Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 7 15-il sena ta' direct orders lil avukati qrib il-PN DITTA waħda tal-avukati, qrib ħafna tal-Partit Nazzjonalista, ingħatat għal ħmistax-il sena sħaħ b'direct order, xogħol ta' konsulenza legali mill-Freeport. Id-ditta hija l-GVTH Advocates u ngħatat dawn iddirect orders mill-gvernijiet Nazzjonalisti mmexxijja minn Eddie Fenech Adami u minn Lawrence Gonzi. Fost il-partners fid-ditta GVTH, hemm George Hyzler, eks deputat Nazzjonalista u eks Segretarju Parlamentari Nazzjonalista u Joe Zammit Maempel, l-avukat tal-Partit Nazzjonalista u qarib t'Austin Gatt. Bejn l-1999 u l-2007 permezz ta' direct order, kull sena GVTH tħallset €3,500 għax-xogħol ta' konsulenza legali, għal total ta' €31,500. F'dan iż-żmien, waqt li din id-ditta kienet qed tingħata dawn id-direct orders, George Hyzler kien membru tal-kabinett bħala Segretarju Parlamentari fil-gvern ta' Fenech Adami. Dak iż-żmien iżda mhux talli ħadd fil-gvern u filPartit Nazzjonalista ma ra xejn ħażin li ditta talavukati li fiha kellu interess membru tal-kabinett kienet qed tingħata dawn id-direct orders kollha, anzi fl-2008 il-ħlas lil GVTH min-naħa tal-Freeport, irdoppja. Mill-2008 'il quddiem, għal darba oħra permezz ta' direct oder, GVTH bdiet titħallas €7,000 fis-sena, ħlas li baqa' jsir sal-bidu ta' dis-sena, għal total ta' kważi €40,000. B'kollox mill-konsulenza legali lill-Freeport, GVTH daħħlet iktar minn €70,000. GVTH hija wkoll ilkumpanija li taħt l-aħħar gvern Nazzjonalista ta' Lawrence Gonzi ngħatat millprivatisation unit, 35 direct order b'valur ta' €180,000 għal konsulenzi fl-oqsma tallotteriji u l-gaming. L-eks deputat Nazzjonalista u eks Segretarju Parlamentari Nazzjonalista George Hyzler huwa qrib ħafna tal-Viċi Kap Nazzjonalista Mario DeMarco. B'kollox mill-konsulenza legali lill-Freeport, GVTH daħħlet iktar minn €70,000 Jammetti li ta l-impressjoni ta' diskriminazzjoni bejn awtur u ieħor JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt MARK Camilleri, li għadu kif inħatar chairman talKummissjoni Nazzjonali tal-Ktieb, ammetta ma' din il-gazzetta li artiklu li kiteb riċentament jagħti l-impressjoni li hu ddiskrimina bejn awtur u ieħor. Fl-artiklu li nkiteb fuq 'it-Torċa' l-Ħadd li għadda, Camilleri kellu kliem ta' tifħir għall-awtur Alex Vella Gera u kritika aktar ħarxa għal Ġużè Stagno. Camilleri u Vella Gera ħadmu flimkien għal bosta żmien, b'Camilleri jkun l-editur tal-gazzetta 'Realtà' meta din ġiet iċċensurata mill-Università ta' Malta minħabba artiklu li kien kiteb l-istess Vella Gera. "Nammetti li l-artiklu akkademiku tiegħi jaf jagħti l-impressjoni li jien nista' niddiskrimina bejn awturi differenti fix-xogħol professjonali tiegħi, imma dan assolutament mhuwiex il-każ," qal Camilleri meta kkuntattjat Mark Camilleri, President tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Ktieb minn din il-gazzetta. "Lil Stagno kont ġa serraħtlu moħħu li l-artiklu tiegħi kien purament akkademiku. Innies għandhom raġun ikunu suspettużi li b'dan l-artiklu qed niddiskrimina, però ma naqbilx li kienet nuqqas ta' etika." Fost l-oħrajn, fl-artiklu tiegħu Camilleri jattakka lil Stagno li l-ktieb iwassal il-messaġġ politiku li "l-valuri tal-UE huma aktar avvanzati mill- mentalità politika tal-injorant Laburist Malti." Il-kummenti ta' Mark Camilleri ma tantx niżlu tajjeb ma' Ġużè Stagno, li l-ktieb tiegħu 'What happens in Brussels, stays in Brussels' inbiegħ bla ebda tbatija minn mindu ġie ppubblikat fl-aħħar ġimgħat. "Ma niddejjaq xejn b'artikli ta' dan it-tip fuq il-kotba tiegħi. Jalla l-ewwel wieħed! Biss mhux etiku li l-President tal-Kunsill Nazzjonali talKtieb ikun dak li jiktibhom. Timmaġina liċ-chairman tal-Awtorità tax-Xandir jikteb artiklu simili fuq xi programm tat-TV, ngħidu aħna? Le, ma naħsibx - anzi, mhux 'ma naħsibx'. Mhux etiku li jsir hekk," kiteb Stagno fuq ilpaġna tiegħu ta' Facebook. Stagno ssokta jgħid li hu dejjem jaċċetta l-kritika, pożittiva u negattiva. Filwaqt li mhux se jitlob ir-riżenja ta' Camilleri, jgħid li madankollu hu ċar li jgħid xi jgħid Camilleri, hu ma setax jaħdem ma' Kunsill hekk. "M'għandna xejn kontra Mark imma naħseb li wasallu ż-żmien li jagħżel liema kappell jixtieq jilbes u jżomm miegħu. Ma tistax tkun referee ta' logħba futbol u fl-istess ħin tmaqdar lil wieħed mill-players li ma skurjax bil-mod kif tridu int," ikkummenta persuna f 'nofs diskussjoni li qamet fuq is-sit soċjali Facebook fl-aħħar jiem. Affaċjat b'din il-kritika, f 'kummenti lil ILLUM Camilleri ddefenda ruħu u qal li d-diskussjoni nqalgħet għaliex hu jokkupa l-kariga ta' president tal-ktieb. "L-aktar ħaġa importanti f 'dan is-suġġett huwa, li l-artiklu akkademiku twil elfejn kelma inqara għassempliċi raġuni li qam il-punt li artiklu bħal dak mhux suppost ktibtu. B'hekk, tista' tgħid, li qed nisfrutta l-kariga tiegħi, biex permezz tagħha, nwessa' d-dibattiti letterarji u nimbotta l-kritika letterarja: kritika tant bżonjuża u tant nieqsa fis-suq tal-kotba lokali," temm jgħid Camilleri.