Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
SPORTSillum 30 illum Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 Is-sena 2013 – is-sena ta' Billy Corito MA jeżisti l-ebda dubju li fost l-iktar atleti li kisbu suċċess matul din is-sena, insibu lill-boxer Malti Billy Corito li stabilixxa lilu nnifsu fil-quċċata tal-boxing f'Malta u anki fl-Ewropa fil-kategorija tiegħu jiġifieri dik tal-heavyweight. Fit-30 ta' Novembru Billy Corito daħal fl-istorja tal-isport lokali inkluż dak tal-boxing meta sar l-ewwel boxer Malti li rċieva l-iSpecial Award fl-MOC Awards organizzati millKumitat Olimpiku Malti. Dan kien ta' unur kbir kemm għal Billy Corito personali kif ukoll għall-boxing Malti in ġenerali hekk kif qatt qabel boxer Malti ma kien ġie rikonoxxut f'dawn l-unuri ferm prestiġjużi filkalendarju tal-isport lokali. F'dan l-artiklu se nagħtu ħarsa lejn x'fissret is-sena 2013 għal Billy Corito u dak li għadda minnu l-istess Corito xahar b'xahar, ħlief għal Frar, Marzu, Ġunju u Awwissu li fihom Corito ma kienx fl-azzjoni. Jannar Billy ġie nominat għallunur tal-iSportiv tas-Sena 2012 li kienet xi ħaġa storika għal pajjiżna minħabba li qatt qabel ebda boxer Malti ma ġie nominat għal din ilkompetizzjoni. Huwa spiċċa fit-tielet post minn 10 atleti iżda kien hemm biss punt bejnu u bejn l-atleta li spiċċa fit-tieni post. Huwa kien onorat li spiċċa fit-tielet post għall-fatt li kien nominat għal dan l-unur għallewwel darba fil-karriera tiegħu u dan barra li kien suċċess kbir għalih, kien ukoll ta' unur kbir għall-boxers Maltin kollha. F'kummenti li għadda lil dan ilġurnal, Corito xtaq jirringrazzja lil Charles Camenzuli għal din l-opportunità. Billy kien involut f 'logħba boxing tard matul dan ix-xahar kontra Harry Duivan Jr mill-Olanda fejn huwa rebaħ permezz ta' T.K.O. fis-6 rawnd. April Matul dan ix-xahar huwa kien jinsab fil-5 post fir-rankings tal-heavyweight tal-EBF u talab biex jingħata permess biex jikkompeti għall-post numru 1 fil-Federazzjioni Ewropea tal-Boxing, l-EBF li hija bbażata fl-Ingilterra u li hija l-aqwa Federazzjoni semi-pro tal-boxing f 'dan il-pajjiż. Sar ilkuntatt ma' James Ward li huwa s-Segretarju tal-EBF u l-persuna inkarigata li jorganizza l-logħbiet tal-EBF biex jieħu ħsieb jorganizza din il-ġlieda ferm importanti fil-karriera ta' Corito. Kollox mexa ħarir u għalhekk matul dan ix-xahar Billy ġġieled kontra Micky Cotcher li kien magħruf bħala KO boxer ieħor mill-aqwa fejn fil-karriera tiegħu kien rebaħ Għal Corito s-sena 2014 mistennija tkun aqwa minn ta' qabilha xejn inqas minn 35 ġlieda, 30 minnhom permezz ta' KO. Billy tħarreġ b'saħħtu kollha għal din il-ġlieda u rebaħ permezz ta' knockout fl-ewwel rawnd biex b'hekk sar iċ-champion numru 1 tal-heavyweight tal-EBF. Mejju Matul dan ix-xahar il-mara ta' Billy Corito, Lianne ikkuntattjat lill-mara tal-kowċ personali ta' Corito, Shea Neary, li huwa wkoll champion mondjali tal-boxing u ddefenda t-titlu tiegħu xejn inqas minn ħames darbiet. Huwa l-istess persuna li ħa sehen fil-film ferm popolari 'Shamrock Express'. Huwa aċċetta li jħarreġ lil Corito għalkemm huwa kien temm il-karriera tiegħu ta' kowċ u kien qed jikkowċja biss littifel tiegħu Jay, magħruf bħala Kid Shamrock, li huwa boxer professjonali. Għalhekk Corito mar Liverpool fl-Ingilterra fejn tħarreġ taħt Neary flimkien mat-tifel ta' Shea, Jay f 'bibien magħluqa fil-'Proplex Gym' f 'Garston f 'Liverpool. Matul dan l-istess xahar, Billy applika għal-liċenzja professjonali talboxing. Lulju Matul dan ix-xahar, il-kowċ personali ta' Corito wasal Malta biex ikun mal-boxer professjonali Malti għall-ewwel ġlieda professjonali tiegħu. Din irriżultat bħala ġlieda kemxejn stramba minħabba l-fatt li sa mill-bidu, il-boxer mir-Repubblika Ċeka, Markus Ripcic kien qed juri logħob skorrett waqt li huwa kien jiżen biss 90.1 kilogramma u Billy kien jiżen xejn inqas minn 120 kilogramma. Dan il-boxer Ċek lanqas biss kien 'boxer heavyweight' iżda Billy ma riedx jikkanċella din il-ġlieda, u dan minħabba l-partitarji numerużi tiegħu. Fl-ewwel żewġ rawnds ta' din il-ġlieda, Ripcic ipprova jweġġa' lil Corito. Iżda ta' boxer bravu li hu, Billy Corito rnexxielu jkollu ġlieda mill-aqwa u rebaħlu permezz ta' żewġ KO's fit-tielet rawnd. Beda r-raba' rawnd iżda Ripcic ma riedx joħroġ fir-ring għalhekk din il-ġlieda ntemmet hawn. Din kienet l-ewwel rebħa għal 'Team Shamrock' u għal Billy Corito bħala boxer professjonali. F'dan ix-xahar ukoll rebaħ l-unur tal-'Marindex Atleta tax-Xahar' għal-Lulju mill-għaqda talġurnalisti lokali 'Sport Press Malta'. Settembru Matul dan ix-xahar, Eva Rolel mill-Kunsill Malti tal-Boxing (MBC), organizzat avveniment tal-boxing f 'pajjiżna u talbet lil Corito jekk kienx interessat li jieħu sehem fi ġlieda sebat ijiem biss qabel fil-fatt din ilġlieda kellha ssir. Billy aċċetta u ġġieled ma' boxer Ġermaniż u rebaħ permezz ta' Total Knock Out fit-tieni rawnd. Ottubru F'dan ix-xahar, Billy Corito ħa sehem f 'kamp ta' taħriġ ta' ġimagħtejn mal-kowċ personali tiegħu Shea fejn dan introduċieh għall-kowċ tiegħu li kien ilu jikkowċjah minn meta kellu 17-il sena – George Scholfield. George kkowċja lil Shea sa minn meta irtira mill-armata biex jibda jieħu sehem fl-isport talboxing u kkowċjah sakemm sar champion tad-dinja fejn ikkowċjah biex iddefenda dan it-titlu ferm prestiġjuż fid-dinja tal-boxing għal ħames darbiet sakemm tilef ma' Nicky Ward li ħa sehem fil-popolari, 'The Fighter', bil-punti. Hawnhekk Billy xtaq jirringrazzja lillMedasia u The Notebook talli għamlu dan il-kamp ta' taħriġ possibbli għalih. Novembru Matul dan ix-xahar, Billy Corito ħa sehem fit-tielet ġlieda professjonali tiegħu li kienet ma' boxer Awstrijak li kien ħa sehem f '85 ġlieda amatorjali qabel u f 'erba' ġlidiet professjonali. Fl-ewwel rawnd ta' din il-ġlieda, Billy iġġieled bi stil ferm differenti mill-ġlidiet li kien ħa sehem fihom qabel, u dan grazzi għat-taħriġ u l-għarfien li kien irċieva minn kowċis esperti tal-boxing. F'din il-ġlieda Billy kien tassew veloċi fil-movimenti tiegħu, u fil-fatt din il-ġlieda damet biss 122 sekonda fejn għal darb'oħra Corito rebaħ permezz ta' Knockout. Wara din il-ġlieda, George Scholfield li huwa espert tal-boxing kien tassew impressjonat u qal lil Corito li huwa tant kien iġġieled tajjeb li fir-realtà kien wera li l-avversarju tiegħu ma kienx ta' klassi. F'kummenti li għadda wara din il-ġlieda, George Scholfield saħaq li kien impressjonat bil-mod effikaċi li bih jitħarreġ Billy kif ukoll bilveloċità ta' jdejh meta wieħed jikkunsidra li Corito huwa raġel ta' statura kbira. Scholfield saħaq li kien dar id-dinja biex isegwi ġlidiet tal-boxing iżda afferma li Billy jippossjedi l-kwalitajiet kollha biex jagħmilha mal-aqwa boxers tad-dinja! F'nofs dan ix-xahar, Billy Corito rrealizza li Shea u George kienu ppubblikaw artiklu dwar Billy Corito fuq il-gazzetta lokali ta' Liverpool, Echo, fejn f 'dan l-artiklu huma talbu lill-promoturi tal-boxing madwar id-dinja biex jgħinu lil dan il-boxer Ewropew mill-aqwa li jippossjedi rekord impressjonanti. Din kienet sorpriża għal Corito u għamlitu ferm kburi għall-fatt li ra l-interess ta' dawn in-nies importanti fid-dinja talboxing biex jgħinuh javvanza 'l quddiem fil-karriera tiegħu tal-boxing. U kif semmejna flintroduzzjoni ta' dan l-artiklu, fit-30 ta' dan ix-xahar, Billy Corito daħal fl-istorja tal-isport lokali inkluż dak tal-boxing meta sar l-ewwel boxer Malti li rċieva l-iSpecial Award fl-MOC Awards organizzati millKumitat Olimpiku Malti. Finalment, Billy Corito xtaq jirringrazzja lil diversi persuni għal din is-sena li żgur li se tibqa' mniżżla b'ittri tad-deheb fil-karriera mill-aqwa tiegħu sa issa fil-boxing. Huwa beda biex irringrazzja lill-kowċ tal-fitness tiegħu, Haithem Lamouzz talli dejjem ippreparah ferm tajjeb biex jiġġieled fir-ring, kif ukoll lill-persuna li jieħu ħsieb in-nutrizzjoni personali tiegħu, Peter Callus kif ukoll lil-Lord's Gym u Bertu's Gym. Billy Corito xtaq jirringrazzja b'mod speċjali lill-isponsors prinċipali tiegħu li huma Remax, Medasia, Badass Burgers, Barcelona Cafè, Monte Carlo, Maxi-Muscle, Teamsport, Fortina Hotel u lil The Notebook talli għamlu din is-sena daqshekk waħda ta' suċċess kemm għalih personali kif ukoll għall-boxing Malti in ġenerali. Barra li lkoll nafu bilkwalitajiet uniċi ta' Corito fil-boxing, l-istess boxer Malti għandu għal qalbu ħafna l-karità u fil-fatt matul din issena hu flimkien ma' EBF Malta ġabru fondi għal Puttinu Cares li twettaq ħidma imprezzabbli favur tfal morda bil-marda qerrieda tal-kanċer. Billy Corito għen ukoll lil Miguel Bugeja, tifel li huwa ferm għal qalbu, li jiġi n-neputi ta' 'Lippu l-boxer' u li huwa marid bil-kanċer, kif ukoll lil Francesca Falzon li tbati bil-kundizzjoni msejħa 'cysticfibrosis'. X'hemm lest għal Billy Corito matul l-2014? Jekk is-sena 2013 kienet waħda mill-aqwa f 'dak li għandu x'jaqsam ma' boxing għal Billy Corito, is-sena 2014 mistennija tkun waħda massiva. Darren Casha f 'assoċjazzjoni ma' D-entertainment, li hija membru ġdid mal-Independent Boxing Championship (IBC) li hija bbażata f 'Liverpool, l-Ingilterra, se tkun qed tmexxi u torganizza l-karriera u l-avvenimenti tal-boxer Malti għall-istaġun li ġej. Imsemmi għall-parteċipazzjoni attiva tiegħu u l-appoġġ kontinwu li ta kemm lil Corito kif ukoll lill-isport in ġenerali tul issnin, huwa ferm ovvju għaliex Darren Casha se jkun l-għażla t-tajba għal Billy waqt li huwa qed jikkunsidra lilu nnifsu bħala bniedem fortunat għallfatt li Casha se jkun qed imexxi l-karriera tiegħu fil-boxing. Jidher li ħafna attivitajiet eċitanti u mill-aqwa relatati mal-boxing qegħdin jistennew lis-segwaċi tal-boxing f 'Malta matul din is-sena, bħalma huma ħafna mill-attivitajiet li jorganizzaw D-entertainment fosthom fil-Medasia, Medasia Playa, The Londoners Pub, kif ukoll il-kollaborazzjoni ta' Darren Casha mal-Isle of MTV u ħafna iktar! U fost dawn l-attivitajiet organizzati minn D-entertainmnet taħt it-tmexxija ta' Darren Casha nsibu dik li se tkun organizzata nhar il-31 ta' Jannar li ġej ġewwa l-MFCC, Ta' Qali blisem ta' 'Vegas Fight Night'. Intant, fil-jiem li għaddew, Billy Corito kellu kuntatt ma' promotur prinċipali tal-boxing fl-Ingilterra, Steve Woods, li matul is-sena d-dieħla se jkun qed jorganizza ġlieda bejn Corito u boxer ieħor 'heavyweight' u jarahom jiġġieldu. Jekk Corito jiġbed l-għajn ta' Woods, il-boxer Malti se jkun qed jiġġieled fl-Ingilterra fl-2014! Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Billy Corito jinsab ċert li l-partitarji tiegħu se jkunu kuntenti jsegwu l-aħħar żviluppi tiegħu filboxing!