Illum previous editions

illum 15 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 Stramba għalfejn Debono Ikompli minn paġna 1 WARA li George Farrugia qal li Tony Debono kien ħalef li jeqred lilu u n-negozju tiegħu din ilgazzetta talbet lil Tony Debono għal kumment. Debono apparti li kien magħruf ħafna bħala persuna viċin il-Labour fit-tmenijiet, wara spiċċa fdat mill-PN, tant li kien konsulent fil-kumpanija (iktar tard falluta) tal-mobajl tal-PN magħrufa bħala PING. Kien ukoll maħtur ambaxxatur għall-Ġordan mill-istess gvern tal-PN. Meta l-ġimgħa l-oħra Debono ġie kkuntattjat fuq it-telefon qal lillgazzetta ILLUM biex tara x'irrisponda lill-PBS. Iżda meta l-ġurnalist tal-ILLUM insista ma' Debono biex jikkummenta wkoll dwar imejls li kellu ma' Farrugia. Kien f 'dan il-punt, li Debono qal: "Jiena għandi ż-żmien, naf kif jaħdmu ilmezzi tax-xandir." ll-ġurnalist tal-ILLUM: "Imma x'tikkumenta dwar l-imejls li kellek ma' George Farrugia dwar laqgħat ma' uffiċjali tal-partit." Kien f 'dan il-punt li Debono li qal li kien qed isuq u qata' t-telefon. Fl-imejls Tony Debono jgħid ukoll li kien Eddie Fenech Adami li wara t-telfa tal-PN fl-elezzjoni ġenerali tal-1996, talbu sabiex jassisti lix-shadow minister talkomunikazzjoni Jeffrey Pullicino Orlando. Fl-imejl Debono jgħid ukoll li kien parti minn 'issue group' li ħareġ b'numru ta' proposti u rakkommandazzjonijiet għal Strateġija talKomunikazzjoni effettiva. Debono kompla jgħid li ħadem mill-qrib ħafna ma' Joe Saliba, George Pullicino u John Camilleri filwaqt li qal li s-sehem tiegħu kellu rwol importanti ħafna fiddokument uffiċjali 'Xibka ta' Komunikazzjoni'. Lawrence Gonzi jwieġeb fil11 ta' Ġunju 2009 u filwaqt li rringrazzja lil Debono tal-għajnuna li qed joffri, rreferih għall-eks Segretarju Ġenerali Paul Borg Olivier sabiex isib l-aħjar mod ta' kif jikkontribwixxi lejn il-PN. Dakinhar filgħaxija stess, Paul Borg Olivier wieġeb u issuġġerixxa li ssir laqgħa l-Ħamis 18 ta' Ġunju fil11.30am. Borg Olivier kiteb li huwa ħerqan ħafna sabiex jiddiskuti kif Tony Debono jista' jkun ta' għajnuna għallPN. Fil-15 ta' Ġunju, Debono bgħat imejl lil Simon Busuttil sabiex jgħidlu x'kienet ir-risposta ta' Borg Olivier u jikkonferma l-preżenza tiegħu għal-laqgħa talĦamis. Busuttil wieġeb immedjatament u qal lil Debono sabiex iżommu infurmat. Interessanti l-fatt li t-Tlieta 16 ta' Ġunju Debono jibgħat imejl lil George Farrugia fejn qallu li jidher li qed jasal x'imkien ("seems we are making true in-roads"). George Farrugia jammetti li ltaq L-EKS Ministru għatTrasport Austin Gatt, li xi darba kien responsabbli mill-Enemalta, iddikjara li ltaqa' ma' George Farrugia (il-persuna li ngħatat maħfra fuq il-kundizzjoni li jgħid il-verità) fl-uffiċċju tal-kostitwenza tiegħu filĦamrun. F'avvidavit li ssottometta f 'każ ta' libell kontra ilgazzetta Maltatoday, Austin Gatt qal ukoll li ltaqa' ma' George Farrugia anke fil- garaxx tal-familja Farrugia. Gatt, li għandu kawża kontra l-editur maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan wara li l-Maltatoday ippubblikat numru ta' evidenza li turi li kien hemm korruzzjoni u qerq fix-xiri taż-żejt mill-Enemalta. Madanakollu, Gatt ċaħad li qatt ma tkellem dwar xiri tażżejt ma' Farrugia. Il-Ħamis li għadda, Farrugia tressaq għall-ewwel darba quddiem il-Kumitat għall- Kontijiet Pubbliċi (PAC), fejn id-deputati qegħdin janalizzaw l-investigazzjoni dwar ir-rapport mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali fuq ixxiri taż-żejt fl-Enemalta. Farrugia żied jgħid li hu ltaqa' wkoll mas-suċċessur ta' Austin Gatt bħala ministru responsabbli mill-Enemalta. Tonio Fenech, meta ħuh kien stiednu sabiex imur miegħu għal-laqgħa li kellu mal-ministru. Fi triqtu lejn id-dar ta' Fenech, Farrugia George Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 December 2013