Illum previous editions

illum 8 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 35 jekk mhux barra minn Malta" Carmel Busuttil Twieled fid-29 ta' Frar 1964 fir-Rabat Għamel isem kbir għal pajjiżna u poġġa lil Malta fuq il-mappa tal-futbol Ewropew speċjalment meta lagħab fil-Belġju ma' KRC Genk fejn saħansitra ġie anki magħżul mal-aqwa 20 persuna li għamlu l-istorja ta' dan il-klabb glorjuż fil-Belġju Fis-sena 2000 irċieva l-unur tal-Ordni talMertu tar-Repubblika Fl-2003 ingħata l-unur tal-'Golden Player' mill-MFA bħala l-aqwa plejer f'Malta tul l-aħħar 50 sena Fit-30 ta' Novembru ta' din is-sena sar membru ġdid tal-'Hall of Fame' talKumitat Olimpiku Malti (MOC) Ritratt: Ray Attard Beda l-akkademja tal-futbol bl-isem tal-'Busu Football School' li minnha ħarġu fost l-aqwa plejers li qed naraw jilagħbu llum fil-Kampjonat BOV Premier aħjar li setgħu għal dak iż-żmien ġewwa l-Belt Valletta. Barra minn hekk ħadu l-grawnd nazzjonali f 'idejhom u bnew iċ-Ċentru Tekniku bi kmamar tas-sodda b'kollox, kemm għat-tim nazzjonali kif ukoll għal timijiet nazzjonali barranin. Kellna wkoll ristorant fejn konna nieklu wara t-taħriġ, grawnds għat-taħriġ mill-aqwa kif ukoll klinika li għal dak iż-żmien kienu xi ħaġa fenomenali! Għamlu lillplejers tat-tim nazzjonali l-ewwel semi-professjonali u mbagħad 'full professionals'. Niftakar li l-ewwel li beda bħala plejer professjonali kien Michael Degiorgo u jien kont bdejt xi xahar warajh. Il-logħbiet internazzjonali bdew ikunu organizzati b'tali mod li jiġġeneraw iktar introjtu għall-MFA. Dr Mifsud kompla jkabbar u jirranġa l-grawnd nazzjonali, ġab il-kwartieri ġewwa Ta' Qali, bena l-Millenium Stand, isCentenary Stadium, ma nafx kemm bena pitches artifiċjali, ġab logħbiet ta' ħbiberija kontra nazzjonijiet kbar bħall-Ġermanja, l-Ingilterra u ħafna oħrajn waqt li ġab ukoll introjtu kbir għall-MFA. L-objettivi prinċipali li kemm Dr George Abela kif ukoll Dr Joe Mifsud dejjem kellhom kienu dawk li t-tim nazzjonali ma jerġa' jiġi qatt umiljat bil-mod li konna ġejna umiljati kontra Spanja, li jgħollu l-livell tal-futbol Malti u li l-klabbs Maltin ikunu iktar organizzati. Ukoll huma kienu jagħtu importanza kbira li aħna bħala plejers niġu mħarrġa tajjeb u jekk hemm bżonn immorru għallpreseason barra minn Malta. Għalihom kien ukoll importanti l-fatt li t-tim nazzjonali jkollu ġranet ta' taħriġ għalih jgħidu x'jgħidu l-klabbs. Kulħadd jikkummenta fuq il-UEFA Champions League, u l-intensità li biha jilagħbu l-plejers f 'din il-kompetizzjoni ferm prestiġjuża. Dawk l-istess plejers huma l-istess plejers li jilagħbu kontra plejers Maltin, allura aħna bħala tim nazzjonali rridu nkunu preparati aktar u mhux innaqqsu t-taħriġ. M'hawn l-ebda klabb li għandu masseur kuljum miegħu, tabib, kowċ tal-goalkeepers, assistent kowċ, preparatur fiżiku, klinika u 'training grounds' full-size. Kważi l-klabbs kollha jridu joħorġu wara siegħa u nofs taħriġ għax il-grawnd ikun mikri! U mbagħad naħsbu li qatt nistgħu xi darba nikkwalifikaw għall-UEFA Champions League!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 December 2013