Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
SPORTSillum 32 illum Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 Daniel Tanti fidDanimarka DANIEL Tanti, ivvutat bħala l-aqwa plejer fil-handball lokali mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball, l-MHA għal dawn l-aħħar tliet snin (xi ħaġa ferm diffiċli u rimota li tiġri) u li jiġi ħu l-captain ta' Luxol Joseph Tanti kif ukoll Michael Tanti li jilgħab ukoll ma' Luxol. Ftit tax-xhur ilu Daniel Tanti beda avventura ġdida f 'ħajtu 'il bogħod minn xtutna fil-pajjiż Nordiku tad-Danimarka eżattament f 'Aarhus. ILLUM għamlet kuntatt ma' Daniel Tanti nnifsu ġewwa d-Danimarka fejn talbitu jagħtina iktar dettalji rigward din l-esperjenza unika filkarriera tiegħu kif ukoll kif qed iħares lejn il-futur tiegħu fil-handball f 'dan il-pajjiż. Tanti li jilgħab fil-pożizzjoni ta' goalkeeper qal li "Wara ħafna snin ta' tentattivi biex ikolli esperjenza barra minn Malta, dis-sena ġietni l-opportunità li nitla' d-Danimarka biex inkun nista' nkompli ntejjeb il-livell tiegħi fil-logħba tal-handball. Dan huwa l-għaxar staġun li jien se nkun qiegħed nipprattika dan l-isport fejn wara li lgħabt għal xi żmien mal-kategoriji taż-żgħar kif ukoll tal-kbar f 'timijiet lokali, ħames snin ilu ngħaqadt mal-Luxol Handball Club. F'dawn l-aħħar tliet staġuni rbaħt l-unur tal-aħjar plejer tas-sena talkampjonat lokali u għalhekk ħassejt li kien wasal iż-żmien li biex inkompli nitjieb kelli nagħmel esperjenza ġdida f 'ħajti. Kont sirt naf li ħarġu xi applikazzjonijiet għal scholarships fuq l-isports u wara li applikajt għal dawn l-ischolarships u saruli xi interviews. Jien ġejt magħżul bħala wieħed minn 14il parteċipant għal dawn l-ischolarships. Jien iddeċidejt li nsegwi l-iSports High Folk School ġewwa Aarhus magħrufa aħjar bħala IHA. Dan kien possibbli għax ħija Joseph Tanti li jilgħab ilhandball ukoll ma' Luxol kien diġà mar hemm għaxar snin ilu u minn kif kien jitkellem dwar l-iskola, stajt ninduna kemm din hi skola serja fejn titgħallem mhux biss kif tkun professjonali fl-isport tiegħek imma anki kif tkun atleta komplet f 'dik li hija nutrizzjoni, kultura sportiva u stil ta' ħajja. Għalhekk, wara li ġejt magħżul kelli nippakkja l-bagalji u għaxart ijiem wara kelli nasal id-Danimarka. L-ambjent hawnhekk ma kienx faċli u kelli nagħmel sagrifiċċji fosthom li nkun bogħod mit-tfajla u l-familja. It-temp għalkemm mhux daqshekk krudili għad-Daniżi huwa pjuttost kiesaħ u dan ma kienx ta' għajnuna fl-ewwel jiem tiegħi. L-għajnuna li sibt mingħand l-għalliema u l-istaff kollu tal-iskola kienet waħda kbira. Daqstant ieħor kienet important għalija l-għajnuna mingħand l-istudenti l-oħra li ġew f 'din l-iskola. Din hija skola internazzjonali fejn din is-sena hawn nies mill-Kanada, Ingilterra, Danimarka, Ġappun, Kamerun, Indja u bosta pajjiżi oħra. Din tkompli ssaħħaħ it-tagħlim tagħna għax apparti li nitgħallmu mingħand ilkowċis tagħna, nitgħallmu wkoll minn xulxin. Jien qiegħed insegwi l-akkademja tal-handball fi ħdan l-iskola fejn ikolli minn Daniel Tanti jibda avventura ġdida fil-handball f'Aarhus fid-Danimarka erba' sa ħames sessjonijiet ta' taħriġ fil-ġimgħa. Apparti minn hekk qed ikolli wkoll minn tnejn sa tliet sessjonijiet fil-ġimgħa fil-gym. Apparti mit-taħriġ personali tiegħi hawnhekk qed insegwi wkoll kors tad-Daniż u kors talkowċing kemm għall-handball kif ukoll fuq is-sistema Daniża ta' kif tikkowċja tim. Irriżorsi ġewwa l-iskola huma mmensi u għandek ħafna possibbilitajiet ta' affarijiet x'tagħmel bħal pereżempju tmur tgħum fil-pixxina, tmur iċ-ċinema, tilgħab il-billiard, tipprattika l-arti jew il-mużika kif ukoll il-possibbiltà li ssegwi logħob tal-ogħla diviżjoni talhandball, futbol u basketball għax fl-iskola fejn qiegħed jeżistu diversi sports differenti. Bħalissa wkoll qiegħed bi prova ma' klabb lokali li jilgħab fit-tieni diviżjoni. Il-mira tiegħi hi li ningħaqad ma' dan il-klabb biex ikolli logħob kompettitiv kif ukoll ikolli ċans nuri l-abbiltajiet tiegħi biex jekk inkun kapaċi nisfrutta l-opportunitajiet, nipprova niġġieled għaddiviżjonijiet iktar għolja. Biex dan il-pjan iseħħ trid ħafna paċenzja, ħin u umiltà biex tkompli titgħallem! L-awgurju tiegħi hu li ħafna atleti jitħajru jippruvaw jagħmlu esperjenza bħal din barra minn xtutna. F'Malta għandna talenti validi ħafna u għalkemm hija diffiċli li tħalli lill-maħbubin tiegħek warajk, jiena żgur li fl-aħħar mill-aħħar se ssib l-appoġġ tagħhom għax huma n-nies li l-iktar jixtiqulek ġid f 'ħajtek. Jiena ninsab ċert li din l-esperjenza se tkun utli ħafna għalija u nixtieq nirringrazzja lil kull persuna li tagħtini l-appoġġ tagħha!" "Balotelli għadu ma fehemx xi tfisser li tilbes il-flokk ta' AC Milan" – Zvonimir Boban Balotelli għadu ma fehemx l-importanza li wieħed jilgħab ma' AC Milan Il-leġġenda ħajja Kroata u eks plejer ta' AC Milan u tat-tim nazzjonali Kroat, Zvonimir Boban, stqarr li li kieku Balotelli kien jilgħab fi żmienu ma' plejers kbar bħal Van Basten, Weah u Shevchenko huwa kien ikollu l-kariga li jġorr il-basktijiet tagħhom! Boban iħoss li Balotelli huwa kkwotat iktar milli fil-fatt kapaċi jilgħab fil-grawnd waqt li jemmen bis-sħiħ li l-plejer internazzjonali Taljan u ferm u ferm kontroversjali kien isibha diffiċli biex isib postu li kieku kien jilgħab fi żmien Boban ma'AC Milan. Il-plejer ta' 23 sena għadu ma sabx il-forma ideali tiegħu matul dan l-istaġun u għad irridu narawh joħroġ l-aħjar tiegħu wara l-bidu eċċellenti li kellu ma' AC Milan flewwel nofs ta' din is-sena li waslet biex tintemm wara li kien ingħaqad mal-ġganti Taljani mingħand Manchester City. Dan għalkemm flaħħar żewġ logħbiet li fihom kienu impenjati AC Milan kontra Celtic u Catania rispettivament, Balotelli rnexxielu jsib ix-xibka darbtejn. Boban jemmen li Balotelli m'għamilx biżżejjed għal AC Milan biex ikun jistħoqqlu t-tifħir kollu li jingħatalu hekk kif f 'kummenti li għadda lillistazzjon televiżiv Taljan 'Sky Sport Italia,' huwa stqarr li jsir ħafna paroli żejjed dwar Balotelli u dak kollu li rnexxielu jikseb sa issa fil-karriera tiegħu ta' futboler huwa dak li qagħad bil-qiegħda fuq il-pankina ma' klabbs oħra bħalma kienu Inter fl-Italja u Manchester City fl-Ingilterra. Boban kompla li Balotelli għadu ma fehemx xi tfisser li tilbes ilflokk prestiġjuż ta' AC Milan waqt li afferma li dawn ilġganti Taljani dejjem se jkunu ikbar minn Balotelli. Boban li lagħab iktar minn 250 logħba mar-Rossoneri bejn l-1991 u l-2002 u li ma' dan it-tim rebaħ dak kollu li għandu x'joffri l-futbol mondjali, ikkritika bis-sħiħ l-attitudni negattiva ta' dan l-attakkant waqt li saħaq li l-istess plejer għad fadallu ħafna x'jitgħallem kemm fillogħba tal-futbol kif ukoll filħajja in ġenerali. Boban stqarr li l-attitudni fqira tiegħu hija prova oħra li huwa għadu ma fehemx il-valur li tilgħab ma' AC Milan. Huwa kompla billi qal li kieku kien jilgħab fi żmienu ma' AC Milan, plejers ta' klassi kbira u karattru sod bħal Desailly, Maldini u Baresi kienu jtuh daqqa ta' ħarta f 'wiċċu li kieku Balotelli kien imur tard għat-taħriġ kif huwa rrappurtat li qed jagħmel Balotelli dan l-aħħar fil-kwartieri fejn jitħarrġu AC Milan f 'Milanello. Boban ikkonkluda li Balotelli għandu jħares lejn Kakà u jitgħallem bis-sħiħ minnu hekk kif dan il-plejer ta' fama u klassi mondjali rebaħ unuri ferm prestiġjużi fil-karriera tiegħu bħal m'huma l-UEFA Champions League ma' AC Milan, it-Tazza tad-Dinja mat-tim nazzjonali Brażiljan kif ukoll l-unur personali tal-Ballun tad-Deheb, iżda madankollu huwa xorta jibqa' jiġri u jissielet għall-ballun daqs li kieku kien għadu tfajjel! Sa issa Balotelli skorja erba' gowls fil-Kampjonat Taljan tas-Serie A ma' AC Milan f 'disa' logħbiet, blaħħar wieħed ikun dak fir-rebħa ta' 3-1 li AC Milan kisbu barra minn darhom fil-Massimino kontra t-tim Sqalli ta' Catania, propju nhar il-Ħadd li għadda.