Illum previous editions

illum 15 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 It-tmexxija Nazzjonalista se tibda tintgħażel mit-tesserati IT-TMEXXIJA tal-Partit Nazzjonalista se tibda tkun maħtura minn dawk kollha li jħallsu t-tessera, jekk ittibdil fl-istatut tal-PN ikun approvat fil-bidu tas-sena d-dieħla. Dawn il-proposti ġew ippreżentati fost sett ta' emendi li skont il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, mistennija jagħmlu l-partit iktar rappreżentattiv u jwassal il-messaġġ li l-partit irid jerġa' jkun il-partit tan-nies. Fost l-emendi l-aktar sinifikanti li tressqu qiegħed jiġi propost li l-Kap u l-Viċi Kapijiet tal-Partit, jiġu eletti mit-tesserati kollha tal-Partit Nazzjonalista wara Konvenzjoni Ġenerali. Preżentament, it-tmexxija tal-partit tkun eletta mid-900 kunsillier Nazzjonalist tal- Konferenza Ġenerali. Dawn jinkludu deputati parlamentari, kandidati, uffiċjali tal-partit kif ukoll rappreżentanti talkumitati lokali, li ġeneralment ikunu magħżula millfazzjonijiet fi ħdan il-partit. In-nuqqas ta' uċuħ ġodda u żgħażagħ kien meqjus bħala kaġun ieħor għat-telfa f 'Marzu. Għal din ir-raġuni, l-emendi mressqa beħsiebhom iwessgħu l-parteċipazzjoni tan-nisa u ż-żgħażagħ fil-fora u strutturi kollha tal-Partit Nazzjonalista. Fost l-oħrajn qed jiġi propost li jinħatru disat irġiel u disa' nisa fi ħdan il-Kumitat Eżekuttiv, li jiġu eletti b'elezzjoni li ssir b'żewġ listi separati. Imnedija mill-Kap talKummissjoni għar-Reviżjoni tal-Istatut Francis Zammit Dimech, it-tieni proċess tal-konsultazzjoni ra wkoll ilproposta sabiex il-Konvenzjoni sservi wkoll bħala forum li fiha jiġu mistiedna jagħtu s-sehem tagħhom membri tal-pubbliku, is-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali. Bil-għan li tagħmel il-partit aktar rappreżentattiv u inklussiv fl-operat u t-tfassil tal-politika tiegħu, il-kummissjoni għarreviżjoni tal-istatut qiegħed jipproponi wkoll il-ħolqien ta' numru ta' fergħat u strutturi ġodda. Dawn jinkludu l-ħolqien ta' Moviment Opportunitajiet Indaqs li se jservi biex titfassal politika biex is-soċjetà Maltija ssir dejjem aktar inklussiva, Forum għall-Professjonisti, Forum Business+ li se jieħu post il-fergħa tal-Partit Nazzjonalista tas-Segretarjat għall-Imprendituri Żgħar u Medji, Kulleġġ għall-Kandidati, Kulleġġ għall-eks-Deputati, Kumitat Reġjonali għal Għawdex, Kummissjoni għall-Għażla tal-Kandidati u t-twaqqif tal-kunċett ta' policy fora għat-tfassil tal-politika bissehem tas-soċjetà ċivili. Il-proposti tal-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Istatut mistennija jiġu diskussi iktar fil-fond li twassal għas-sejħa ta' Kunsill Ġenerali fil-bidu tassena d-dieħla biex jiġi approvat l-Istatut il-ġdid. Reazzjoni PL Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-bidliet proposti huma kopja eżatt ta' bidliet li għamel il-Partit Laburista fl-aħħar snin. "Minn kumitat tal-Business għal Kumitat reġjonali għal Għawdex, dawn huma kopja eżatta. Il-Partit Nazzjonalista daħħal ukoll il-kariga ta' Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, u issa allura jmiss li tidħol fis-seħħ il-kariga ta' CEO wkoll," qal il-Partit Laburista. L-istqarrija tgħid li l-Partit Laburista ilu mill-2009 li bidel l-Istatut tiegħu biex il-membri jeleġġu l-mexxej tal-Partit Laburista. "Il-Partit Laburista mar oltre għax anke l-prinċipji talmanifest elettorali jinħadmu u jiġu approvati mill-Membri tal-Partit Laburista." L-istqarrija ttemm tgħid li madankollu huwa ta' xejn li tbiddel strutturi jekk ma tbiddlitx il-mentalita' tat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Bosta servizzi taħt saqaf wieħed fil-qalba tal-komunità JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt IĊ-ĊENTRU Aċċess talQawra matul iż-żmien li għadda kien impenjat biex joħloq diversi opportunitajiet fil-Komunità ta' San Pawl il-Baħar. Din il-ħidma saret bil-għan li jkunu indirizzati l-bżonnijiet tal-istess lokalità bis-sehem attiv tar-residenti. F'intervista ma' din il-gazzetta, il-maniġer taċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra Martin Chetcuti fisser kif permezz taċ-Ċentru Aċċess Qawra diversi entitajiet pubbliċi qed jagħtu s-servizzi tagħhom taħt saqaf wieħed fil-qalba tal-komunità. "Dan il-fatt wassal biex dawk li jieħdu servizzi mill-istess Ċentru jistgħu jibbenefikaw minn proċess fejn ikunu jistgħu jiġu referuti minn servizz għal ieħor mingħajr burokrazija," qal Chetcuti. Iċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra ħadem ukoll biex permezz ta' diversi proġetti jisma' dwar ir-realtajiet li jeżistu fil-komunità ta' San Pawl il-Baħar u joħloq inizjattivi bis-sehem attiv tar-resident biex ikunu jistgħu jindirizzaw dawn l-istess bżonnijiet. Dan il-proċess qed isir permezz ta' twaqqif ta' numru ta' working groups li qed jassistu t-tmexxija taċ-Ċentru biex il-proċess imsemmi jkun wieħed inklusiv u dinamiku. Matul it-tliet snin li għaddew iċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra rebaħ għat-tielet sena konsekuttiva l-Premju tal-President għall-Kreattività. Permezz ta' dan il-premju ċ-Ċentru seta' jimplimenta numru ta' proġetti li permezz tagħhom ġew indirizzati numru ta' temi kurrenti li jirrigwardaw il-komunità ta' San Pawl il-Baħar. Chetcuti qal li "permezz tal-ewwel proġett stajna nagħtu taħriġ liż-żgħażagħ dwar il-fotografija biex b'hekk setgħu jikkomunikaw diversi realtajiet li kienu qed jaraw u li kienu qed jikkonċernawhom. It-tieni proġett involva proċess biex ir-residenti ġejjin minn pajjiżi differenti jkunu integrati aktar fil-komunità tagħna biex b'hekk inkunu nistgħu nipprovdu aktar opportunitajiet fejn ir-residenti Maltin u dawk li ġejjin minn pajjiżi differenti jsiru jafu aktar lil xulxin filwaqt li jaħdmu aktar id f 'id favur ilbżonnijiet tal-komunità." Fost l-inizjattivi li saru kien hemm l-organizzazzjoni ta' Villaġġ tal-Milied għas-sena 2012, attivitajiet mat-tfal fi żmien tal-Milied 2012 u l-Karnival 2013. Permezz ta' dan il-proġett iċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra nieda Expression Wall mal-faċċata tal-istess Ċentru. Permezz tal-istess faċilità l-pubbliku qed ikollu ċ-ċans li jesprimi lilu nnifsu permezz ta' kitba u tpenġija li jkunu relatati ma' temiet magħżula minn żmien għallieħor. "Il-fatt li ċ-Ċentru rebaħ għat-tielet sena konsekuttiva dan il-premju jfisser sodisfazzjon kbir mhux biss għall-ħaddiema li jaħdmu b'mod dirett f 'dawn il-proġetti iżda wkoll għall-parteċipanti li b'xi mod jew ieħor qed iħallu impatt pożittiv fil-komunità permezz tal-kontribuzzjoni diretta tagħhom," temm jgħid il-maniġer taċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra. Programm Ġenerali Solidarjeta` u Ġestjoni ta' Migrazzjoni (2007 – 2013) Din is-sejha ghall-Offerti hija parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond għall-Fruntieri Esterni (FFE) Rata ta' kofinanzjament: 75% Fondi UE: 25% Fondi mill- Benefiċjarju Iċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra Ġestjoni Sostenibbli ta' Migrazzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 December 2013