Illum previous editions

illum 15 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 Il-Punt Id-Dimensja DR CHARLES SCERRI Segretarju, Malta Dementia Society ID-DIMENSJA hija kundizzjoni li taffetwa l-moħħ u konsegwenza tagħha l-persuna tibda titlef il-memorja, ikollha problemi ta' komunikazzjoni, jinbidel il-mod ta' kif tikkomportha ruħha u ma tkunx kapaċi tgħix il-ħajja normali ta' kuljum. Hija kundizzjoni newrodeġenerattiva fejn iċ-ċelloli tal-moħħ jibdew imutu b'mod allarmanti. Ma nafux x'jikkawżaha u allura m'hemmx kura għaliha fil-preżent. Sfortunatament meta jibdew jidhru l-ewwel sinjali tagħha, il-kundizzjoni ġeneralment tkun ilha li bdiet minn snin twal qabel u għalhekk il-ħsara tkun diġà saret. Madankollu, jekk tintlaħaq fil-bidu tagħha, ilmediċini li jintużaw bħalissa jaħdmu fuq iċ-ċelloli li jkunu għadhom ħajjin u allura jistgħu jrażżnu kemxejn il-progress tal-marda, għalkemm ma jfejquhiex. Sfortunatament, jeżisti twemmin falz illi meta l-bniedem jikber fl-età jibda jitlef il-memorja, iżda dan mhux minnu. Għalkemm ir-riskju li jkollok dimensja jikber hekk kif tavvanza fl-età, dan ma jfissirx li jekk tikber bilfors ser ikollok dimensja. Madankollu, huwa importanti ħafna illi jekk tinnota xi sintomi taddimensja, għandek tieħu parir mediku minnufih. Ma rridux ninsew lanqas li mhux kull problema fil-memorja hija dimensja. Hawn numru sostanzjali ta' mediċini (fost dawn insibu l-kalmanti) li jistgħu jikkawżaw nuqqas fil-memorja. Hemm ħafna tipi differenti ta' dimensja iżda bejn 60% sa 70% tal-każi huma tat-tip Alzheimer (Alzheimer's disease). L-ewwel sintomi jkunu nuqqas ta' memorja riċenti fejn pereżempju wieħed jistaqsi x'ħin hu għal diversi drabi wara xulxin, kull darba jinsa li staqsik diġà filwaqt li jkun nesa wkoll li tajtu r-risposta qabel. Bosta drabi dawk milquta jibdew jingħalqu fihom infushom u l-karattru tagħhom jinbidel xi ftit. Maż-żmien jibdew jinsew kif jagħmlu affarijiet bażiċi bħal kif jilbsu jew jieklu jew saħansitra kif jagħmlu tazza kafè. F'każ t'hekk, dawn l-individwi jkollhom bżonn attenzjoni kontinwa peress li jafu joħolqu sitwazzjonijiet ta' periklu kemm għalihom infushom u kemm għalloħrajn. Ġeneralment id-dimensja tolqot lin-nies avvanzati fl-età għalkemm jeżistu każi rari oħra. Bejn 2% u 3% tannies li għandhom 65 sena huma f 'riskju li taqbadhom id-dimensja. Però kif taqbeż it-80 sena dan il-persentaġġ jitla' għal 30% u 'l fuq minn 90 sena jiżdied għal kważi 50%. Bħalissa hawn madwar 5,400 ruħ bid-dimensja hawn Malta u din il-figura mistennija tkompli tiżdied hekk kif il-faxxa tan-nies li jaqbżu l-65 sena qiegħda dejjem tikber u ser tilħaq it-28% tal-popolazzjoni lokali fis-sena 2050. Din ir-realtà ser tiġġenera diversi problemi speċjalment meta qed nesperjenzaw nuqqas fir-rata tat-twelid. Għalhekk fil-futur in-numru ta' nies li jikontribwixxu sabiex servizzi soċjali ntiżi għallanzjani jkomplu jitjiebu ser jonqos drastikament. Dan l-effett ser jinħass ukoll fuq is-sistema tas-saħħa peress li d-dimensja hija l-aktar kundizzjoni medika li tiswa flus. Mil-lenti tal-familjari li jieħdu ħsieb lil xi ħadd bid-dimensja jeżistu wkoll diversi diffikultajiet soċjoekonomiċi. Bosta drabi dawn il-carers isibuha diffiċli jkomplu fid-dinja tax-xogħol hekk kif il-kundizzjoni tkompli tipprogressa u l-individwu jsir aktar dipendenti fuqhom għal kura bażika. Barra minn hekk id-dimensja hija waħda mill-aktar kundizzjonijiet li jħallu impatt psikoloġiku fuq dawk li jieħdu ħsieb dan l-individwi. Riċerka turi illi kważi tliet kwarti tal-carers jgħaddu minn trawma mentali li għaliha jkun hemm bżonn ta' attenzjoni medika. Fuq livell nazzjonali, qed isiru passi 'l quddiem għalkemm fadal bosta xogħol xi jsir biex nilħqu l-livelli meħtieġa f 'dan is-settur. Ittwaqqif tal-Malta Dementia Society fl-2004 kien avvanz 'il quddiem sabiex jiżdied l-għarfien dwar din ilkundizzjoni. Din is-soċjetà hija għaqda volontarja li taħdem biex tlaqqa' flimkien individwi li għandhom iddimensja, lin-nies li jieħdu ħsiebhom, professjonisti fil-qasam tas-saħħa u oħrajn li huma interessati f 'din il-kundizzjoni. L-għan prinċipali huwa li torganizza diversi laqgħat, diskussjonijiet u kampanji biex kemm jista' jkun jikber l-għarfien dwar id-dimensja. Din is-sena twaqqaf ukoll id-Dementia Support Group li qed jagħmel xogħol siewi fil-komunità. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jidħol fuq is-sit www. maltadementiasociety.org. mt. Hemmhekk isibu wkoll diversi links li jwasslu għal siti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li joffru informazzjoni utli immens dwar id-dimensja. Issoċjetà għadha wkoll kemm tniedi paġna fuq Facebook. Għal min jixtieq aktar informazzjoni fuq id-dimensja jista' jċempel id-Dementia Helpline fuq 22081826. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Għajnsielem Żgur li ħafna semgħu, qraw u raw dwar l-avveniment kbir li fetaħ il-bibien tiegħu f'Għajnsielem ilbieraħ u se jibqa' sejjer sa lejlet l-epifanija. Iżda li ħafna ma jafux hu min kienu l-vera protagonisti għal dan l-avveniment li tant qed joħloq fervur mill-Maltin u anke barranin biex jitilgħu jżuruh f'Għawdex. Proġett li ġibed lejn Għawdex ħafna ministri u personalitajiet politiċi Maltin biex anke jieħdu filmat tal-okkażjoni jew aħjar ikunu parti minn dan is-suċċess ta' raħal ċkejken f'Għawdex. Bla dubju li l-protagonista assolut hu Franco Ciangura, il-ħalliem u l-ħallieq ta' dan il-proġett li wara nuqqas ta' sena minħabba deċiżjoni żbaljata min-naħa tal-amministrazzjoni ta' dak iż-żmien ħa ħsieb li l-proġett isir għal ħames darba. Mertu wkoll għandu l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo li ħeġġeġ mhux ftit lill-istess Franco Ciangura u l-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem biex Betlem jirritorna f'Għajnsielem. Iżda dan kollu kien ikun għalxejn kieku, il-poplu u l-familji Għajnselmiżi ma middewx idejhom biex jibdlu l-villaġġ tagħhom f'villaġġ bibliku. BILLI nzertajt ngħix viċin iżżona li jsejħulha ta' Passi fejn se jsir Betlem, kont attendejt fl-ewwel ġurnata li beda x-xogħol fuq din l-art, eżatt fid-29 ta' Settembru, xahrejn u nofs ilu. Il-post kien mitluq u abbandunat. Iżda bl-għaraq tal-istess Franco Ciangura li flok qagħad jippoppa sidru, medd idejh għax-xogħol mill-ewwel ġurnata, ta' tfal mil-lokal, ta' ommijiet li wkoll middew idejhom għax-xogħol flimkien ma' pensjonanti professjonisti fix-xogħol tal-bini u xi ħaddiema tal-gvern li kienu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 December 2013