Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Gladjat 10 illum | Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 Lukandi interessati f'żieda ta' żewġ sulari oħra Il-Fra li jgħix bilminn John Busuttil Il-Qawra Palace Hotel hija fost it-tliet lukandi interessati MINKEJJA li l-MEPA għadha trid tippubblika l-linji ta' gwida għallestensjonijiet tal-lukandi, ILLUM tinsab infurmata li tliet lukandi ewlenin diġà applikaw biex jibnu żewġ sulari oħra ma' dawk eżistenti. Il-lukandi interessati li diġà tefgħu l-applikazzjoni tagħhom huma l-Qawra Palace Hotel, il-lukanda San Antonio ta' Buġibba u r-Radisson ta' San Ġiljan. Bl-iskop li jinċentiva s-settur turistiku, f 'Mejju li għadda l-Gvern kien ħabbar li kien se jkun permess żvilupp f 'żoni turistiċi biex lukandi f 'dawn iż-żoni jkunu jistgħu jtellgħu żewg sulari oħra. Hu maħsub li din iddeċiżjoni se tkompli żżid l-kompetizzjoni bejn illukandi lokali hekk kif min itella' żewġ sulari oħra se jkollu aktar kmamar u b'hekk ikun jista' joffri prezz orħos u aktar kompetittiv. L-MHRA kienet ħarġet tappoġġja din il-politika tal-gvern. Fil-preżent, hawn ftit inqas minn 200 lukanda f 'Malta u Għawdex, b'total ta' madwar 30 elf sodda. L-infurzar tal-MEPA u ċ-Ċaqnu IŻ-ŻMIEN li fih sar l-infurzar mill-MEPA kontra illegalitajiet li ġew mibnija fil-post ta' Charles Polidano magħruf bħala ċ-Ċaqnu f 'Montekristo Estates f 'Ħal Farruġ lejliet protesta nazzjonali mill-ambjentalisti tagħti x'tifhem li l-Gvern għandu l-intenzjoni li jibgħat messaġġ qawwi, li minkejja l-pożizzjoni ċara favur l-iżvilupp kif ġiet espressa fil-politika l-ġdida dwar l-ippjanar, m'għandux rabtiet mill-qrib ma' kostrutturi kbar bħaċĊaqnu. Ix-xena ta' nfurzar kontra ċ-Ċaqnu saru tliet ijiem biss wara li l-istess Gvern nieda abbozz ta' politika li ser tiftaħ it-triq għal iktar żvilupp medju u għoli f 'lokalitajiet li huma diġà żviluppati ħafna bħal Tas-Sliema, il-Gżira, San Pawl il-Baħar u Marsaskala; ġimgħat wara l-ħruġ ta' draft policy li ser jippermettu l-bini ta' residenzi u faċilitajiet oħra f 'żoni ODZ, li ser jinkludu wkoll buffer zones ta' siti ta' Natura 2000. Is-simboliżmu politiku ta' din l-azzjoni kontra l-bête noire tal-lobby ambjentalist huwa wieħed potenti ħafna. L-omnipotenza taċ-Ċaqnu ġiet tissimbolizza l-impotenza Infurzar fuq struttura qabel mal-MEPA twaqqfet mill-Qorti tal-amministrazzjoni preċedenti, perċepita bħala waħda li qed takkomoda dawk l-illegalitajiet li kienu kommessi mill-kostrutturi l-kbar u li waslet għal slogans bħal 'Vote Gonzi Get Ċaqnu' waqt protesti ambjentali. Bl-infurzar kontra ċ-Ċaqnu filwaqt li tippromwovi politika ta' bini għoli u żvilupp f 'żoni ODZ – li effettivament jiffavorixxu lil dawk favur il-kostruzzjoni u l-iżvilupp – il-Partit Laburista jidher li qed jimbarka għall-bilanċ prekarju bejn l-ispekulaturi u dawk li huma favur l-iżvilupp u l-aspettattivi talelettorat għall-ħidma kontra l-illegalità. Forsi din tifforma parti mill-ħsieb ta' Joseph Muscat: dik li jakkomoda lill-iżviluppaturi l-kbar u l-leġjun ħafna ikbar ta' żviluppaturi ż-żgħar u s-sidien tal-propjetajiet bilbidliet fir-reġim tal-ippjanar, filwaqt li jkun iebes kontra atti ta' illegalità sfaċċata milliżviluppaturi Polidano. Forsi din it-triq hija mimlija periklu. Huwa fatt li ċ-Ċaqnu ma jibżax juża lill-ħaddiema tiegħu bħala theddida: fid-disgħinijiet hu hedded li jkeċċi l-ħaddiema wara għidut li l-MEPA kienet ser tieħu passi kontra l-barriera tiegħu fis-Siġġiewi. MAGĦRUF minn kulħadd bħala l-Fra Lorrie. Kulfejn issib xi attività fir-raħal ta' Għajnsielem dejjem tara lil Fra biċ-ċoqqa (jew tonka kif isejħilha hu), imdawwar b'xi ċorma żgħażagħ imidd idejh għal kull ħaġa li jsib quddiemu. Il-Fra hu l-qalb tal-komunità ċkejkna u anzjana tan-naħa magħrufa bħala tal-patrijiet f 'Għajnsielem. Żagħzugħ ta' 39 sena, jaħdem bla heda mingħajr ma jaf x'inhuma flus, jgħix bil-providenza li tipprovdilu l-istess komunità iżda jgħix ħajja mill-aktar kuntenta u trankwilla. Ilbattalja tiegħu mal-ħajja hi li jara lil ta' madwaru li hu jseħilhom il-familja tiegħu, kuntenti. X'differenza hemm bejn Patri u Fra? Għaliex għażel din il-ħajja? Xi jfisser Ġesu għalih? X'għandha x'taqsam l-art imqaddsa ma' dan il-Fra? Din l-intervista tara lil dan il-Fra umli u mimli għerf tal-ħajja jwieġeb dan kollu. Iltqajt ma' Fra Lorrie filkunvent ta' Sant Antnin. Kunvent b'xenarju meraviljuż faċċata tiegħu fejn wieħed jista' jara Kemmuna u Malta qishom żewġ blatiet kbar impoġġija fuq il-fliegu ikħal imdawwal bix-xemx tiżreġ fuqu (dan kien fil-ġurnata li mort). Laqagħni, offrieli kafè li jien irrifjutajt u dħalna f 'kamra fejn f 'nofsha kien hemm mejda kbira mdawra b'diversi siġġijiet. U bdejna nitkellmu fuq tfulitu mdawrin bil-ħoss perfett…is-silenzju. Fra Lorrie mwieled u mrobbi Għajnsielem kellu tfulija bħal ta' ħaddieħor fejn kien imur jilgħab mal-ħbieb fin-naħa hekk imsejħa tal-patrijiet u meta beda jikber beda jattendi ċ-ċentru tal-patrijiet fl-istess post. Hemmhekk kien iltaqa' ma' Fra Pawl, patri anzjan ħafna, li Fra Lorrie jiddeskrivih bħala persuna sempliċi għall-aħħar li kien ukoll il-bniedem li nebbħu biex jingħaqad malOrdni Franġiskana. "Iżda d-deċiżjoni ħadtha wara l-mewt ta' missieri, Kelinu. Tgħidlix għaliex però ħassejt ġibda kbira biex nidħol reliġjuż. Fil-fatt sena wara li miet, fl-1992 dħalt patri. Taddar aċċettawha mill-ewwel id-deċiżjoni tiegħi għalkemm kien hemm xi żewġ zijiet min- naħa ta' ommi li kienu ftit xettiċi dakinhar." Staqsejtu għaliex fra u mhux patri u hawn jidher li għafastlu l-buttuna żbaljata, għax mill-ewwel weġibni, "din hi perċezzjoni żbaljata f 'Malta (u Għawdex). Malta biss tagħmel din id-differenza bejn patri u fra. Malta tassoċċja lil fra mal-kċina jew is-sagristija. Hu kunċett żbaljat għal kollox. Fra hu patri ieħor. Fil-fatt aħna kollha meqjusin bħala 'Frati.' Fra u patri huma l-istess. Imbagħad hemm minna li jagħżlu wkoll li jqaddsu u jqarru li dan hu xi ħaġa oħra, li iżda ma jagħmlekx patri aħjar minn ieħor. Jien għażilt li ma nqaddisx u ma nqararx biss. Il-bqija għandi l-istess drittijiet u obbligi bħall-oħrajn kollha u marbut bit-tliet voti (bħalma huma s-sorijiet ukoll) dak tal-faqar, ubbidjenza u l-kastità. U jekk irrid noħroġ minn Fra rrid nitlob iddispensa mill-Vatikan bħal kull saċerdot ieħor." Staqsejtu mela xi tfisser OFM li skont jien kienet tfisser Ordni Franġiskani minuri. "Għandek żball kbir dik bil-Latin hi Ordo Frati Minorum. Jew issejħilna Ordni Franġiskana, jew patrijiet minuri." L-ewwel sena tiegħu ta' patri għamilha Ta' Ġieżu r-Rabat, imbagħad għamel seba' snin Villambrosa l-Ħamrun u flistess waqt jgħin fil-komunità tal-Belt u għamel tliet snin Baħar iċ-Ċagħaq. Iżda issa ilu 12-il sena Għawdex, art twelidu. F'dan il-kunvent meraviljuż fejn madwarek tirrenja paċi liema bħalha jgħixu ħames patrijiet, u Fra Lorrie hu l-iżgħar fosthom. Mistoqsi jekk bħala ż-żgħir ix-xogħol jintefax kollu fuqu, Fra Lorrie persuna mill-aktar umli u bi tbissima qalli, "Le mhux kollox jien. Ara taħseb li l-kunvent iżomm fuqi ta. Hawn ħafna patrijiet li jaħdmu wkoll. Forsi nidher l-aktar jien." Mistoqsi jekk isajjarx weġibni mill-ewwel, "le jien niekol biss." Fra Lorrie qal li xogħlu hu li fis-7am jqum jitlob, jagħmel il-qadi tal-kunvent, iżur l-ommu Lela għax marida u jeħodha għat-terapija l-isptar, jiekol ma' sħabu l-patrijiet f 'nofsinhar u filgħaxija jkun hemm il-quddies u aktar talb. L-ikel ta nofsinhar ikun imhejji minn koka u

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013