Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258
SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 Ritratt: Ray Attard SPORTSillum Ġlieda għall-ballun bejn Ohawuchi u Pereira Ohawuchi jiskorja tripletta u jagħti ftit nifs lil Sliema Wanderers Sliema W .................3 Balzan ....................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT L-ATTAKKANT Niġerjan, Stanley Ohawuchi kien l-eroj assolut ta' Sliema Wanderers meta skorja tripletta biex it-tim tiegħu għeleb lil Balzan bl-iskor ta' 3-0. Din kienet rebħa ferm importanti għall-Blues speċjalment meta niftakru li fl-aħħar żewġ logħbiet li kienu involuti fihom, huma tilfu xejn inqas minn 5 punti. Il-Wanderers għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari sa mill-bidu nett u filfatt wara biss tliet minuti logħob huma fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn kross mil-lemin, Stanley Ohawuchi għeleb lillgoalkeeper Lorenzi permezz ta' daqqa ta' ras tajba. Il-Blues irdoppjaw l-iskor man-nofs siegħa logħob meta Ohawuchi rċieva tajjeb pass fit-tul, avvanza filkaxxa u għeleb lil Lorezni permezz ta' xutt fil-baxx. Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, Trevor Cilia kkonkluda ġirja tajba fuq illemin billi għadda pass lejn Ohawuchi li madankollu ra x-xutt tiegħu mill-viċin jgħaddi barra. Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Stanley Ohawuchi għamilhom 3-0 meta wara li rċieva pass fit-tul mill-plejer veteran Ivan Woods, tefa' l-ballun wara l-goalkeeper Brażiljan ta' Balzan, Lorenzi. Seba' minuti mit-tmiem tal-logħba, Pape Gueye seta' għamilhom 4 favur il-Wanderers iżda t-tentattiv tiegħu ġie mdawwar f 'corner minn Lorenzi. Fil-ħin miżjud, l-istess attakkant mis-Senegal falla okkażjoni tajba oħra ta' skor meta tefa' barra mill-viċin wara li rċieva pass invitanti mingħand Trevor Cilia. Sliema W. Bonello, A. Muscat, Rapino, Mintoff (Xuereb 70'), Scerri, Ohawuchi (Gueye 57'), Gatt Baldacchino, Woods (B. Muscat 62'), Cilia, Muchardi, Bianciardi Stanley Ohawuchi Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer talLogħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-27 ta' Mejju 1990 finNiġerja Skorja tripletta f'temp ta' 57 minuta u ġie mibdul minn Pape Gueye Ingħaqad ma' Sliema Wanderers matul l-istaġun li għadda Balzan Lorenzi, Grioli, Bezzina, Pereira, Scicluna, Vignaroli, Grima (Agius 46'), Micallef, Sciberras, Armario Negrin (Dos Reis Santos 71'), Darmanin Referee Glenn Tonna