Illum previous editions

illum 8 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 'Sagrifiċċji kbar u dixxiplina' jrebbħu liċ-ċkejkna Gaia Cauchi JER0ME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt IS-SIBT 30 ta' Novembru 2013 ser jibqa' mfakkar bħala jum ta' suċċess kbir għaxxena mużikali f 'pajjiżna, hekk kif Gaia Cauchi ta' 11-il sena rebħet għall-ewwel dabra l-Junior Eurovision li sar fi Kiev fl-Ukrajna. Id-diska bl-isem 'The Start' kienet miktuba apposta għal Gaia minn Matt Mercieca, magħruf aħjar bħala Muxu, il-kompożitur Elton Zarb u taħt id-direzzjoni ta' Gillian Attard. Din il-gazzetta ħadet il-kummenti ta' dan ittim formidabbli. Dwar il-kontroversja li qamet minħabba l-għoti tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika lil Gaia Cauchi u t-tim tagħha, it-tim ma xtaqx jikkummenta. "Kienet tinvolvi ħafna sigħat ta' preparazzjoni, sagrifiċċji kbar min-naħa ta' Gaia u dixxiplina artistika. Gaia dejjem kienet kommessa li tagħmel kull sagrifiċċju possibbli għax għalkemm għadha żgħira fl-età, hi kienet taf sew li għandha responsabbiltà kbira li qed tirrappreżenta lill-pajjiżna u dan ta kuraġġ kemm lilha u kemm lit-tim tagħha. Ilkoll kemm aħna tajna ħafna mill-ħin u l-enerġija tagħna biex ksibna dan ir-riżultat u fl-aħħar mill-aħħar tellajna isem Malta fil-quċċata nett," qalet Attard f 'isem it-tim kollu. "Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill-poplu Malti li sa minn meta ġejna lura rrikonoxxa bi kbir l-isforz kollettiv li sar. Kemm minna kif ukoll min-naħa ta' PBS. In-nies tawna laqgħa meraviljuża kif ukoll appoġġ morali u wrew apprezzament kbir għal mod dinjituż li Gaia tellgħet il-bandiera Maltija Gaia Cauchi flimkien mat-tim formidabbli magħha. Hemmhekk uriet it-talent kbir li għandha u wriet mal-Ewropa li Malta għandha talent li hu ta' livell internazzjonali u mhux inferjuri." Gaia Cauchi hija kantanta promettenti ħafna. Hi kienet ir-rebbieħa ta' Sanremo Junior fejn kellha l-opportunità li tkanta fit-Teatru Ariston. F'dan it-Teatru titella' l-edizzjoni ta' Sanremo tal-kbar. Hemmhekk hi kienet akkumpanjata millMaestro Paul Abela li wkoll kien il-kompożitur ta' tliet kanzunetti li rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest. Minbarra li rebħet bosta kompetizzjonijiet internazzjonali, Gaia Cauchi kienet ħadet sehem ukoll fil-programm Ti Lascia Una Canzone fuq l-istazzjon RAI. F'dan il-programm hi kellha l-opportunità li tkanta ma' Alessandra Amoroso. Santa jaqbeż il-baħar MINKEJJA t-temp kiesaħ ta' Diċembru u tbassir tal-maltemp, grupp ta' għawwiema qalbiena ma ħasbuhiex darbtejn u qabżu jgħumu bil-għan li jinġabru fondi għall-Istrina. Taħt il-patronċinju talPresident George Abela, numru ta' għawwiema u anke żewġt iklieb għalqu għajnejhom u qabżu fil-baħar kiesaħ fi sfond ta' għajjat u daħk. B'ċelebrazzjoni tal-istaġun festiv, bosta mill-parteċipanti libsu ta' Father Christmas. Filwaqt li ammettew li l-ikbar sfida kienet il-mument qabel ma qabżu fil-baħar, l-għawwiema qalu li minkejja li l-baħar kien kiesaħ, għallinqas l-ilma ma kienx kiesaħ daqs l-arja. L-avveniment ġie organizzat ħdejn il-lukanda Excelsior filFurjana. Ipparteċipaw ukoll ilbanda tal-Puluzija ta' Malta li daqqew bosta diski tal-Milied u mużika. Minkejja t-temp kiesaħ, grupp ta' għawwiema ma ħasbuhiex darbtejn u qabżu jgħumu bil-għan li jinġabru fondi għall-Istrina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 December 2013