Illum previous editions

illum 15 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

Kummercjali 22 illum | Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 Ma' Vodafone l-iPhone jaħdem aktar veloċi u aħjar BĦALA l-unika bejjiegħa awtorizzatat li tbigħ l-iPhone f 'Malta, il-kumpanija Vodafone hi kburija li ġabet it-3GS, 4, 4S u l-aħħar mudelli 5, 5S u 5C f 'Malta. Il-persuni li għandhom iPhone huma partikolarment miġbuda lejn l-iPhone tagħhom u r-raġuni hi waħda valida. L-iPhone 5 jagħtihom esperjenza millaqwa. "L-2013 verament kienet sena mimlija għat-tim ta' Vodafone," qal Sandro Pisani, Head of Marketing ta' Vodafone Malta. "Ilbidla u l-innovazzjoni kienet kostanti. Meta dan ikun magħqud flimkien mad-differenza li Vodafone tagħmel fil-ħajja tal-klijenti tagħha s-sodisfazzjon hu ferm akbar. Wasal iżżmien għal bidla oħra li tiżgura li l-klijenti tagħna jiksbu l-aħjar mill-aħħar smartphones." Vodafone trid tagħmel l-esperjenza tal-iPhone aħjar. Bl-introduzzjoni tal-4G u r-roll out gradwali biex tkopri l-medda ta' Malta u Għawdex, l-iPhone 5 verament se jaħdem bl-aħjar mod possibbli. Wieħed jista' jkollu karozza sportiva u jsuq madwar it-toroq ta' Malta u Għawdex iżda biċċa twila ta' awtostrada jew inkella trakka li se turi l-potenzjal u l-veloċità tal-karozza hi ferm aħjar. Il-klijenti ta' Vodafone li għandhom wieħed mill-mudelli tal-iPhone li jappoġġja l-LTE issa jistgħu jaqbdu man-network 4G ta' Vodafone. Ir-RED plans ta' Vodafone se jagħmlu dan billi juru l-potenzjal sħiħ tal-iPhone 5, l-iPhone 5S jew l-iPhone 5C. Jekk inti parti minn din il-ġenerazzjoni tal-iPhone rranġa s-settings tal-iPhone tiegħek u ċempel 247 minn linja Vodafone jew 99999247 minn xi linja oħra, żur issit ta' Vodafone fuq www. vodafone.com.mt/4g jew żur wieħed mill-ħwienet ta' Vodafone biex tixtri l-4G plan. Il-4G jingħata b'xejn lill-klijenti tar-RED Premium. Klijenti fuq RED u RED Basic jistgħu jgawdu mill-4G bi ħlas kull xahar ta' €5 u €10 rispettivament. Vodafone tieħu l-prestazzjoni tal-iPhone 5 fuq livell ġdid. Il-4G network ta' Vodafone hu ddisinjat biex jipprovdi lill-klijenti aċċess għall-internet aktar veloċi u faċli permezz tal-iPhone. Ħanut ġdid tal-Mango mniedi f'Main Street, Raħal Ġdid MANGO nieda t-tielet ħanut tal-moda f 'Main Street, Raħal Ġdid, fid-29 ta' Novembru 2013. Dan il-ħanut hu 340 metru kwadru kbir u fih wieħed jista' jsib diversi kollezzjonijiet ta' ħwejjeg tal-moda u aċċessorji oħra għan-nisa. Matul il-ftuħ ta' dan ilħanut, l-Ambaxxatur Spanjol għal Malta H.E. Felipe de la Morena Casado, esprima s-sodisfazzjon tiegħu li kien fil-preżenza ta' grupp li kellu konnessjonijiet tajbin ma' Spanja, u li hu konċessjonarju ewlieni Malti ta' Mango u ta' numru ta' brands talmoda Spanjoli. Wara l-kixfa simbolika tal-plakka millAmbaxxatur, is-sidien tal-Big Bon, Mario u Bernard Gauci ppreżentaw donazzjoni lil Fr. Martin Micallef, id-direttur tad-Dar tal-Providenza. Mango, li ġie stabbilit f 'Barcellona, espanda għallewwel darba barra Spanja u l-Portugall f 'Malta fl-1994. Il-brand f 'Malta ssaħħet wara s-suċċess tal-ewwel ħanut fil-Belt u wara tattieni ħanut f 'Tas-Sliema. Illum il-ġurnata, barra l-kollezzjonijiet tan-nisa, il-ħanut f 'The Point jinkludi wkoll il-kollezzjoni talMango Kids, li ġiet introdotta riċentament. "Minn dejjem kellna t-tragward li nżidu l-preżenza tagħna u l-kollezzjonijiet ta' diversi brands, bħal Mango għall-komunità Maltija. B'din l-aħħar żieda għal grupp mal-ħwienet li ġa għandna, nemmnu li dan it-tragward qed isir realtà. Ninsabu fiduċjużi li dawk li jgħixu lejn in-naħa ta' isfel ta' Malta ser ikunu kburin li se jkollhom l-aktar ħanut riċenti ta' Mango u li għandu l-istess Il-ftuħ tal-ħanut il-ġdid ta' Mango f'Raħal Ġdid disinn ġdid bħall-ħwienet oħra internazzjonali talMango," qal Mario Camilleri, il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Big Bon. Dan l-avveniment spiċċa b'riċeviment waqt li kien hemm promozzjoni speċjali għall-mistednin numerużi, mudelli, stilisti u anke konsumaturi li kienu preżenti għal dan il-ftuħ. Ringrazzjament speċjali ngħata lil Mar Jordana, ir-rappreżentant uffiċjali ta' Mango minn Barċellona, li kienet responsabbli għal dan il-proġett; u kif ukoll lil Shirley Attard, li kienet l-ewwel impjegata ta' Mango u li llum il-ġurnata hi responsabbli mill-operazzjoni kollha ta' Mango f 'Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 December 2013