Illum previous editions

illum 8 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 27 Mano Micallef jogħla tajjeb u jirbaħ il-ballun minn fuq il-plejer veteran ta' Rabat Ajax, Malcolm Licari Mosta jumiljaw lil Rabat Ajax Mosta .....................4 Rabat A ...................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Wara t-telfa diżastruża ta' 6-0 li sofrew kontra Valletta 15 –il jum ilu, Mosta kkonvinċew bilkbir u rritornaw għar-rebħ meta umiljaw lil Rabat Ajax u għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0. Mosta kienu ndubbjament l-aħjar tim fil-logħba u ma taw l-ebda ċans lill-Magpies li jidħlu fillogħba hekk kif dawn jinsabu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika b'4 punti biss. Rimarkabbli huwa l-fatt li għal Rabat Ajax din kienet il-11 –il telfa minn 13 –il logħba f 'dan il-kampjonat u għalhekk jidher biċ-ċar li dan it-tim huwa destinat għar-relegazzjoni fi tmiem dan l-istaġun. Mosta marru fil-vantaġġ fid-29 minuta permezz ta' freekick dirett mill-isbaħ tal-plejer Taljan, Gianmarco Piccioni li ma ta l-eba ċans lill-goalkeeper Rabti, Jonathan Azzopardi. Żewġ minuti mill-ftuħ tattieni taqsima Mosta rduppjaw l-iskor hekk kif rebħu penalty wara li difensur Rabti miss ilballun b'idu fil-kaxxa u mill11 –il metru l-awtur tal-eweel gowl, Gianmarco Piccioni ma żbaljax biex b'hekk skorja doppjetta personali. U fis-56 minuta Mosta rebħu penalty iehor fil-logħba, din id-darba wara li Carapic waqqa' lil Piccioni fil-kaxxa u mill-penalty spot Cristian Martins Fernandes tefa' fix-xibka. L-istess Martins Fernandes għamilhom 4 għal Mosta fid-69 minuta meta wara li rċieva minn kross ta' Ricardo Faria, huwa tefa' fixxibka bi stil liema bħalu. Mosta: Borg, Farrugia (Zammit 81'), Farrugia, Brincat, Micallef, R. Grech, Ekani Rodriguez, Vieira dos Santos (I. Grech 74'), Martins Fernandes, Messias de Oliveira (Silva Faria 66'), Piccioni Rabat A.: J. Azzopardi, Gauci, D. Azzopardi, Carapic, Fazloan, Gauci, Gianmarco Piccioni Twieled fit-18 ta' Lulju 1991 fl-Italja Ingħaqad ma' Mosta matul dan l-istaġun Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Sambenedettese, Vicenza u L'Aquila qabel ingħaqad ma' Mosta Kellu logħba mill-aqwa fejn skorja doppjetta personali Licari (A. Azzopardi 68') (Tanti 90'), Pelaez Bellido (Caruana 77'), Carrillo Pendas, Avila Perez, Bajada Referee Mario Apap

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 December 2013