Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
ela u De Klerk Kien ikollna l-istess riżultat inġust. Huwa inkredibbi kif f 'dawk il-pajjiżi li kienu komunisti jew soċjalisti, qegħdin nisimgħu b'atteġġjament mill-aktar konservattiv. L-istess qiegħed jiġri firRussja li huma vixxeralment omofobiċi, sal-punt li tista' teffettwa anke lil dawk ilkoppji eterosesswali li jkunu jridu jadottaw minn dan il-pajjiż. Id-demokrazija mhux qiegħda hemm biex tilleġġitima d-dittatura talmaġġoranzi. Għalhekk meta f 'Malta ħadna deċiżjoni dwar iddrittijiet ta' omosesswali għamilna sewwa li ma sarx referendum. Qabel xejn il-minoranza trid tkun imħarsa. Aktar minn hekk ma għandhomx ikunu dejjem is-sondaġġi li jiddettaw l-aġenda politika tal-partiti politiċi. L-akbar deċiżjonijiet li emanċipaw minoranzi kienu dawk li ttieħdu minn mexxejja kuraġġużi li sfidaw il-preġudizzji talmaġġoranza anke jekk ġieli kellhom ipattu għaliha. Ma rridux ninsew li l-aktar stħarriġ sar fil-bitħa ta' Pilatu li wassal għall-kundanna talinnoċenti. Fil-kuntest ta' dan kollu jispikka l-kuraġġ ta' nies bħal Nelson Mandela. Iżda waqt li kulħadd qiegħed jiċċelebra l-memorja tiegħu hemm persuna oħra li kienet protagonista. Il-President Sud Fredrick De Klerk, li minkejja kien abjad u tista' tgħid kellu lil bojod kollha kontra tiegħu, bidel il-panorama Sud Afrikana. Bħalma Mikahil Gorbaciov kien li wassal għal waqgħa tal-ħajt ta' Berlin, De Klerk, flimkien ma' nies bħal Nelson Mandela, kienu responsabbli għat-tneħħija tal-aparthied. Fl-aqwa tiegħu Fredrick De Klerk ma kienx xi gustuż. Bħala Ministru tal-Edukazzjoni kien favur is-segregazzjoni tal-studenti suwed minn dawk bojod. Iżda meta beda jaqra s-sinjali taż-żminijiet, ma ddejjaqx jieħu pożizzjoni biex tinbena Sud-Afrika multi nazzjonali. Ma ddejjaqx imur kontra l-preġudizzji li seta' kellu u ogħla 'l fuq mill-ħitan tal-firda razzjali. Ikkultiva jifforma gvern u l-isforzi kollha sabiex issir koalizzjoni mal-Moviment 5 Stelle ma rnexxewx. Biex tkompli tgħaqqad, ilParlament ma setgħax jagħżel is-suċċessur ta' Napolitano bħala president. Anke meta l-PD ikkandida lill-fundatur tiegħu, Romano Prodi għallpresidenza taljana, kienu bosta fi ħdan il-PD stess illi ma vvutawlux. Dan ġiegħel lis-segretarju tal-PD, PierLuigi Bersani, persuna b'ħafna doti imma nieqsa mill-kariżma, illi tirriżenja. Il-PD għażel lil Guglielmo Epifani, extrejdunjonista soċjalista bħala segretarju temporanju sakemm isiru l-elezzjonijiet primarji għal segretarju ġdid, li qed isiru llum stess. Meta ma setgħax jintgħażel is-suċċessur ta' Napolitano, il-partiti l-kbar, jiġifieri l-PD, il-PDL ta' Berlusconi u Scelta Civica ta' Monti, imma m'hux il-Moviment 5 Stelle, iddeċidew illi joffru l-pultruna lill-istess Napolitano u għal ewwel darba fl-istorja Taljana, president ġie elett darbtejn. Napolitano aċċetta l-inkarigu minkejja li għandu 88 sena bil-patt u l-kundizzjoni illi l-istess partiti illi pproponewh jifformaw koalizzjoni talgvern. B'hekk, twieled il-gvern tal-"larghe intese" (ftehim wiesa') illi ħa r-riedni millgvern teknokratiku ta' Monti. Hawnhekk, Napolitano għamel għażla li tfisser ħafna: hu seta' jagħżel veteran ieħor bħal Monti sabiex jidderieġi l-bastiment u ssemma ħafna l-isem tal-eks-prim ministru, Giuliano Amato. Dan kien eks-soċjalist u eks- kollaboratur ta' Bettino Craxi, u mlaqqam "Dottor Sottile" minħabba d-doti diplomatiċi tiegħu. Minflok, Napolitano għażel lil Enrico Letta, il-viċi-segretarju tal-PD li għalkemm għad għandu 47 sena u għaldaqstant żagħżugħ fil-kuntest politiku Taljan, għandu esperjenza estensiva bħala ministru. Kien ukoll is-sottosegretarju ta' Prodi, kariga tradizzjonalment ferm importanti fl-Italja. Il-ħatra ta' Letta bħala prim ministru tfisser bidla ġenerazzjonali fil-politika Taljana, bidla ferm meħtieġa li kompliet tissaħħaħ bilħatra tas-segretarju tal-PDL Angelino Alfano, 43 sena, bħala deputat prim ministru kif ukoll ta' bosta ministri ta' eta li ma taqbiżx 50 sena. Madankollu, il-ħajja talgvern ta' Letta ma kienet xejn faċli minkejja li fit-teorija, kellu maġġoranza kbira filparlament. L-ikbar problema li affaċja Letta kien ir-rikatt kontinwu ta' Berlusconi li hedded kontinwament li ser iwaqqa' l-gvern taħt pretest jew ieħor, speċjalment fuq il-famuża taxxa fuq il-propjetà mmobbli. Il-verità hi li Berlusconi kien qed ipoġġi pressjoni fuq Napolitano sabiex jagħtih il-grazzja wara li l-Kassazzjoni kkonfermat is-sentenza ta' erba' snin ħabs minħabba frodi fiskali. Madankollu, il-periklu ta' Berlusconi sfaxxa wara li fil-vot ta' fiduċja fil-gvern ta' Letta tat-2 t'Ottubru deher ċar illi parti sostanzjali tal-PDL illi bdiet tidentifika ruħha Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 19 relazzjoni ta' ħbieb ma' Nelson Mandela. Is-Sud Afrikani kienu xxurtjati li sabu tnejn minnies li fehmu lil xulxin anke jekk ma kinux jaqblu ma' xulxin. Il-kwalità tagħhom kienet li ħadd minnhom ma ried jirfes lill-ieħor għaliex fehmu li l-iskop ta-demokrazija ma kienx dak li jeskludi lil xi ħadd iżda li kulħadd ikun inkluż. L-armonija setgħet tinkiseb billi taċċetta lil dak li hemm faċċata tiegħek b'dak kollu li inti tista' ma temminx fih. It-triq tal-emanċipazzjoni u ħelsien hija twila ħafna. Meta kienu ħallew il-bieb taċ-ċella tal-Madiba f 'Robben Island miftuħ, dan mhux biss ma ħarabx iżda ġibdu warajh u baqa' maqful. Meta xi ħadd staqsih għaliex għamel hekk it-tweġiba kienet, li ma kien jiswa xejn li jaħrab jekk niesu xorta kienu għadhom mhux ħielsa u maqfulin. Infatti Fredrick De Klerk f 'intervista li ta xi snin wara li Mandela nħeles, kien qal ċar, li l-aktar li kien ikiddu kien il-fatt li Mandela miċċella xorta kien qisu qiegħed barra jmexxi l-moviment għal-liberazzjoni tas-suwed. Anzi kien bil-wisq aktar ħieles għaliex kien fil-fatt maqful. L-istess effett kellu l-arrest ta' Aung San Suu Kyi f 'Myanmar. De Klerk ħass li bil-ħelsien ta' Mandela kien ikun aktar f 'pożizzjoni li jittraduċi l-messaġġi tażżminijiet. Mandela kien kbir, iżda sab rival li fehmu. q l-Italja s-senaturi jitilgħu skond kif ikunu mniżżla f 'tali lista. Dan il-fatt jagħti saħħa straordinarja lil min jipprepara dawn il-listi. Fil-każ tal-partit ta' Berlusconi (illi issa reġa assuma l-isem orġinali tiegħu ta' Forza Italia) dan ifisser illi huwa l-istess Berlusconi permezz ta' l-id il-leminija tiegħu, Dennis Verdini illi jiddeċiedi min jitla' filParlament mal-lista tiegħu. Fil-każ tal-Partit Demokratiku, din id-darba ġew organizzati elezzjonijiet primarji sabiex jintgħażlu l-kandidati. Mill-banda l-oħra, ilMoviment 5 Stelle ta' Beppe Grillo għażel il-kandidati tiegħu b'elezzjonijiet illi saru on-line illi ħadd ma kien f 'posizzjoni jikkontrolla kif filfatt saru u min verament ġab l-aktar voti. Fl-elezzjoni tal-2006 u ta' din is-sena, il-koalizzjoni taċ-ċentru-xellug qabżet dik taċ-ċentru-lemin bi ftit voti u ma kellhiex maġġoranza konvinċenti fis-Senat. Fl-2008, il-koalizzjoni taċ-ċentru lemin ta' Silvio Berlusconi kellha rebħa konvinċenti u anke ġabet maġġoranza stabbli fis-Senat imma wara d-difezzjoni ta' Fini u sħabu, Berlusconi baqa' mdendel b'ħajta u f 'Novembru 2011, kellu jirriżenja. Minkejja l-isforzi kollha li saru fil-leġislatura preċedenti sabiex tinbidel il-liġi elettorali, dawn kollha fallew u l-elezzjoni ta' din is-sena reġgħet saret bil-Porcellum. Ir-riżultat kien illi ċ-ċentruxellug ma kienx kapaċi ma' Alfano ma kienetx ser tisfiduċja lil Letta. Berlusconi spiċċa jilgħaq kollox u vvota ukoll għall-fiduċja. Sussegwentement, fis-27 ta' Novembru, Berlusconi ddekada mill-kariga ta' senatur. Ġurnata qabel, il-parti tal-PDL li baqgħet issegwieh ħarġet mill-gvern imma numru ta' senaturi u deputati tal-PDL iddeċidew li ma jidħlux f 'Forza Italia u ffurmaw in-Nuovo Centro Destra ta' Alfano li baqa' jappoġja lill-gvern ta' Letta. B'hekk, issa twieled gvern b'maġġoranza żgħira imma ħieles mir-rikatti kontinwi ta' Berlusconi, l-hekk imsejjaħ gvern ta' "intese chiare", ftehim ċar. Dan il-gvern ser jaffaċja vot ta' fiduċja ieħor nhar l-Erbgħa wara l-bidla filkomposizzjoni tiegħu. Madankollu, dan kollu ma jfissirx li l-ħajja għal Letta saret ward u żahar. Ma ninsewx illi qegħdin nitkellmu fuq il-politika Taljana. Illum irid jintgħażel is-segretarju l-ġdid tal-PD u kollox jindika illi s-sindku ta' Firenze, Matteo Renzi, 38 sena, ser ikollu rebħa faċli fuq l-isfidant prinċipali tiegħu, Gianni Cuperlo, 52 sena. Renzi huwa populist prim, iparla ħafna imma nieqes missustanza politika li għandu Cuperlo, li min-naħa l-oħra, sfortunatament m'għandhux l-istess kariżma u m'huwiex teleġeniku bħal Renzi. Renzi għandu wkoll l-ambizzjonijiet tiegħu li jsir prim ministru u ma tantx juri fervur għallgvern ta' Letta. Barra minn hekk, l-Erbgħa li għadda l-Qorti Kostituzzjonali Taljana ddikjarat il-Porcellum bħala inkostituzzjonali u issa l-adozzjoni ta' liġi elettorali ġdida ma tistax tiġi rimandata aktar. Imma xorta għadu mhux ċar kif din il-liġi se tinbidel u hemm min isostni li għandha tinbidel il-liġi elettorali u dritt issir elezzjoni ġdida. Dana aktar u aktar meta hemm numru konsiderevoli ta' deputati u senaturi illi nħatru permezz ta' liġi nkostituzzjonali. Meta wieħed jara dan kollu, hux ta' b'xejn li l-Italja qiegħda fi stat ta' paraliżi u mhix kapaċi twettaq ir-riformi istituzzjonali li tant għandha bżonn, sabiex l-ekonomija tagħha tieħu r-ruħ. Il-gvern ta' Letta m'għandhux l-istess spinta riformatriċi li kellu dak ta' Monti u għalkemm il-perikli mis-swieq finanzjarji għall-Italja naqsu, ma jfissirx li spiċċaw għal kollox. Eżempju ċar tat-tip ta' riformi li trid twettaq l-Italja ingħata dan l-aħħar filprogramm "Porta a Porta." Impjegat illi jieħu salarju ta' €1,000 fix-xahar jiswa lil min iħaddmu €27,000 fis-sena. Prodi stess qal dan l-aħħar illi kien ikun aktar utli li jitnaqqsu t-taxxi fuq ix-xogħol sabiex jitnaqqas il-piż fuq min iħaddem. Imma l-Italja ilha turi inkapaċità kbira biex twettaq ir-riformi meħtieġa u ftit jidhru prospetti illi ser treġġa lura d-deklin illi qabdet f 'dawn l-aħħar snin. ellisjoseph@gmail.com