Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243
SPORTSillum 30 illum Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 SPORTSillum City u United jagħlqu s-sena b'rebħiet minimi u identiċi MANCHESTER City u Manchester United għalqu s-sena b'rebħiet minimi u identiċi ta' 1-0 kontra Crystal Palace u Norwich City rispettivament. Għal City rnexxielu jiskorja Dzeko waqt li għal United irnexxielu jsib ix-xibka Danny Wellbeck li propju daħal jilgħab fit-tieni taqsima fejn ħa post ilplejer veteran ta' 40 sena, Ryan Giggs, bir-Red Devils jaqilbu għall-formazzjoni ta' 4-4-2 matul din it-taqsima. Hull City ġewwa darhom umiljaw lil Fulham meta għelbuhom bl-iskor kbira ta' 6-0 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Koren, El Mohamady, Koren, Huddlestone u Fryatt. Aston Villa u Swansea City temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1 b'Agbonlahor jiftaħ l-iskor għal Villa waqt li Lamah ġab l-iskor indaqs għal Swansea City fejn ġie ammonit ftit sekondi wara li rnexxielu jsib ix-xibka. Fil-logħba bejn YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt West Ham United u West Bromwich Albion rajna xejn inqas minn sitt gowls hekk kif din il-logħba ntemmet fi dro ta' 3-3. Għall-Hammers skorjaw Cole, Maiga u Nolan waqt li għal West Bromwich Albion skorja doppjetta l-plejer veteran Franċiż Nicolas Anelka u Berahino. Cardiff City ġewwa darhom tilfu żewġ punti prezzjuzi fl-aħħar minuta tal-konfront kontra Sunderland hekk kif ġew miżmuma fi dro ta' 2-2. Il-gowls għalihom waslu minn Mutch u Campbell, waqt li ż-żewġ gowls ta' Sunderland waslu minn Fletcher u Colback. Intant, fost oħrajn illum ikollna żewġ logħbiet ferm importanti mill-istess kampjonat fejn Arsenal barra minn darhom f 'St James Park jilagħbu kontra Newcastle United fejn jekk huma jiksbu t-tliet punti jispiċċaw is-sena 2013 fil-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier, punt vantaġġ fuq Manchester City, waqt li f 'logħba oħra Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge jilqgħu lil Liverpool. F'logħbiet oħra fl-istess jum Tottenham Hotspur jilqgħu lil Stoke City f 'White Hart Lane waqt li Everton jilqgħu lil Southampton f 'Goodison Park. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 28 ta' Diċembru Manchester C. vs Crystal P. 1-0 Norwich C. vs Manchester U. 0-1 West Ham U. vs WBA 3-3 Cardiff C. vs Sunderland 2-2 Aston V. vs Swansea C. 1-1 Hull C. vs Fulham 6-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 29 ta'Diċembru 14:30 Everton vs Southampton 14:30 Newcastle U. vs Arsenal 17:00 Chelsea vs Liverpool 17:00 Tottenham H. vs Stoke C. 17:00