Illum previous editions

illum 8 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Għawdex: Int djamant u jieħdu r-ritratti magħna iżda ix" – Ryan Mercieca Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 9 minn John Busuttil Stefano Mallia xogħol f 'Għawdex. Qal li hemm bżonn li min ikun fil-gvern juri biċ-ċar f 'hiex se jinvesti ħalli ż-żgħażagħ ikunu jafu d-direzzjoni tal-istudji tagħhom. Cyrus Engerer irrakkonta l-istorja tiegħu għaliex għamel is-swiċċ minn PN għal PL fejn qal li meta kien membru fl-eżekuttiv tal-MŻPN, il-Partit Nazzjonalista għalaqlu l-bibien kollha għal ħolm kollu tiegħu u min-naħa l-oħra l-moviment tal-PL fetaħhomlu kollha. Engerer għafas fuq il-bżonn li Għawdex isir reġjun ħalli jakkwista ħafna aktar fondi mill-Ewropa u minnhom l-aktar li jgawdu jkunu ż-żgħażagħ Għawdxin. Kien imiss lill-istudent Għawdxi li jsemma' leħnu u hawn għamel diskors mqanqal Ryan Mercieca li għadu ġej minn esperjenza fl-iStati Uniti ta' ħames ġimgħat jirrappreżenta liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Dan iż-żagħżugħ beda biex qal li f 'din l-esperjenza qasira nnota kemm l-Amerikani huma kburin li huma Amerikani u issa jifhem aktar minn qatt qabel li dak li għandu bżonn l-Għawdxi hu li jkun kburi li hu Għawdxi. Saħaq li l-Għawdxi jrid jiġġieled għalih innifsu għax ħadd mhu Kevin Cutajar qed jiġġieled għalih. Staqsa lill-istudenti preżenti kemm ikollhom ċans jitkellmu ma' politiċi. "Il-politiċi jiġu jieħdu ritratti magħna u lanqas biss jisimgħuna. M'hemmx nies jaħsbu fejn iridu jwasslu vera lil Għawdex. Aħna ż-żgħażagħ Għawdxin irridu nieħdu d-deċiżjoni biex inwasslu l-ideat tagħna ta' x'verament irridu." Bi kliem kommoventi dan iż-żagħżugħ qal li l-ġenerazzjoni tiegħu diġà telqet minn Għawdex għax sabet futur f 'Malta u għalhekk ħeġġeġ lil dawk li kellu quddiemu li għadhom biċ-ċans biex jiġġieldu għal Għawdex. "Inutli teqirdu fuq il-campus, jew meta tiltaqgħu ma' xulxin li lilna ż-żgħażagħ Għawdxin ma jismagħna ħadd u li qed jittieħdu deċiżjonijiet ħżiena, jekk intom ma twasslux il-messaġġi tagħkom fejn għandhom jitwasslu, hekk se nibqgħu. Persuna waħda tista' tagħmel id-differenza. L-Istati Uniti tgħallimt li each one teach one. Għawdex m'għandux bżonn politika u persuni, iżda pjan tagħna kollha. Irridu nagħmlu pressjoni flimkien u ma ninqasmux politikament għax il-problemi ta' hawn huma soċjali u mhux politiċi. U ma nistgħux inħallu lil GBC u l-GTA jitkellmu għal Clint Camilleri Għawdex mingħajr qatt biss ma kkonsultawna għax dawk qed jitkellmu għall-adulti u mhux għaż-żgħażagħ." Diskors mqanqal minn żagħżugħ Għawdxi li hu determinat li jiġġieled għal ġid ta' Għawdex u ż-żgħażagħ Għawdxin. Tkellem ukoll Carmelo Zammit li hu l-president tal-Assoċjazzjoni tal-NGO's f 'Għawdex fejn elenka li hemm 500 NGO Għawdex. Zammit kompla fejn ħalla Mercieca fejn saħaq li l-inizjattiva biex titjieb is-sitwazzjoni f 'Għawdex trid tiġi mill-Għawdxin stess. Qal li min qed isemmi l-link permanenti sinjal li tilef ilfiduċja fl-Għawdxin. Qal li l-problemi li jqishom bħala barri fferoċjat qed jinqabdu minn denbhom u mhux minn qrunhom, għalhekk il-problemi qed ikomplu jmorru fejn iridu huma għax m'hemmx kontroll fuqhom. Semma' kif hemm 70 inġinier Għawdxi u ħadd minnhom ma jaħdem Għawdex għax m'hemmx xogħol għalih/a. Qal li jaqbel ma' link iżda mhux ma' Malta imma mal-Ewropa. Zammit qal li jemmen li bħalma l-industrija tal-mozzarella di Bufala tant għamlet suċċess flItalja hekk tista' l-industrija talġbejniet ta' Għawdex tagħmel Ryan Mercieca - President GUG internazzjonalment jekk tiġi mħaddma sew. Qal ukoll li Għawdex imissu jsir speċi talgżira ta' Capri tan-naħa t'isfel tal-Ewropa u turisti ta' klassi jibdew jiġu jżuru lil din il-gżira ta' lussu bħalma jżuru Capri mingħajr biss ma jsiru reklami għax imfittxija mid-dinja kollha. Għalaq il-konferenza l-viċi president tal-GUG, Marc Schembri li skuża ruħu għax ma stedinx kandidati nisa u fl-istess ħin qal ukoll li tkun leader ma jfissirx biss filpolitika iżda hemm bżonn li ż-żgħażagħ ikunu leaders f 'kull qasam tas-soċjetà. Il-konferenza ntemmet f 'xis-1pm fejn id-diskussjoni kompliet waqt tazza nbid u xi ikel imħejji mill-istudenti. Konferenza mill-aktar interessanti fejn nispera li l-kandidati preżenti jwasslu l-karba taż-żagħżugħ Għawdxi lejn l-awtoritajiet. Avvenimenti kulturali f'Għawdex Illum il-Ħadd 8 ta' Diċembru Festa tal-Kunċizzjoni – Victoria – Pjazza San Franġisk Purċissjoni, banda mat-toroq tal-viċin u logħob tan-nar Festa tal-Kunċizzjoni – Il-Qala – Pjazza tal-Kunċizzjoni Purċissjoni, banda mat-toroq tal-viċin u logħob tan-nar Christmas Open market – Nadur – Pjazza prinċipali tan-Nadur Suq miftuħ fejn wieħed isib rigali talMilied, dekorazzjoni tal-Milied, ħelu, hampers, xeni tan-nattività, eċċ Fiera tad-Dundjani – San Lawrenz – Pjazza tal-Knisja Fiera tradizzjonali fejn jittellgħu dundjani, ċikkulata u logħob organizzat għat-tfal min-12.30pm 'l quddiem.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 December 2013