Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
SPORTSillum 28 illum Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 Birkirkara jiksbu rebħa Falcao mhux se mqanżħa kontra Balzan jingħaqad ma' Chelsea f'Jannar Balzan ................1 Birkirkara ...........2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Birkirkara tħabtu bissħiħ biex kisbu s-sitt rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Balzan bl-iskor ta' 2-1 biex nistgħu ngħidu li serqu tliet punti f'din il-logħba hekk kif Balzan kien jimmeritahom almenu punt wara l-prestazzjoni tajba li kellhom. Interessanti huwa l-fatt li filformazzjoni ta' Balzan kien hemm xejn inqas minn 4 eks plejers ta' Birkirkara. L-ewwel taqsima kienet ferm fqira millazzjonijiet u kien biss ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima li l-Istripes irnexxielhom imorru fil-vantaġġ meta minn freekick tal-plejer żagħżugħ Ryan Scicluna, qamet taħwida fiddifiża ta' Balzan, Falzon ħabat ma' Steve Bezzina, bil-ballun jispiċċa f'saqajn l-attakkant prolifiku Niġerjan Shola Shodiya Haruna li għadda lejn Paul Fenech li tefa' f'lasta vojta. Iżda fil-bidu tat-tieni taqsima eżattament fl-54 minuta, Balzan ġabu l-iskor indaqs meta Rodrigo Pereira bidel il-ballun ma' Joselito dos Reis Santos li żmarka ruħu tajjeb qabel għadda lejn Negrin li avvanza tajjeb fuq ix-xellug u għadda l-ballun lejn Dylan Grima li spara ġewwa millviċin. Iżda kellhom ikunu Birkirkara li jiksbu t-tliet punti prezzjużi hekk kif fit-78 minuta Temile mixxellug għadda tajjeb lejn Terence Vella, b'dan jgħaddi lejn Shola Shodiya Haruna li b'abilità liema bħalha tefa' fix-xibka minn tarf il-kaxxa biex assistejna għall-gowl tal-istampi. Balzan komplew joħoqlu l-periklu fl-aħħar mumenti tal-logħba iżda finalment ma rnexxielhomx jagħmlu l-iktar ħaga importanti fil-futbol jiġifieri jiskorjaw. Balzan: Falzon, Grioli, Scicluna, Pereira, Bezzina, Vignaroli, Sciberras, Grima, Micallef, Dos Reis Santos, Armario Negrin Birkirkara: Haber, R. Muscat, Mendoza, Vukanac, Fenech, Zerafa, Temile, Z. Muscat, Shola Shodiya Haruna, Vella, Scicluna Referee Fyodor Zammit SHOLA SHODIYA HARUNA Twieled fin-Niġerja Ingħaqad ma' Birkirkara fl-20 t'Awwissu 2011 Inġieb f'Malta minn Mqabba FC u wara kellu esperjenzi qosra ma' Qormi u Floriana qabel ingħaqad ma' Birkirkara Sliema Wanderers miżmuma minn Naxxar Lions Sliema W............... 2 Naxxar L................ 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Sliema Wanderers tilfu żewġ punti prezzjużi fit-taqtiegħa tagħhom li jisfidaw għarrebħ tal-kampjonat meta ġew miżmuma fi draw ta' 2-2 mis-sorpriża pożittiva ta' dan l-istaġun sa issa, Naxxar Lions. Il-Blues kienu mingħajr it-tliet plejers importanti Stanley Ohawuchi, Mark Scerri u Abubakar BelloOsagie waqt li Naxxar Lions kienu mingħajr il-plejer Louis Cutajar. Il-Wanderers dehru resqin lejn rebħa komda hekk kif wara biss 14 –il minuta logħob kienu diġà żewg gowls minn fuq iżda fil-fatt l-istorja ma kelliex tkun hekk hekk kif il-Lions wettqu rimonta mill-aqwa. Sliema Wanderers fetħu l-iskor permezz talcaptain Alex Muscat wara biss ħames minuti waqt li Trevor Cilia rdoppja l-iskor għalihom fl-14 –il minuta wara li rċieva tajjeb mingħand il-plejer mis- Senegal, Pepe Gueye. Iżda l-Wanderers ma tantx damu jifirħu b'dan il-gowl hekk kif propju żewġ minuti biss wara Andrè Rocha Da Silva qabeż tajjeb lil Rapino qabel għeleb lil Henry Bonello permezz ta' xutt fil-baxx. U fid-59 minuta Naxxar Lions ġabu l-iskor indaqs meta minn freekick mil-lemin taleks plejer ta' Floriana Pablo Doffo, id-difiża tal-Wanderers naqset milli tikklerja bilballun jispiċċa għand Evaldo li tefa' ġewwa mill-viċin. U biex l-affarijiet ikomplu jmorru ħażin għal Wanderes, fit-73 minuta huma spiċċaw jilagħbu b'10 plejers hekk kif tkeċċa għalihom il-plejer Taljan, Alessandro Rapino. Sliema W.: Bonello, A. Muscat, Borg, Rapino, Mintoff, Cilia (Gatt Baldacchino 80'), Gueye (Woods 46'), Barbetti, Muchardi, B. Muscat (Navarra 65'), Bianciardi Naxxar L.: Azzopardi, Ani (Scerri 69'), Del Negro, Briffa (Bellia 83'), Buhagiar, Cassar, Da Silva Ribeiro, Doffo, Lopes de Souza, Rocha da Silva (Zongo 75'), Silva dos Santos Referee Paul Caruana Il-plejer ta' Monaco, Radamel Falcao li huwa meqjus fost l-aqwa ħames plejers fil-futbol mondjali fil-preżent mhux se jingħaqad ma' Chelsea f 'Jannar li ġej. Dan dejjem skond il-Viċi-Presdient ta' Monaco, Vadim Vasuljev, iżda xorta għad jeżistu spekulazzjonijiet li dan it-trasferiment jista' jseħħ matul is-sajf li ġej. Il-plejer internazzjonali Kolombjan skorja disa' gowls sa minn meta ngħaqad ma' Monaco mingħand Atletico Madrid fis-sajf li għadda fejn għen lit-tim Spanjol biex ikunu fit-tielet post tal-Kampjonat Franċiż, Ligue 1 sa issa, iżda xorta waħda għadu jkun meqjus li jista' jħalli lillklabb minn Stade Louis II fil-futur qarib. Chelsea ilhom juru interess f 'Falcao u rapporti riċenti fil-mezzi tax-xandir saħqu li l-klabb minn Stamford Bridge fl-Ingilterra kien laħaq ftehim finanzjarju ma' Atletico Madrid iżda kien biss il-President Russu ta' Chelsea Roman Abramovich li waqqaf dan it-trasferiment, fejn minflok iddeċieda li jibqa' jiffoka fuq l-attakkant Spanjol ta' kalibru, Fernando Torres. Madankollu, Falcao xorta waħda għad jista' jingħaqad ma' Chelsea blikbar possibbiltà tkun dik li l-plejer internazzjonali Kolumbjan jagħmel dan matul is-sajf li ġej hekk kif Monaco qegħdin jaraw li jibbilanċjaw ilkotba finanzjarji tagħhom biex ikunu f 'linja mar- regulazzjonijiet tal-UEFA rigward Financial Fair Play li lkoll nafu li nefqu somom esorbitanti ta' flus minn mindu dan il-klabb Franċiż inxtara mis-sid Russu, Dmitry Ryboloblev. F'kummenti li Vasilyev għadda lill-ġurnal sportiv Franċiż, Le 10 Sport, huwa saħaq li Falcao jinsab kuntent ħafna ma' Monaco u jħossu tajjeb ħafna. Huwa kompla li ftit tal-jiem ilu huwa flimkien mal-istess Falcao, il-mara tiegħu u l-President ta' Monaco kellhom ikla flimkien, fejn deher biċ-ċar li Falcao jħobb lil dan il-klabb, lill-belt ta' Monaco in ġenerali u affarijiet oħra li lkoll jindikaw li Falcao mistenni jibqa' ma' Monaco. Għalhekk huwa kkonkluda li Falcao m'għandu l-ebda problema immaġinabbli ma' Monaco u mhux se jkun qed jiltlaq lil dan il-klabb Franċiż f 'Jannar li ġej, u din hija xi ħaġa ċerta! U dan jidher li huwa l-każ 'il għaliex il-kowċ ta' Chelsea, l-iSpecial One, kif inhuwa iktar magħruf Josè Mourinho matul il-ġimgħa li għaddiet saħaq li l-klabb minn Londra mhux se jkun qed ifittex li jakkwista attakkant fit-'transfer window' ta' Jannar, iżda Chelsea se jkunu qed ifittxu li jagħmlu dan fit-tmiem tal-istaġun fejn possibilment Falcao jista' jkun wieħed mill-interessi ewlenin ta' Chelsea. Intant, fil-jiem li għaddew, Falcao ġibed ukoll l-interess tal-ġganti Spanjoli, Real Madrid. ALEX MUSCAT Twieled fl-14 ta' Diċembru 1984 f'TalPietà Huwa l-captain ta' Sliema Wanderers fejn ilu jokkupa din il-pożizzjoni għal diversi snin Beda jilgħab il-futbol meta kellu biss 6 snin man-nursery ta' Sliema Wanderers Beda l-karriera tiegħu ma' Lija Athletic fl-istaġun 2002/03 Lagħab ukoll ma' Balzan, dak iż-żmien Balzan Youths fejn kien minn hawnhekk li beda jimpressjona u saħansitra ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali Falcao mhux se jingħaqad ma' Chelsea f'Jannar - jista' jagħmel dan matul issajf li ġej