Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 Ritratt: Ray Attard SPORTSillum L-awtur ta' doppjetta ta' Hibs Edison Luis Dos Santos jaqbeż tajjeb lill-plejer ta' Vittoriosa Stars, Clive Spiteri Hibs wisq superjuri għal Vittoriosa Stars Hibernians ..............5 Vittoriosa ................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT HIBERNIANS ikkonvinċew bis-sħiħ u mingħajr tbatija għelbu lil Vittoriosa Stars bl-iskor kbir ta' 5-1. Huma marru fil-vantaġġ wara biss kwarta logħob permezz ta' freekick dirett mil-lemin ta' Clayton Failla li ma ta l-ebda ċans lil Sean Cini. Huma reġgħu ħolqu l-periklu fl-34 minuta permezz ta' daqqa ta' ras ta' Rodolfo Soares waqt li Vittoriosa Stars rrispondew permezz ta' freekick ta' Oscar Guerrero li għadda għoli eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima. Fit-53 minuta l-Pawlisti rdoppjaw l-iskor grazzi għal daqqa ta' ras ta' Andrew Cohen wara li rċieva minn freekick ta' Jackson Lima mix-xellug. Hibs komplew ikabbru l-marġni tal-iskor u skorjaw it-tielet gowl fil-logħba fil-61 minuta permezz ta' penalty mogħti mis-solitu Clayton Failla wara li Samir Arab waqqa' lill-istess Failla fil-kaxxa. Erba' minuti biss wara l-Ġirbin naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta' Marcelo Pereira. Iżda jidher li Hibs ma kinux kuntenti b'dan l-iskor u fis-77 minuta Edison Luis Dos Santos wara azzjoni personali għeleb lil Sean Cini mill-viċin. U erba' minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Hibs għamluhom 5 hekk kif wara li rċieva pass mingħand Andrew Cohen, Edison Luis Dos Santos ikkontrolla l-ballun qabel għeleb lil Cini biex bħal Failla skorja doppjeta personali f 'din il-logħba. Fid-90 minuta Hibs kellhom iċ-ċans li jagħmluhom 6 iżda mill-11 –il metru Failla naqas li jitfa' ġewwa hekk kif it-tentattiv tiegħu mill-11 –il metru ġie milqugħ bi bravura minn Cini wara li ntefa' minn tulu fl-art. Hibernians: Muscat, Camilleri, Pearson (Bartolo 70'), Soares, Lima, Dias (Muscat 70'), Failla, Levnaic, Cohen, Dos Santos, Farrugia Vittoriosa S.: Cini, Spiteri (Omoay Ebiesuwa 73'), Clayton Faila Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer talLogħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-8 ta' Jannar 1986 f'TalPietà Kellu bidu tal-istaġun mill-aqwa ma' Hibernians Rebaħ l-unur ferm prestiġjuż tal-MFA Plejer tas-Sena darbtejn: fl-2009 u fl-2012 Fil-karriera mill-aqwa tiegħu sa issa lagħab ma' St Patrick, Sliema Wanderers u Hibernians Buttigieg (Gauci 82'), Spiteri, Arab Eddin (Martin 63'), Brincat, Guerrero, Pereira, Arab, Aguiar, Camilleri Referee Glenn Tonna