanqas għall-futur. Sejħa għall- OFFERTI IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: - Plants Maintenance Services using Environmentally Friendly Practices – T101/13 Data ta' ħruġ: 21 ta' Novembru 2013 / Data ta' għeluq: 18 ta' Diċembru 2013 Dawn is-sejħiet għall-offerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department 2123 4710 www.mita.gov.mt INTEFQU €2.7 miljun finanzjati mill-UE bixxogħol jieħu madwar sena u nofs biex tlesta. L-ewwel impatt li jagħmel fuqek dan il-wirt dinji hi l-entratura nnifisha. Binja modernissima mill-perit Robert Sant (li rebaħ ilkuntratt fuq disinjaturi minn madwar id-dinja) li żewweġ l-arti moderna maleqdem binja fl-Ewropa, żewweġ ħadid li għandu xejra ta' 'ħadid imsaddad' ma' binja li ilha teżisti 5,500 sena li ma ssaddet qatt. Tridu tarawh biex tifhmu dak li qed nipprova niddeskrivi jien. Dan kollu rnexxieli nagħmlu għax kelli l-fortuna li nsir naf li l-amministrazzjoni talMinisteru ta' Għawdex kienet se żżur dan it-tempju u ddeċidejt li nistieden ruħi b'idejja. Fil-fatt isSegretarju Permanenti għal Għawdex, is-Sinjura Joyce Dimech laqgħet bil-ferħa l-istedina b'idejja tiegħi u qaltli li din kienet inizjattiva tagħha li kull tant żmien tlaqqa' lil membri kollha tal-amministrazzjoni fil-Ministeru biex iżuru dawn is-siti importanti f 'Għawdex. "B'hekk meta jkunu qed jattendu laqgħat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013