Illum previous editions

illum 15 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 | illum 27 Edison Luis dos Santos imwaqqa' minn difensur ta' Rabat Ajax, bir-referee Arciola jsegwi l-azzjoni mill-viċin Hibs jirritornaw għar-rebħ bil-kbir Hibernians ..............4 Rabat A ...................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT WARA t-telfa ta' 2-1 kontra r-rivali Valletta nhar l-Erbgħa li għadda, Hibs irritornaw għar-rebħ bilkbir hekk kif għelbu lit-tim li jinsab ankrat fil-qiegħ tal-klassifika b'5 punti biss, Rabat Ajax bl-iskor kbir ta' 4-1. Il-Pawlisti ħargu fuq l-offensiva u rnexxielhom imorru fil-vantaġġ fis-16-il minuta meta xutt angulat ta' Obiefule laqat sieq il-wieqfa u mir-rebound, l-istess plejer tefa' fix-xibka. Madankollu Rabat Ajax ġabu l-iskor indaqs żewġ minuti biss wara meta Ryan Camilleri waqqa' lil Diego Carrillo Pendas fil-kaxxa u mill-11-il metru, Daniel Pelaez Bellido ma żbaljax. Hibs reġgħu marru fil-vantaġġ fl-54 minuta meta minn freekick ta' Jackson Lima mix-xellug, Andrew Cohen għeleb lil Jonathan Azzopardi permezz ta' daqqa ta' ras. Minuta biss wara, Obiefule kien sfortunat li ma kabbarx il-vantaġġ għat-tim tiegħu permezz ta' lob delizzjuz wara li antiċipa lil Azzopardi iżda l-ballun għadda jħakkek mal-lasta. Fl-64 minuta Azzopardi wettaq save tajjeb fuq tentattiv ta' Matthew Bartolo. Fis-70 minuta Hibs għamluhom tlieta meta Andrew Cohen għadda lejn Edison Luis Dos Santos u dan għeleb lil Jonathan Azzopardi permezz ta' xutt tajjeb minn ġol-kaxxa. U jidher li Hibs ma kinux kuntenti b'dan ir-riżultat hekk kif is-sostitut żagħżugħ Brandon Muscat li bil-kemm kien ilu minuta fil-grawnd wara li ħa post Jackson Lima skorja r-raba' gowl għal Hibernians permezz ta' xutt fil-baxx mil-lemin biex b'hekk skorja l-ewwel gowl tiegħu kemm ilu jilgħab mat-tim tal-kbar ta' Hibernians. Hibernians Muscat, Camilleri, Pearson, Soares, Lima (Muscat 79'), Cohen (Chircop 84'), Kristensen, Failla, Bartolo, Obiefule, Dos Santos (Farrugia 79') Rabat A. J. Azzopardi, Gauci, Tanti, Carapic, Caruana, Gauci, Licari (A. Azzopardi 66'), Pelaez Bellido (Scicluna 88'), Avila Perez, Carrillo Pendas, Obinna Obiefule Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-7 ta' Jannar 1988 fin-Niġerja Jilgħab fl-irwol ta' attakkant Barra Hibernians, f'Malta lagħab ukoll ma' Ħamrun Spartans, Marsaxlokk u Mosta Micallef (Vella 80') Referee Andrè Arciola Gauci, D. Azzopardi, Carapic, Fazloan, Gauci, Licari (A. Azzopardi 68') (Tanti 90'), Pelaez Bellido (Caruana 77'), Carrillo Pendas, Avila Perez, Bajada Referee Mario Apap

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 December 2013