Illum previous editions

illum 8 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 31 "Nemmen li għandna l-aqwa tim fid-dinja" – Massimo Cremona MASSIMO Cremona, rebbieħ tal-unur ferm prestiġjuż tal-iSport Malta Award f 'Jannar tal-2011, rebaħ it-tieni Champions League tat-table football fil-karriera tiegħu riservata għall-klabbs Ewropej li saret f 'Napli, l-Italja. Cremona għen lit-tim tiegħu, F.illi Bari Reggio Emilia għal suċċess ieħor mill-aqwa li kien it-tielet titlu fl-istorja tagħhom. Fil-finali, F.illi Bari Reggio Emilia għelbu lil Pisa bl-iskor ta' 7-6 permezz tal-golden goal wara li sal-ħin regolamentari kienu temmew il-konfront fi draw ta' 1-1, biex b'hekk kisbu dan it-titlu Ewropew ferm prestiġjuż. Dan kien l-10 staġun ta' Massimo Cremona jilgħab fil-Kampjonat tas-Serie A tat-table football fl-Italja. Bejn l-2004 u l-2006 beda l-karriera mill-aqwa tiegħu ma' F.illi Bari Reggio Emilia fejn dam sentejn, bejn l-2006 u l-2008 lagħab ma' Perugia u fl-2008, reġa' ngħaqad ma' F.illi Bari Reggio Emilia fejn għadu jilgħab sal-lum il-ġurnata. Sittax-il tim b'saħħtu kkompetew f 'din iċChampions League u 12 fl-Europa League li kienet iddeterminata b'format partikolari. Fl-istadju talgruppi, F.lli Bari Reggio Emilia rebħu t-tliet logħbiet li kienu involuti fihom faċilment bl-iskor konvinċenti ta' 4-0 kontra t-timijiet Belġjani ta' SC Charleroi, SC Srembert u t-tim Awstrijak, TFC Wiener Neustadt. Però wara dan l-istadju tal-gruppi, millkwarti-finali 'l quddiem l-istorja saret iktar diffiċli għall-istess tim Taljan li miegħu jilgħab Cremona hekk kif kienet biss id-differenza tal-gowls li ppermettiet lil F.illi Bari Reggio Emilia biex ikomplu javvanzaw iktar f 'din il-kompetizzjoni ferm prestiġjuża tat-table football Massimo Cremona - rebbieħ tat-tieni Champions League fil-karriera tiegħu ma' F.illi Bari Reggio Emilia meta għelbu lit-tim Ingliż, Bristol bl-iskor ta' 7-6 biddifferenza tal-gowls wara draw ta' 1-1 sal-ħin regolamentari. Fis-semi-finali kontra t-tim li kien qed jospita dan ittournament, Eagles Napoli, irbaħna bl-iskor ta' 6-5 biddifferenza tal-gowls wara li konna temmejna l-konfront fi draw ta' 1-1. Il-finali kontra Pisa kienet logħba ferm bilanċjata u kien il-Golden Goal skorjat millplejer Spanjol, Flores li fl-aħħar mill-aħħar iddetermina kollox biex F.illi Bari Reggio Emilia ġew inkurunati Champions Ewropej tat-table football għat-tielet darba fl-istorja tagħhom. Barra mill-plejer Malti, Massimo Cremona, it-tim Taljan kien kompost ukoll minn Saverio Bari bħala captain, Marco Lamberti, Emanuele Licheri u Carlos Flores. Il-kompetizzjoni li jmiss li fiha se jkun involut ittim li jilgħab miegħu, Massimo Cremona fl-Italja, F.illi Bari Reggio Emilia se tkun il-Coppa Italia fi tmiem din il-gimgħa, bejn is-16 u s-17 ta' Novembru. ILLUM tkellmet ma' Massimo Cremona li kien jinsab għal ftit jiem f 'Malta wara li rebaħ din iċ-Champions League fejn talbitu jtina iktar dettalji fuq it-tim li miegħu jilgħab flItalja, F.illi Bari Reggio Emilia, kif ukoll talbitu jfissrilna x'fisser ir-rebħ ta' din it-tieni Champions League fil-karriera tiegħu u t-tielet waħda flistorja ta' F.illi Bari Reggio Emilia u kif qed iħares lejn il-futur tiegħu fit-table football barra minn xtutna fl-Italja. Huwa saħaq li: "Hija dejjem xi ħaġa sabiħa li tkun fuq in-naħa rebbieħa. Il- kompetizzjoni kienet ferm bilanċjata mill-kwarti-finali 'l quddiem, hekk kif urew ir-riżultati fejn kien permezz ta' differenza ta' gowls aħjar u l-golden goal li ksibna dan l-unur prestiġjuż. Dan huwa s-sitt staġun konsekuttiv tiegħi ma' F.illi Bari Reggio Emilia li huwa t-tim li jirrappreżenta l-familja tal-isport tiegħi, fejn flimkien irbaħna kull unur maġġuri kemm fixxena internazzjonali kif ukoll f 'dik Taljana. Ma nistax ma nsemmix lill-captain tat-tim Saverio Bari preżentament Viċi-Champion Mondjali u Champion tal-Italja, li dejjem jagħmel minn kollox biex iżomm lill-plejers kollha kuntenti u dan jirrifletti firriżultati miksuba. Hija diffiċli għal kull min jilgħab kontrih. Insemmi wkoll lill-plejer Spanjol, Carlos Flores li huwa l-aqwa plejer individwali li kwazi dejjem jirbaħ waqt li jtik garanzija totali. Kemmil darba jibda bħala riserva, jidħol fit-tieni taqsima fejn it-tim ikollu bżonn u jdawwar ir-riżultat. Kien hu li skorja l-Golden Goal deċisiv fil-finali taċ-Champions League. Ma nistax ninsa wkoll lil Marco Lamberti, plejer b'esperjenza vasta, tattikament tajjeb, u bla dubju l-inqas plejer ikkwotat fit-tim però mhux faċli jiġi megħlub, kif ukoll lill-plejer Emanuel Licheri, akkwist ġdid fit-tim tagħna, plejer validissimu li kompla jsaħħaħ lit-tim. Fit-tim hemm ukoll Luca Cappellaci li kien indispost. Din kienet ir-raba' finali tiegħi fiċ-Champions League fejn kont tlift l-ewwel żewġ finali ma' F.illi Bari Reggio Emilia fl-2005 u ma' Perugia fl-2006 però issa rbaħt iż-żewġ finali konsekuttivi. Bla dubju l-Italja hija d-Dinja tat-Table Football, fejn il-kompetizzjoni hija kbira u dejjem trid turi l-aħjar tiegħek biex tibqa' tilgħab fit-tim! Il-livell huwa għoli ħafna u fiċ-Champions League, l-aħħar erba' timijiet kienu kollha Taljani: F.illi Bari Reggio Emilia, Pisa, Fiamme Azzure u Napoli. Dan l-unur li rbaħt ifisser ħafna għalija personali għax reġa' tani motivazzjoni ġdida fil-karriera tiegħi fit-table football. Min-naħa l-oħra, għall-klabb li miegħu nilgħab huwa unur mistħoqq. Nemmem li għandna l-aqwa tim fid-dinja," temm jgħid Massimo Cremona. L-Unuri kollha li Massimo Cremona rebaħ ma' F.illi Bari Reggio Emilia 2 Tazzi taċ-Champions 2013 f'Napoli, l-Italja 2010 f'Mattersburg fl-Awstrija 3 Kampjonati Taljani 2012 Chianciano Terme 2011 Chianciano Terme 2009 Ascoli-Roma 2 COPPA ITALIA 2011 fi Chianciano Terme 2008 fi Chiancano Terme (kien ma' Perugia) 1 SUPERCOPPA Taljana 2011 f'Rimini 8 MAJOR TOURNAMENTS 2009 f'Amsterdam, l-Olanda 2006-2010-2011-2012 f'Bologna, l-Italja 2008-2009-2011f'Mons fil-Belġju IFBB Malta preżenti għas-67 edizzjoni tal-Kampjonati Mondjali tal-Bodybuilding tal-irġiel fil-Marokk IKTAR kmieni matul dan ix-xahar, IFBB-Malta kienet preżenti għas-67 edizzjoni tal-Kampjonati Mondjali tal-Bodybuilding tal-irġiel organizzati mill-IFBB f'Marrakech fil-Marokk. Il-President ta' IFBB Malta, Ralph Decelis u s-Segretarja tal-istess Federazzjoni lokali, Blanche Coppola kellhom laqgħat mal-President Internazzjonali Dr Rafael Santonja fejn huma ddiskutew il-possibbiltà li tiġi organizzata kompetizzjoni internazzjonali tal-bodybuilding tal-ogħla livell f'Malta matul is-sena d-dieħla. Huma attendew ukoll il-Kungress Mondjali talBodybuilding fejn kien hemm 60 pajjiż preżenti. Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Bodybuilding u l-Fitness, l-IFBB, li hija l-organu governattiv tal-isports talbodybuilding u l-fitness ġiet imwaqqfa mill-aħwa Joe u Ben Weider fl-1946 f'Montreal fil-Kanada u l-President attwali tagħha huwa Dr Rafael Santonja. Il-kwartieri ġenerali tal-IFBB jinsabu fil-belt kapitali ta' Spanja, Madrid. L-IFBB torganizza iktar minn 1,400 avveniment relatati mal-bodybuilding u l-fitness matul is-sena. L-avvenimenti prinċipali li torganizza l-IFBB huma l-Kampjonat Mondjali tal-irġiel tal-Bodybuilding kif ukoll il-Kungress Mondjali, il-Kampjonati Mondjali tal-Fitness, il-World Classic Bodybuilding Championship, il-World Junior and Master Championships, l-Arnold Classic Weekends u l-Mr Olympia Amateur. IFBB huwa wkoll membru ta' SportAccord li hija l-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Federazzjonijiet Internazzjonali tal-Isport, L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Logħbiet Mondjali, ilUNESCO, l-ICSSPE (Kunsill Internazzjonali tax-Xjenza tal-iSport u l-Edukazzjoni Fiżika) fost ħafna iktar organi internazzjonali tal-isport prestiġjużi. Hija rikonoxxuta bħala l-unika Federazzjoni Internazzjonali tal-iSport għall-isport tal-bodybuilding u l-fitness b'rabta totali mal-kodiċi tal-World Anti-Doping Agency (WADA). Blanche Coppola u Ralph Decelis fil-Marokk

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 December 2013