Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243
24 illum | Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 Il-Punt Id-Dar tal-Providenza għandha bżonnok FRED BEZZINA Amministratur tad-Dar tal-Providenza ID-DAR tal-Providenza twaqqfet minn Mons. Michael Azzopardi fl-1965 bil-għan li toffri dar f'ambjent ta' mħabba u li jixbah il-familja lill-persuni b'diżabilità li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jibqgħu jgħixu fil-familja tagħhom. Minn dakinhar sal-lum, id-Dar tal-Providenza appoġġjat lir-residenti tagħha biex huma jipparteċipaw fil-komunità u jkollhom kwalità ta' ħajja fil-komunità. Dan ifisser li sentejn oħra d-Dar se tiċċelebra l-ħamsin anniversarju mit-twaqqif tagħha. Il-valuri tad-Dar talProvidenza għandhom l-għeruq tagħhom fit-tagħlim tal-Evanġelju. Aħna nemmnu li l-ħajja umana hi sagra u għandha valur ugwali u bla kundizzjonijiet. Nistqarru wkoll rispett intrinsiku lejn kull persuna, huma x'inhuma l-aspetti pożittivi u l-abbilitajiet tagħha. Illum id-Dar tal-Providenza tikkonsisti f'ħames residenzi: Villa Monsinjur Gonzi, Villa Papa Giovanni, Villa Papa Luciani, Żerniq fil-komunità tas-Siġġiewi u Akkwarell filkomunità tal-Qawra. Fil-preżent madwar mitt resident jgħixu fid-Dar bletajiet tagħhom huma bejn is-sentejn u t-tmenin sena. Hi toffri wkoll servizz regolari u importanti ħafna ta' respite lill-familji ta' persuni b'diżabilità, billi toffrilhom appoġġ ħalli l-persuna b'diżabilità tkun tista' tibqa' tgħix fi ħdan il-familja tagħha. Aħna nemmnu li l-familja hi l-pedament tassoċjetà u għalhekk dan l-appoġġ lill-familja huwa importanti ħafna biex il-persuna b'diżabilità tkun tista' tkompli tgħix filfamilja tiegħu jew tagħha jekk din tkun ix-xewqa tal-persuna b'diżabilità nnifisha. Id-Dar tesiġi li s-servizz li toffri lill-persuni b'diżabilità jkunu servizzi individwalizzati b'rispett sħiħ lejn id-drittijiet u d-dinjità tagħhom kif ukoll li tippromwovi l-iżvilupp personali sħiħ u l-inklużjoni soċjali ta' dawn il-persuni. Hu d-dmir tagħna li naħdmu ħalli l-persuni b'diżabilità li jgħixu fid-djar tagħna jkunu jistgħu jiddeċiedu għalihom infushom, jiġi mħares id-dritt tagħhom għall-privatezza u li jkunu jistgħu jiddeterminaw ħajjithom huma stess. Ix-xogħol mar-residenti huwa primarjament ikkaratterizzat mix-xogħol bżonjuż ta' kuljum li jinkludi l-ħasil ta' dawk ilpersuni li ma jistgħux jagħmlu dan weħidhom, l-ikel u l-kura ġenerali tar-residenti kollha b'intensità varja li tiddependi fuq il-bżonnijiet individwali ta' kull resident/a. Dan ix-xogħol huwa kkumplimentat minn xogħol ieħor li jarrekkixxi iżjed ilħajja tar-residenti li s-support workers, l-ability promoters u l-fiżjoterapisti (fost oħrajn) jikkontribwixxu. Biex toffri s-servizzi tagħha d-Dar timpjega madwar 200 ħaddiem kif ukoll madwar 200 voluntier li b'tant ġenerożità jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom biex jgħinu lid-Dar tkompli taqdi l-missjoni tagħha. Ħafna minnhom jiġu d-Dar fuq bażi regolari waqt li oħrajn jagħmlu xi xogħol ta' darba. Fost ilvoluntiera nsibu dawk li jaħdmu direttament mar-residenti jew fl-appartament jew billi jimpenjaw ruħhom li joħorġu xi residenti passiġġata fil-ġonna tad-dar, fiċ-ċentru agrikolu jew f'attivitajiet differenti fid-Dar jew barra mid-Dar. Voluntiera oħra jgħinu fil-kċina, fil-ħasil tal-ħwejjeġ, fis-sezzjoni tal-ħjata, fil-manutenzjoni, fl-imħażen, fil-bazaar li jiftaħ kull nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ħamis fid-Dar tal-Providenza stess kif ukoll fl-uffiċċju tal-Belt Valletta. Id-Dar għandha wkoll komunità ta' erba' sorijiet tal-Kongregazzjoni ta' Santa Giovanna Antide Thouret (magħrufa bħala s-Sorijiet tal-Karità). Is-Sorijiet tal-Karità ilhom joffru s-servizz tagħhom, b'mod speċjali dak mediku lidDar, sa mit-twaqqif tagħha. Matul l-2013, id-Dar ħadmet fuq diversi proġetti li l-aktar importanti fosthom kienu l-Kamra Multisensorjali, l-Uffiċċju tal-Belt Valletta, u lift ġdid f'Villa Papa Luciani. Il-Kamra Multisensorjali toffri ambjent iddisinjat speċifikament biex jgħinu persuni b'diżabilità jgawdu minn varjetà kbira ta' esperjenzi sensorjali għatterapija, tagħlim, rilassament u gost. Il-kunċett hu li jiġu maħluqa attivitajiet li jiffukaw fuq sensi partikolari bħal dak li tmiss, li tara, tisma', ixxomm jew tiċċaqlaq. Din il-kamra speċjalizzata ġiet inawgurata nhar it-Tnejn 24 ta' Ġunju, 2013 mill-E.T. George Abela, President ta' Malta u mis-Sinjura Abela u mbierka mill-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta' Malta. Dan il-proġett kien parzjalment iffinanzjat millMalta Community Chest Fund. Il-Kamra Multisensorjali hi konferma oħra tal-impenn kontinwu tad-Dar li tipprovdi servizz ta' kwalità lir-residenti tagħha. L-uffiċċju li ftaħna fil-Belt Valletta jinsabu fi Triq San Pawl eżattament wara s-suq l-antik. L-għan ta' dan l-uffiċċju kien li d-Dar tkun eqreb lejn il-komunità, tesponi l-prodotti agrikoli li r-residenti jagħmlu u wkoll tkun tista' tilqa' donazzjonijiet mill-pubbliku. Din is-sena ħassejna l-bżonn li nibdlu l-lift ta' Villa Papa Luciani li kien qdiem u li issa sar ukoll aktar b'mod li jista' joqgħod stretċer ġo fih. Barra minn tliet proġetti kbar sar ukoll ħafna xogħol ta' manutenzjoni fejn inżebgħu diversi appartamenti, twessgħu il-bibien, inbidlu kmamar talbanju fost l-oħrajn. Din is-sena d-Dar ukoll fasslet mill-ġdid l-istqarrija tal-viżjoni, il-missjoni u l-valuri tagħha biex ikunu aktar relevanti għaż-żminijiet tal-lum. Hi wkoll nediet kompetizzjoni biex ikollha logo ġdid li jkun jirrifletti aħjar din l-istqarrija. Tliet miljun u nofs ewro fis-sena huma meħtieġa biex titmexxa din id-Dar. Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-flus huma meħtieġa biex jitħallsu s-salarji tal-ħaddiema u professjonisti li jappoġġjaw lir-residenti filbżonnijiet kollha tagħhom ta' kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa, erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Id-Dar tal-Providenza, li hi mibnija fuq il-Providenza Divina, tgħix fil-parti l-kbira tagħha mill-ġenerożità talbenefatturi tagħha u minn donazzjonijiet tal-pubbliku li hi tirċievi biex tiffinanzja l-ħidma tagħha u tagħmel dan f'livell għoli. L-akbar attività ta' ġbir ta' fondi hi l-Festa ta' Ġenerożità, li ssir fl-Ewwel tas-Sena fid-Dar tal-Providenza stess is-Siġġiewi. F'din il-ġurnata, ilpubbliku Malti u Għawdxi jkun mistieden iżur din id-Dar, jagħti d-donazzjoni tiegħu, jara xi proġett ġdid li jkun sar u fl-istess ħin igawdi minn wirja mogħtija mill-aħjar talent lokali. Din l-attività tkun trasmessa wkoll fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni Maltin. Kull min jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu għal din l-attività jista' jiġi dakinhar idDar tal-Providenza stess fejn se jkun hawn ukoll spettaklu sabiħ il-ġurnata kollha taħt ittinda li ser tittella' apposta jew iċempel fuq dawn in-numri: 51602012 biex tagħti €10 51702013 biex tagħti €15 51802014 biex tagħti €25 5061892 (SMS) biex tagħti €7 Id-Dar tal-Providenza se tkompli taħdem biex bil-għajnuna tal-pubbliku Malti u Għawdxi tkompli tagħti dan is-servizz importanti mhux biss lil mitt resident li jgħixu għandha imma lis-soċjetà tagħna kollha. Għawd F'DIN il-paġna kemm-il darba kellna kummenti dwar kif jaħsbuha fuq Għawdex u x'iridu minn Għawdex il-membri parlamentari Għawdxin, l-istudenti, l-imsieħba soċjali u n-negozjanti Għawdxin. Kulħadd qal tiegħu dwar kif jaħsibha dwar Għawdex. X'hemm bżonn għal Għawdex. Min jgħid li hemm bżonn pont, min mina, min ajruplan, min ħelikopter u min jgħid Katamaran. Min jgħid li hemm bżonn ta' turiżmu b'differenza u min jgħid li hemm bżonn aktar żvilupp biex Għawdex ma jibqax presepju u jinħoloq ixxogħol għaż-żgħażagħ Għawdxin. Ħassejt li wara li smajna tant ideat nisimgħu ftit kif taħsibha l-Alternattiva Demokratika li ħafna drabi tibbaża l-politika tagħha fuq l-ambjent naturali fejn Għawdex għadu magħruf għalih. Ħafna jaħsbu li bejn l-iżvilupp u l-ambjent m'hemmx kompromess. Sadattant Għawdex għandu bżonn sew żvilupp kif ukoll li l-ambjent jibqa' bla mittiefes għax dak li jagħmel Għawdex differenti minn Malta. Għax Għawdex hu l-ġenna tal-ambjentalisti u flistess ħin l-imprendituri jaraw fih potenzjal qawwi għall-iżvilupp. Tkellimt mal-Perit Carmel Cacopardo li hu l-Viċi Chairman tal-Alternattiva Demokratika u kandidat għall-elezzjonijiet talParlament Ewropew f 'Mejju li ġej li ħareġ b'dan li ġej dwar Għawdex, l-aċċess għalih, l-ambjent, l-ekoturiżmu u l-agrituriżmu. "L-aċċess liberu u immedjat bejn Malta u Għawdex mhux xi ħaġa li bdejna nargumentaw dwarha issa. L-argument ilu għaddej is-snin. Niftakar fis-snin 60 meta