Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
SPORTSillum Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 29 Inkwiet għal Manchester United u Chelsea MANCHSETER United sofrew it-tieni telfa konsekuttiva f'Old Trafford meta wara li nhar l-Erbgħa tilfu kontra Everton bl-iskor minimu ta' 1-0, ilbieraħ huma ġew megħluba bl-istess skor din id-darba kontra Newcastle United bil-gowl għall-Magpies jiġi skorjat Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 7 ta' Diċembru Manchester U. vs Newcastle U. 0-1 Crystal P. vs Cardiff C. 2-0 Liverpool vs West Ham U. 4-1 Southampton vs Manchester C. 1-1 Stoke C. vs Chelsea 3-2 WBA vs Norwich C. 0-2 Sunderalnd vs Tottenham H. 1-2 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 8 ta' Dicembru 14:30 Fulham vs Aston Villa 17:00 Arsenal vs Everton It-Tnejn 9 ta' Diċembru 21:00 Swansea C. vs Hull C. Riżultati Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 7 ta' Diċembru Livorno vs AC Milan Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 8 ta' Diċembru 12:30 Roma vs Fiorentina 15:00 Cagliari vs Genoa 15:00 Verona vs Atalanta 15:00 Sampdoria vs Catania 15:00 Sassuolo vs Chievo V. 15:00 Torino vs Lazio 20:45 Inter vs Parma 2-2 minn Cabaye. Chelsea sfaw megħluba barra minn darhom kontra Stoke City bl-iskor ta' 3-2 bil-gowls għal Stoke City jaslu minn Crouch, Ireland u Assaidi waqt li dawk għal Chelsea jaslu minn doppjetta ta' Schurrle. Manchester City barra minn darhom ġew miżmuma minn Southampton bis-City jkunu l-ewwel li jiftħu l-iskor permezz ta' Aguero waqt li Osvadlo ġab id-draw għas-Saints. Liverpool kisbu rebħa tajba ġewwa darhom f 'Anfield meta għelbu lil West Ham United bl-iskor kbir ta' 4-1 bil-gowls għalihom jaslu minn żewġ awto-gowls ta' Demel u O'Brien u Sakho u Suarez waqt li l-gowl waħdieni tal-Hammers wasal minn awto-gowl ta' Skrtel fejn tajjeb ngħidu li huma spiċċaw jilagħbu b'10 plejers lejn l-aħħar ħinjjiet tal-logħba hekk kif tkeċċa għalihom il-plejer Kevin Nolan fit-82 minuta, bil-plejer Demel jiġi ammonit propju fl-istess minuta. Tottenham Hotspur barra minn darhom għelbu lil Sunderland bl-iskor ta' 2-1, b'Sunderland ikunu l-ewwel li jiftħu l-iskor permezz ta' Johnson iżda l-iSpurs għamlu rimonta mill-aqwa u dawru telfa f 'rebħa permezz ta' gowl ta' Paulinho u awto-gowl ta' John O'Shea. Norwich City barra minn darhom għelbu lil West Bromwich Albion bl-iskor ta' 2-0 b'Hooper u Fer jirnexxielhom isibu x-xibka għalihom. Crystal Palace ġewwa darhom għelbu lil Cardif City bl-iskor ta' 2-0 bilgowls għalihom jiġu skurjati minn Jerome u Chamakh. Intant, mill-Kampjonat Taljan Serie A TIM, AC Milan barra minn darhom ġew miżmuma fi draw ta' 2-2 minn Livorno bil-gowls għar-Rossoneri jaslu minn doppjetta ta' Mario Balotelli u b'dawk għalLivorno jaslu minn Siligardi u Paulo Sergio Betanin. Fabio Capello se jibqa' kowċ tar-Russja IL-KOWĊ tat-tim nazzjonali Russu u li nistgħu ngħidu li rebaħ kull unur li għandu x'joffri l-futbol mondjali, Fabio Capello se jibqa' kowċ tal-istess tim nazzjonali hekk kif huwa mistenni li jiffirma estensjoni talkuntratt tiegħu li se jwassal għat-Tazza tad-Dinja tal-2018 li se ssir propju fir-Russja. Dan skond ilministru responsabbli millisport fir-Russja, Vitaly Mutko li qal lill-mezzi taxxandir lokali li tabilħaqq kien intlaħaq ftehim fi prinċipju bejn il-kowċ Taljan u l-Federazzjoni Russa tal-Futbol (RFU). Capello li llum jgħodd is-67 sena nħatar kowċ tat-tim nazzjonali Russu f 'Lulju tas-sena li għaddiet fejn ħa post il-kowċ Olandiż Dick Advocaat wara li dan ilkowċ kien irriżenja hekk kif ir-Russja kienu ġew eliminati fl-istadji bikrija tal-Euro 2012. Kif kien mistenni, b'mod tassew veloċi, Capello ttrasforma lit-tim nazzjonali Russu f 'tim kompetittiv għalkemm mhux daqstant spettakolari u mexxihom biex ikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2014 fil-Brażil u dan wara li temmew filquċċata ta' Grupp F fil-fażi ta' Kwalifikazzjoni, fejn saħansitra qabżu lit-tim nazzjonali iktar ikkwotat tal-Portugall li temmew fittieni post tal-istess grupp ta' kwalifikazzjoni. Kulħadd jaf x'suċċessi rnexxielu jikseb Capello fil-karriera mill-aqwa tiegħu bħala kowċ fuq livell ta' klabb meta rebaħ titli domestiċi flItalja ma' AC Milan, Roma u Juventus u fi Spanja ma' Real Madrid. Fiduċja sħiħa fil-kowċ Fabio Capello mill-Federazzjoni Russa tal-futbol Fuq livell Ewropew huwa mexxa lil AC Milan biex jirbħu l-UEFA Champions League fl-1994 meta filfinali għelbu lit-tim Spanjol ta' Barcelona bl-iskor kbir ta' 4-0, u dan meta l-previżjonijiet kollha qabel dik il-finali li ntlagħbet fl-OAKA Spiros Louis Stadium f 'Ateni fil-Greċja kienu li tabilħaqq AC Milan kienu mistennija jitilfu! Intant, fuq livell nazzjonali, Capello mexxa lit-tim nazzjonali Ingliż fit-Tazza tad-Dinja tal-2010 u għenhom jikkwalifikaw għall-Euro 2012 iżda kien irriżenja ftit xhur biss qabel dan it-turnament Ewropew minħabba tilwim li kien inqala' mal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Ingliża. Il-kowċ Taljan ikollu 72 sena fl-2018 meta r-Russja se tkun qed tospita t-Tazza tad-Dinja, iżda Mutko jemmen li l-età ta' Capello m'għandhiex tkun ta' xkiel biex ir-Russja tikseb is-suċċess mistenni minnha hekk kif se tkun qed tilgħab ġewwa darha f 'din l-iktar kompetizzjoni importanti tal-futbol mondjali għat-timijiet nazzjonali organizzata millFIFA. Mutko kompla li bħala tim nazzjonali Russu ma jistgħux jaffordjaw li jitilfu l-'momentum' u l-kontinwità.