Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243
Kummercjali 26 illum | Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 Ħames Minuti ma' Aldo Busuttil MSC Lirica b'it MSC Lirica, wieħed minn erba' cruise liners ġodda li se jiġi rinovat drastikament minn MSC Cruises, se jibda jieħu passiġġieri minn Malta fuq itinerarju ġdid. Dettalji dwar il-bidu ta' dawn ilcruises mistennija joħorġu dalwaqt minn MSC Cruises li tinsab f 'kuntatt kontinwu ma' Hamilton Travel, l-aġenti esklussivi ta' MSC Cruises f 'Malta. MSC Cruises ħabbru li se jagħmlu xogħol ta' rinovazzjoni fuq l-erba' cruise liners tal-kategorija Lirica b'investiment ta' €200 miljun fis-sentejn li ġejjin. Dan l-investiment ġie kkummissjonat minn Fincantieri fl-Italja, kumpanija ewlenija tal-bini tal-vapuri u se jkun komplet sal-2015. Ir-'rinaxximent' ta' MSC Lirica, MSC Armonia, MSC Sinfonia ALDO Busuttil għandu 32 sena u ilu espost għaxxena tal-ispettaklu minn età żgħira. Kiseb fama lokalment bil-kanzunetta Addio Ciao fil-Eurosong tal-2005. Sal-lum Aldo ħareġ żewġ albums u għadu jitħarreġ fil-kant għand is-sopran Gillian Zammit u s-sopran Patrizia Morandini ġewwa Firenze. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit uffiċjali tiegħu www.aldobusuttil.com Kelma waħda li tispjega ħajtek? Sfida. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Ħalli n-nies jgħixu kif jixtiequ mingħajr indħil politiku u reliġjuż. Kemm hi importanti għalik l-imħabba? L-imħabba hi l-enerġija għall-kreazzjoni ta' opri sbieħ, is-soluzzjoni għallfirdiet u għal paċi fina nfusna. X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? Mingħajr flus la tgħannaq u lanqas tbus, la tagħmel studji, kunċerti u albums. Biss, b'wiċċi minn quddiem la qatt ma mort ħallast biex nidher fuq it-TV jew biex nirbaħ xi festival. L-opra għad għandha rwol fis-soċjetà moderna tallum? Iva, minkejja li l-istejjer jew aħjar t-traġedji nkitbu ħafna snin ilu, dejjem jibqgħu rilevanti għal ġurnata tallum. Hemm bżonn li l-opra niftħuha fl-iskejjel u barra mit-teatru fejn nilħqu n-nies li jsibuha diffiċli kemm finanzjarjament u kemm mentalment biex jifhmu s-sabiħ u l-emozzjoni talopra. Inżid ukoll li sezzjoni ta' nies li jattendu għal rappreżentazzjonijiet talopra, imorru hemm biex juru ċertu status u mhux għax għandhom xi passjoni. Dan hu riżultat ta' falliment totali mill-gvernijiet preċedenti fejn l-opra u l-mużika klassika qatt ma ngħataw importanza filkurrikulum u fl-attivitajiet ekstra-kurrikulari. X'taħseb dwar il-kaċċa f 'Malta? Hemm bżonn li l-abbużi minn ċerti kaċċaturi jittieħdu bis-serjetà billi titwaqqaf sezzjoni ta' Pulizija Forestali, bħal m'għandhom l-Italja, biex jgħassu u jwaqqfu mhux biss il-kaċċa illegali imma kull azzjoni u żvilupp illegali. L-edukazzjoni favur l-apprezzament tal-ambjent għandha tissaħħaħ b'aktar kampanji u programmi t'edukazzjoni biex pajjiżna jipproduċi anqas kaċċaturi u nassaba. X'tippreferi: is-sajf jew ix-xitwa? Ix-xitwa. Għalkemm fissajf napprezza t-temp sabiħ, is-saħħa u l-konċentrazzjoni jgħosfru speċjalment dawn l-aħħar sentejn li s-sajf sar mifni bi sħana insapportabbli. Pajjiżna bilmod il-mod miexi lejn klima tropikali. X'taħseb dwar l-introduzzjoni tal-unjoni ċivili f 'pajjiżna? Pajjiżna hu gżira u għalhekk bħal gżejjer oħra dejjem jimxi bejn 20-30 sena lura mill-iżvilupp demokratiku f 'pajjiżi żviluppati. Biss, mindu daħlet it-teknoloġija u l-internet fid-djar, in-nies tħalltu aktar u dan ġab bidla fil-mentalità u valuri tradizzjonali. Jien naqbel ma' kull liġi li tippromwovi l-ugwalità speċjalment ma' dawk li huma mkasbrin u mwarrba mis-soċjetà. Taqbel mal-adozzjoni għall-koppji tal-istess sess u għalfejn? Għall-ewwel kont xettiku. Biss, imbagħad kif rajt u smajt diversi esperjenzi ta' familji b'koppji tal-istess sess ikkonkludejt li m'hemm xejn ħażin. Anzi kkonkludejt li wħud minnhom huma aħjar minn familji tradizzjonali għax hemm aktar djalogu, attenzjoni u mħabba. Insaqsi jien, jekk wieħed trabba mal-patrijiet, sorijiet, maz-ziju/a, man-nanna/u jew familjari tal-istess sess allura dan jfisser li ngħata trobbija mkissra? Veru, li l-ideal hu li jkollok missier u omm però nħoss li mhux kulħadd għandu l-abbiltà u l-vokazzjoni ta' ġenitur għax din bħal mużika tirrikjedi passjoni, sagrifiċċji, imħabba u attenzjoni. X'jiffrustrak? Persuni li għandhom ċertu skola jew huma fil-poter però xorta baqgħu injoranti jew ipokriti għax għandhom l-interessi tagħhom. Nies li jdumu ma jieħdu deċiżjoni jew li jibżgħu jieħdu deċiżjoni jew jgħidu dak li jħossu għax jibżgħu min-nies ta' madwarhom. Individwi li jċaħħdu opportunitajiet (jwarrbuk) għax huma ppreġudikati jew għax ma tilgħaqhomx. Biex issir proġett (b'mod speċjali xi arterja prinċipali) nieħdu x-xhur u s-snin. X'ibeżżgħek? Qabel kelli ħafna affarijiet li jbeżżgħuni. Illum kważi ma sar ibeżżagħni xejn ħlief il-biża' li nitlef il-ġenituri u l-ftit ħbieb ta' vera. Temmen f 'Alla? Għaliex? Ma nixtieqx nidħol f 'dan is-suġġett għax ma rrid nurta lil ħadd. Biss, dak li nagħmel nagħmlu b'imħabba għax nemmen fih u għax nemmen li jekk tagħmel ittajjeb tħossok aħjar u mhux għax nibża' li mmur l-infern. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Li tilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħek u mhux ta' ħaddieħor jew ta' dak li tiddettalek s-soċjetà. L-isbaħ esperjenza f 'ħajtek? Waħda mill-isbaħ esperjenzi kienet meta kantajt l-ewwel darba filfestival Malta Eurosong fl-2005 bil-kanzunetta Addio Ciao. Meta minkejja l-preġudizzji li għandhom ċerti nies lejn il-mużika pop klassika rnexxieli nikseb ilħames post. Il-Futur ta' Aldo Busuttil... Il-mira tiegħi hi li nieħu pjaċir nagħmel dak li qed nagħmel waqt li b'hekk nagħti emozzjoni lillpubbliku u lili nnifsi. Intejjeb dejjem il-prodott tiegħi u dan nagħmlu billi nkun kritiku tiegħi nnifsi waqt li nfittex opportunitajiet ġodda u naħdem ma' nies ta' livell. Is-suċċess hu sekondarju. L-appoġġ ta' G GO plc għal darb'oħra kienet sponsor ewlieni tal-edizzjoni ta' l-Istrina ta' din is-sena. Minbarra għotja ta' €20,000 li kienet ippreżentata matul l-attività fis-26 ta' Diċembru, GO pprovdiet appoġġ loġistiku sostanzjali. Kurt Camilleri, il-Kap tal-Marketing ta' GO, qal: "L-appoġġ ta' GO għal l-Istrina jmur lil hinn mill-għotja finanzjarja. L-infrastruttura talkomunikazzjoni meħtieġa għal l-Istrina hi kbira u tinkludi 400 siegħa ta' preparamenti. Matul l-attività kien hemm 145 linja tat-telefon jaħdmu u saru madwar 40,000 telefonata. Kien hemm ukoll iktar minn 10,000 SMS li ntbagħtu biddonazzjonijiet. Bħala waħda mill-isponsors ewlenin ta' l-Istrina, GO pprovdiet it-tagħmir u s-servizzi mingħajr ħlas." Minbarra s-servizzi ta' telefonija u mowbajl, l-appoġġ tekniku ta' GO għal l-Istrina inkluda x-xandir tat-TV u servizzi tal-internet. Dan involva tliet broadcasting units, 20 konnessjoni tal-ADSL, 2 konnessjonijiet tal-VDSL u 4 konnessjonijiet tal-IPTV. "Bħala l-fornitur tatTV, telefonija, mowbajl u internet, GO tgħin lil l-Istrina twassal il-