Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
SPORTSillum Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 33 Missjoni impossibbli għal Napoli? FIL-BIDU ta' dan l-istaġun kien hemm aspettattiva kbira għal Napoli li dawn kienu se jkunu fl-ogħla postijiet kemm tal-futbol Taljan kif ukoll tal-futbol Ewropew. Iżda għalkemm huma kellhom bidu tajjeb fl-istaġun fejn kisbu rebħiet importanti fosthom dik barra minn darhom fi Stadio San Siro kontra AC Milan bl-iskor ta' 3-2, kulma jmur dan it-tim beda jiddiżappunta hekk kif fl-aħħar ġimgħat sofra tliet telfiet konsekuttivi ferm diżappuntanti – 3-0 barra minn darhom kontra Juventus, 1-0 konta t-tim inferjuri ta' Parma ġewwa darhom fisSan Paolo fis-Serie A u 3-1 barra minn darhom kontra Borussia Dortmund fil-UEFA Champions League. B'hekk għalkemm fadal ħafna logħob għal tmiem l-istaġun jidher li Napoli diġà nqatgħu mittiġrija għar-rebħ tal-Kampjonat Taljan tas-Serie A, hekk kif jidher li Juventus diġà bdew jiġru bil-kampjonat waqt li biex jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss tal-UEFA Champions League iridu jirbħu lill-Arsenal bi skor ta' 3-0 fis-San Paolo, xi ħaġa li tidher ferm diffiċli li sseħħ meta wieħed jikkunsidra l-forma mill-aqwa li minnha għaddejjin Arsenal bħalissa fejn jinsabu fil-quċċata talKampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra. Ħafna segwaċi tal-futbol mondjali stennew li l-attakkant Arġentin Higuain kien se jkun l-aqwa akkwist ta' Napoli matul dan l-istaġun iżda minn dak li rajna sa issa m'hemmx dubju li l-iktar plejer ta' Napoli li impressjona sa issa huwa l-plejer żagħżugħ Spanjol, Callejon li ngħaqad mal-Partenopei mingħand Real Madrid, fis-sajf li għadda. M'hemmx dubju li matul dan l-istaġun Napoli qed iħossu n-nuqqas ta' plejers ta' fama u klassi mondjali bħal mhuma l-goalkeper De Sanctis li iżda ġie sostitwit minn goalkeeper tal-ogħla livell bl-isem ta' Reina, u speċjalment ta' Cavani li lkoll nafu li ngħaqad mal-ġganti Franċiżi, Paris St Germain. Ukoll Napoli tilfu s-servizz tal-kowċ Taljan Walter Mazzarri li ngħaqad mar-rivali Inter u li ġie mibdul mill-eks kowċ ta' Liverpool u Chelsea, Rafa Benitez li lkoll nafu x'kurrikulu jippossjedi speċjalment fir-rebħ ta' diversi kompetizzjonijiet Ewropej importanti fosthom il-UEFA Champions League ma' Liverpool u l-UEFA Europa League ma' Chelsea f 'Mejju li għadda. Biex ikollna stampa aħjar ta' Napoli matul dan l-istaġun, dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-PRO ta' Napoli Club Malta, Adrian Dalli fejn huwa saħaq li: "L-istaġun 2013-2014 għattim ta' Napoli beda b'punt interroggativ – kif kienu se jirreaġixxu għat-tluq ta' żewġ pedini importanti bħal ma kienu l-kowċ Walter Mazzarri u l-istriker prolifiku Edison Cavani. Nemmen li l-istrateġija ta' Napoli hija waħda tixxiebah għal dik tal-Inter meta dawn tal-aħħar tilfu lil Zlatan Ibrahimovic, jiġifieri tbiegħ plejer għal somma konsiderevoli u ta' dan il-pleyer iġġib xi erba' jew ħames plejers li bihom tista' tagħti l-qabża ta' kwalità fit-tim. Fil-fatt Napoli barra l-kowċ Benitez akkwistaw plejers ta' esperjenza internazzjonali bħalma huma l-goalkeeper Reina (mingħand Liverpool), id-difensur Albiol (mingħand Real Madrid), il-plejers ta' nofs il-grawnd Callejon u Mertens (mingħand Real Madrid u PSV Eindhoven rispettivament) u fl-aħħar u mhux l-inqas lil Higuain (mingħand Real Madrid). Wieħed ma jridx jinsa wkoll lill-goalkeeper Brażiljan Rafael li mistenni jkun hu l-goalkeeper tal-futur tat-tim ta' Napoli. Nemmen li l-bilanċ ta' dan ilbidu tal-istaġun huwa pożittiv anki minħabba n-numru ta' rebħiet li kien hemm kemm filKampjonat Taljan tas-Serie A kif ukoll fil-UEFA Champions League. Nemmen li Benitez daħħal mentalità li hija xi ftit differenti milli kienet dik ta' Mazzarri. Dan il-kowċ Spanjol daħħal ċerta mentalità li turi li t-tim Naplitan huwa mistenni li jibda l-favorit f 'kull logħba u naħseb li l-kalma tiegħu tirrifletti b'mod pożittiv fuq il-plejers. Mingħajr ma nneħħi xejn mill-mertu ta' Mazzarri, naħseb li Benitez għandu dik ix-xi ħaġa aħjar f 'dik li tidħol esperjenza u għarfien tatteknika tal-logħba. Fl-opinjoni tiegħi, il-plejer li spikka l-aktar s'issa huwa Callejon. Fis-sajf kienu ħafna dawk li kienu xettiċi minn dan il-plejer però llum il-ġurnata qed juri li huwa plejer fin kif Monaco jitfgħu ħarsithom fuq Bonucci MONACO jinsabu ħerqana li jsaħħu d-difiża tagħhom u għalhekk jinsabu interessati bis-sħiħ fid-difensur ċentrali ta' Juventus u tat-tim nazzjonali Taljan, Leonardo Bonucci bħala wieħed millakkwisti possibbli tagħhom matul is-sajf li ġej. Bonucci attira l-interess tal-ġganti Franċiżi wara l-wirjiet tajbin li qed ikollu ma' Juventus matul dan l-istaġun. 'Les Rouge et Blanc' kif inhuma iktar magħrufin Monaco qed jagħmlu minn kollox biex ma jħallux lil Paris SaintGermain jiddominaw il-futbol Franċiż u mhux biss, hekk kif ilkoll nafu, dawn jipposjedu stilel kbar fosthom Ibrahimovic, Cavani, Lavezzi u Thiago Silva. Biex jagħmlu dan, Monaco diġà akkwistaw plejers ta' fama u klassi mondjali bħal mhuma Radamel Falcao, James Rodriguez u Joao Moutinho. Il-futur ta' Bonucci huwa ma' Monaco? Monaco identifikaw lid-difiża tagħhom bħala dak iddipartiment li jeħtieġ l-iktar li jkun imsaħħaħ, għalkemm sa issa kkonċedew biss 11-il gowl f '14-il logħba. It-tim Franċiż qed jikkunsidra lillplejer ta' 26 sena bħala plejer li jista' jgħinhom bis-sħiħ biex jimxu għal-livell li jmiss u fil-fatt huma bagħtu scout biex isegwi iktar mill-qrib lil dan il-plejer fl-aħħar logħba li fiha kienu involuti Juventus fil-UEFA Champions League propju kontra Copenhagen tad-Danimarka, liema logħba l-Bianconeri rebħuha bl-iskor komdu ta' 3-1. Monaco għadhom m'għamlux talba uffiċjali għal dan il-plejer, iżda kollox jindika li se jkomplu jsegwu l-passi tiegħu għallkumplament tal-istaġun qabel eventwalment jagħmlu offerta uffiċjali matul is-sajf li ġej. Bonucci ngħaqad ma' Juventus mingħand Bari fis-sajf tal-2010 u minn dak iż-żmien 'l hawn żviluppa bħala plejer indispensabbli ta' Juventus, fejn sa issa lagħab iktar minn 100 logħba uffiċjali mal-Bianconeri. Il-kuntratt tad-difensur internazzjonali Taljan maċchampions Taljani jintemm f 'Ġunju tal-2017. L-affarijiet jidhru diffiċli għal Napoli kemm li javvanzaw għall-fażi li jmiss talUEFA Champions League kif ukoll li jirbħu l-Kampjonat Taljan Serie A TIM ukoll qed isib ix-xibka b'mod regolari. Wieħed ma jridx jinsa li anki kowċ bħal Josè Mourinho kellu fiduċja f 'dan il-plejer. Ovvjament wieħed isemmi wkoll lil Higuain u lil Reina li kienu determinanti f 'ċertu logħbiet. Tajjeb ukoll li jingħata kreditu lill-'vecchia guardia' bħalma huma Hamsik u Behrami fejn nemmen ukoll li huma plejers ta' ċerta statura. Ovvjament mhux kollox kien pożittiv. It-telfiet ma' Arsenal, Roma u Juventus barra mis San Paolo wrew li t-tim ta' Napoli jonqsu dak il-ħażen u dak it-talent biex ikun tim hekk imsejjaħ elite. Fiduċjuż li l-president kontroversjali imma ta' suċċess De Laurentis se jkompli jsaħħaħ u jtejjeb l-iskwadra b'kull rispett lejn il-fair play finanzjarju. Fl-aħħar u mhux lanqas nemmen li l-partitarji ta' Napoli għandhom dik il- passjoni li l-ebda appooġġ fl-Italja m'għandu. Kumment li laqatni ta' Benitez kien li t-tim ta' Napoli jfisser għall-partitarji, qawmien soċjali li jħallihom fiduċjużi li jistgħu jisfidaw lit-timijiet ta' Milan u ta' Turin," temm jgħid Adrian Dalli. Is-Sur Dalli xtaq iħeġġeġ aktar partitarji ta' Napoli ġewwa pajjiżna biex jingħaqdu finNapoli Supporters Club Malta. Fl-aħħar il-partitarji ta' Napoli f 'pajjiżna rnexxielhom iwettqu l-ħolma tagħhom li jkollhom il-post tagħhom ġewwa 4, Triq il-Fortizza, Mosta. Però dan ilpass sewa spejjeż kbar lill-klabb u għalhekk huwa importanti li l-partitarji Naplitani Maltin jattendu bi ħġarhom u jħallsu dik ix-xi ħaġa żgħira bħala tessera biex jgħinu lil dan il-klabb. Min hu interessat li jagħmel dan, jista' jikkuntajta lis-Sur Mark Haber fuq innumru 79016573. Sport Press Malta tonora lil Theresa Brousson Camilleri FTIT tal-jiem ilu, fillukanda San Antonio Spa saret il-preżentazzjoni talMarindex Atleta tax-Xahar, imnedija minn Sport Press Malta. Rebħet dan l-unur ilplejer tad-dixxiplina Squash, Theresa Brousson Camilleri. Theresa kienet champion ta' Malta għal 23 darba, u hija plejer u kowċ tal-isquash 'full time'. Fl-Italja kienet tilgħab ukoll mat-tim nazzjonali Taljan, u kienet in-numru wieħed. B'kollox rebħet 27 turnament internazzjonali u kellha ranking dinji ta' 67. Lura Malta, rebħet 10 darbiet il-midalja tad-deheb fil-European Small Nations Squash Tournament, u żewġ midalji tad-deheb oħra filLogħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Preżentament, hija champjon Ewropea tan-nisa 'l fuq minn 50 sena. Hija għadha tilgħab fittim ta' Catania, fil-kampjonat Serie A Taljan tal-isquash. Is-sena d-dieħla hija sejra tieħu sehem, mat-tim nazzjonali Malti, fil-Kampjonat Ewropew tat-Tieni Diviżjoni, fl-Italja, u fil-Kampjonat 'World Masters Squash', ġewwa Hong Kong. Il-preżentazzjoni tmexxiet mill-President ta' Sport Press Malta, Mario Meli, u saret mill-membru tal-Eżekuttiv, Mirana Agius Silvio. Preżenti wkoll kien hemm is-Segretarju Ġenerali, Daniel Buhagiar, u t-teżorier, Willie Vassallo. Theresa Brousson Camilleri ppreżentata bl-unur tal-Marindex Atleta tax-Xahar minn Sport Press Malta