Illum previous editions

illum 8 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

SPORTSillum 34 illum | Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 "Kont lest ma nilgħabx aktar j CRISTIAN ANTONY MUSCAT Carmel Busuttil – iktar magħruf bħala l-'Busu' u bla dubju fost l-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-futbol Malti, b'uħud saħansitra jsostnu li l-eks captain tat-tim nazzjonali huwa tabilħaqq l-aqwa futboler Malti ta' kull żmien. Wara li bdejt il-karriera tiegħek ma' Rabat Ajax, lgħabt għal sena ma' Verbana Calcio fl-Italja qabel ingħaqadt mal-klabb KRC Genk fil-Belġju fejn hemmhekk kellek esperjenza mill-aqwa. Tina iktar dettalji. Kont mort għal prova ta' 15-il ġurnata fejn kont ħallejt impatt tajjeb ma' diriġenti u partitarji. Qabel ingħaqadt ma' KRC Genk kont għamilt erba' xhur tal-biżà, nitħarreġ biss mat-tim nazzjonali jew waħdi, għax ir-Rabat bdew jagħmluhieli diffiċli biex nitlaq u f 'ħin minnhom il-Genk tilfu kull interess fija. Kont lest li ma nilgħabx aktar futbol jekk ma mmurx nilgħab barra minn Malta. Grazzi għall-intervent ta' Dr George Abela, li dak iż-żmien kien il-President tal-MFA, kien tkellem ma' Rabat u ma' Genk u bis-saħħa tiegħu rnexxieli ningħaqad ma' Genk. Kien żmien sabiħ ħafna, għalkemm mhux dejjem faċli imma bid-determinazzjoni rnexxieli nasal. Kont stmat ħafna, kont il-captain u l-aqwa skorer tal-klabb għal tliet snin. F'xi kotba li ġew ippubblikati riċentament, ġejt magħżul bħala l-aqwa plejer barrani li qatt kellhom. Ġejt ukoll magħżul bħala wieħed mill-persunaġġi tad-deheb li ħadmu ma' Genk fejn ġew magħżula xi kowċis, presidenti, diriġenti u xi plejers. Jien ġejt magħżul mal-aqwa 20 li hija xi ħaġa sabiħa! L-aktar ħaġa sabiħa però hija li kull darba li mmur nara xi logħba, niġi stmat qisni xi eroj, u xi erba' snin ilu meta saru jafu li sejjer nara xi logħba kienu talbuni biex nagħti l-kick off. Waqt il-logħob li kont inkun involut fihom, kien ikun hemm madwar 25,000 ruħ jgħajtu "Busi, Busi" għax hekk kienu jgħajtuli. Kien jaqbiżli d-dmugħ meta kont nisma' hekk. Dawn in-nies għadhom ma nsewnix! L-isbaħ ħaġa li esperjenzajt kemm domt nilgħab fil-Belġju hija li għamilt ħafna ħbieb fejn għadna ħbieb sal-lum! Fl-1994 irritornajt f 'Malta fejn ingħaqadt ma' Sliema Wanderers fejn magħhom irbaħt il-Kampjonat BOV Premier kif ukoll l-FA Trophy. Il-kummenti tiegħek. Iddeċidejt li niġi lura peress li konna erġajna ġejna relegati. Kont naf li ġej kowċ li kien diġà magħna. Ma tantx kelli fiduċja fih u wkoll kont qed nara lit-tifel jikber u bżajt li jekk nibqa' l-Belġju jkun diffiċli għalih minħabba l-iskola. Kienu ġew għalija Sliema Wanderers u Floriana, imma għażilt lil Sliema minħabba Martin Gregory u Mark Miller. Għall-ewwel kien diffiċli ħafna biex nerġa' nidra l-logħba Maltija. In-nies kienu wkoll jistennew ħafna mingħandi u t-tim kellu ħafna pressjoni żejda fuqu kemm millkumitat u kemm mill-partitarji. Konna ġibna xi plejers ġodda allura l-aspettattiva tal-kumitat u talpartitarji kienet kbira, imma tim ma tixtrihx iżda tibnih! Ma' Sliema Wanderers kelli staġuni tajbin ukoll fejn fl-aħħar spiċċajt bir-rebħ tal-FA Trophy u s-Super Cup. Għamilna wkoll sorpriża kbira fl-Ewropa meta konna rbaħna ġewwa Georgia. Din kienet esperjenza tal-biżà. Il-post fejn żammewna kien mimli rġiel armati bil-machine guns li ma riduniex nitilqu qabel il-President Robert Arrigo jħallas tal-lukanda li konna fiha u li kienet qisha maqjel! Imbagħad ivvjaġġajna għal xi għaxar sigħat b'xarabank bid-duħħan dieħel minn wara! Kellna wkoll esperjenzi sbieħ ġewwa Ċipru u l-Ungerija. Ma' Sliema Wanderers ukoll għamilt ħafna ħbieb fejn għadna niltaqgħu sal-lum! l-MFA wara x-xogħol tajjeb li konna qed nagħmlu ġewwa Ta' Qali. It-tim nazzjonali kien qed jilgħab offensiv, futbol bis-sens u l-uniċi affarijiet li kienu jonqsuna kienu l-fortuna u r-riżultati pożittivi! Minn jeddna konna ngħinu fit-taħriġ ta' tfal ta' taħt l-14-il sena tal-akkademja. Konna jien u John Buttigieg li introduċejna lil dawn it-tfal minn età żgħira sabiex jibdew jattendu ġewwa Ta' Qali, u aħna li għażilna kowċis biex imexxuhom. Konna tajna linji gwida ta' kif għandna nagħmlu t-taħriġ tagħna biex il-plejers jidraw ċerti sistemi, konna niktbu u npinġu b''software' t-taħriġ kollu u ġiegħlna lill-kowċis jagħmlu l-istess biex min jiġi warajna jkun jista' jara fuq xiex ħdimna. Dawn l-affarijiet issa spiċċaw - kulħadd sar jaħdem għal rasu! Wara li bejn l-2003 u l-2005 kont assistent kowċ ta' Horst Heese mat-tim nazzjonali, fl-2009 erġajt irritornajt fil-kariga ta' assistent kowċ tat-tim nazzjonali din iddarba mal-kowċ John Buttigieg fejn kellkom kuntratt ta' ħames snin iżda li wara sentejn dan il-kuntatt ġie mitmum ħesrem mill-MFA fejn imbagħad ħa t-tmexxija tat-tim nazzjonali t-Taljan Pietro Ghedin li għadu jokkupa din il-kariga sal-lum. Naf li kemm int kif ukoll Buttigieg ma tantx ilqajtu tajjeb din l-aħbar li intom kontu tneħħejtu minn kowċis nazzjonali mill-MFA. Għaliex? Kien bagħat għalija Dr Joe Mifsud u staqsieni jekk kontx lest li naħdem ma' John Buttigieg bħala assistent kowċ tat-tim nazzjonali. Aċċettajt mill-ewwel għax kont naf li John u jien naraw il-logħba tal-futbol millistess lenti. Jien persuna pożittiva u ottimist ħafna u minn dak li ġara għalkemm b'ħafna sagrifiċċji rnexxieli nerġa' niftaħ l-iskola tal-futbol li jisimha Kick Football Academy flimkien mal-istess John Buttigieg. Din nagħmluha ġewwa l-grawnds tal-futbol tal-Melita FC. Sewwa jgħidu li jingħalaq bieb u jinfetħu mija. Inżomm lil kulħadd ta' li hu imma ma nħobbx nitkellem fuq in-negattiv. Madankollu, naħseb li kulħadd jaf kif imxew magħna "Kif qatt nistgħu nikkwalifikaw għaċChampions League" Wara dan kollu, int u Buttigieg żammejtu relazzjoni mill-qrib ma' xulxin u saħansitra llum intom qed tikkowċjaw flimkien timijiet min-nursery ta' Melita. X'inhi l-esperjenza tagħkom hemmhekk? L-akbar sigriet tar-relazzjoni ta' bejnietna hija l-lealtà li hemm bejnietna. Sfortunatament hawn nies li din il-kelma ma jafux ittifsira tagħha! Jien inħoss li John huwa wieħed mill-aqwa kowċis ta' Malta, persuna tal-ġenn u persuna li tista' torbot fuqha. Barra li norganizzaw il-Kick Foot Academy, jien nikkowċja lill-U12s u lill-U17s tal-Melita. John jieħu ħsieb u jara li kollox miexi kif suppost. Ngħaddu l-esperjenza tagħna ta' kowċis lill-kowċis tal-Melita, nagħmlu seminars u sessjonijiet ta' taħriġ lill-kowċis tagħna. Hija esperjenza mill-isbaħ, ġenituri u tfal edukati ħafna,verament klabb b'atmosfera tal-ġenn! Il-President jemmen fina, diriġenti sinċiera u li taf fejn qiegħed magħhom. Madankollu, ma jfissirx li m'għandniex problemi, imma tista' taħdem b'mod trankwill u m'hemmx nies li lesti biex jagħmlulek il-ħsara minn wara u jaħbu jdejhom ! X'kienet ir-relazzjoni tiegħek mażżewġ Presidenti tal-MFA Dr George Abela u Dr Joe Mifsud? Kienet u għadha relazzjoni millaqwa ma' dawn iż-żewġ presidenti. It-tnejn għenuni ħafna biex wasalt fejn wasalt. Dr Abela kien anki l-avukat tiegħi qabel laħaq President ta' Malta. Ninsab obbligat ħafna lejh għax li kieku m'għamilx il-pass li għamel dak iż-żmien, ta' meta kont sejjer il-Belgju, kieku ma nafx x'kien isir minni. Sal-ġurnata tallum meta jkolli xi problema nara kif nikkuntattjah permezz tal-mara tiegħi li taħdem qrib tiegħu fl-Istrina fil-volontarjat jew b'mezzi oħra, u dejjem sab ħin biex itini parir. Ma' Dr Mifsud kellna relazzjoni ta' 'Love and hate'. Għaddejna minn żmien li ma konniex nitkellmu. Niftakar meta kelli kwistjoni li jien ridt nilbes żarbun ta' ditta partikolari u ġejt imneħħi minn captain tat-tim nazzjonali, iżda wara xi erba' logħbiet reġa' għajjatli fl-uffiċju u għidna dak kollu li kellna fl-istonku bejn erba' ħitan. Erġajna għamilna ħbieb u riedni nkun kowċ tat-tim nazzjonali imma ma ftehmniex fuq ħafna affarijiet. Erġajna għamilna żmien ma nitkellmux. L-aħħar waħda meta kont assistent ma' John Buttigieg, biex iffirmajt il-kuntratt biddiltulu xi tliet darbiet u niftakru jirrabja! Huwa persuna li taf fejn qiegħed miegħu anki jekk kultant kien ikun arroganti, imma peress li kont drajtu ħafna, drajt il-karattru tiegħu u ma kontx inwieġbu quddiem xi ħadd iżda meta nkunu waħedna dejjem għidtlu dak li ħassejt. Naħseb wasal iż-żmien li nerġa' niltaqa' miegħu għax hu jmiss biex iħallas ikla fniek! Tara xi differenzi fl-MFA u flamministrazzjoni tagħha minn dik ta' meta kont tilgħab int immexxijja minn Dr Abela u iktar tard minn Dr Mifsud għal dik tal-lum? Meta bdejt nilgħab jien, l-MFA ma kellha kważi xejn! Dr George Abela u t-tim tiegħu li kien jinkludi nies li kienu jaħdmu b'passjoni u mħabba kbira, bnew kwartieri mill-

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 December 2013