Illum previous editions

illum 29 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 F'inqas minn sentejn u nofs: Tintemm is-saga tal-Arriva f'pajjiżna JEROME CARUANA CILIA L-eks Ministru Austin Gatt flimkien maċ-Chief of Staff Manuel Delia "Iż-żmien tal-bużulotti għadda" - Austin Gatt Wara ħafna aspettattivi għolja, is-Sibt 2 ta' Lulju 2011 saret iċċerimonja tal-bidu tas-servizz ta' trasport pubbliku ġdid minn Arriva Malta. "Darb'oħra għidt li dal-lejl se nesperjenzaw rivoluzzjoni fit-trasport. Illum inżid aġġettiv li ironikament hu ta' Mao Zedong: issa trid tibda rivoluzzjoni permanenti," kien qal l-eks Ministru tat-Trasport Austin Gatt waqt l-inawgurazzjoni fit-terminus il-ġdid tal-Belt Valletta. Fuq kollox "iż-żmien tal-bużulotti għadda," sostna Gatt waqt li saħaq li ilu jaħdem fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku minn April tal-2008. Il-problemi tal-bendy buses Il-Bendy buses – Falliment totali Ċertament li raġuni ewlenija għalfejn il-kumpanija Arriva kienet f'kontroversja sħiħa, huma l-bendy buses. Xi minn daqqiet il-bendy bus ma setgħetx iddur sew, drabi oħra teħel fi triq dejqa, kellna każijiet fejn bendy bus tagħlaq triq prinċipali sabiex iddur, imbagħad teħel kompletament. Dan kollu ġab miegħu traffiku, dewmien u fuq kollox inkonvenjenza għall-pubbliku. Il-Partit Laburista kkritika bl-aħrax l-introduzzjoni tal-bendy buses f'pajjiżna, u saħansitra għamel billboard li fih waqqa' għaż–żufjett lill-eks Ministru Austin Gatt. L-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu f'Għawdex faħħret dan is-servizz Dewmien, kaos, taħwid fir-rotot u xufiera ma jidħlux għax-xogħol Il-Ħadd 3 ta' Lulju bdiet is-saga tal-Arriva Kaos, dewmien, taħwid fir-rotot, numru ta' xufiera ma marrux għall-ewwel ġurnata tax-xogħol, dan hu dak li esperjenzaw bosta nies fl-ewwel jiem meta bdiet topera l-kumpanija Arriva f'pajjiżna. Madanakollu ħafna faħħru s-servizz komdu bl-arja kundizzjonata, xufiera li ħadmu b'kortesija kbira u l-karozzi tal-linja ta' livell għoli. Fil-fatt, il-karozzi tal-linja l-ġodda kollha għandhom magna Euro V u li għal kuntrarju tax-xarabanks l-antiki, joffru l-aqwa livell ambjentali possibbli. Arriva Group hija parti minn Deutsche Bahn u tinkludi numru ta' servizzi tat-trasport, fosthom tal-linja, kowċis, ferroviji, servizz ta' trasport bl-ajru u distribuzzjoni ta' kowċis u karozzi tal-linja. Il-kumpanija Deutsche Bahn topera f'aktar minn 130 pajjiż madwar id-dinja u timpjega aktar minn 291,000 persuna. F'Għawdex is-servizz mexa ħarir Qabel ir-riforma fit-trasport pubbliku, is-servizz f'Għawdex kien prattikament ineżistenti. Madanakollu, dak li ma ġarax f'Malta seħħ fil-gżira Għawdxija. Kien hemm ħafna tifħir għas-servizz tat-trasport pubbliku tal-Arriva fil-gżira t'Għawdex. L-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu f'Għawdex qalet li l-introduzzjoni talArriva f'Għawdex kien pass 'il quddem ħafna għat-turiżmu f'Għawdex. Pass importanti ħafna kien l-introduzzjoni ta' karozza tal-linja diretta millAjruport Internazzjonali ta' Malta għaċ-Ċirkewwa. L-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) tixtieq tavża li dawn l-iskemi ta' għoti nazzjonali qed jiġu estiżi sal-31 ta' Diċembru 2014: Sistemi ta' solar water heaters fis-settur domestiku Roof Insulation u Double Glazing għal użu domestiku Restawr ta' Bjar Domestiċi Għal aktar informazzjoni, idħol fuq il websajt www.mra.org.mt Malta Resources Authority, Millennia, Aldo Moro Road, Marsa MRS 9065, Malta. Tel: +356 21220619; Fax: +356 22955200 E-mail: enquiry@mra.org.mt; www.mra.org.mt Bosta persuni jweġġgħu f'inċidenti fl-akwata ta' Bieb ilBombi L-24 ta' Ottubru 2012, inċident li fih kienu involuti numru sew ta' karozzi, fosthom Inċident li fih bosta persuni sofrew xi ġrieħi tliet karozzi tal-linja. Saħansitra, waħda mill-karozzi tal-Arriva baqgħet dieħla f'Bieb il-Bombi. Madwar 29 persuna sofrew xi ġrieħi u ngħataw il-kura. 16 minnhom ittieħdu l-Isptar Mater Dei filwaqt li t-13 l-oħra ngħataw il-kura meħtieġa fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana. Wara dan l-inċident qamu ħafna spekulazzjonijiet dwar issigurtà tal-karozzi tal-linja tal-Arriva. Min qal li dawn mhumiex ta' kwalità għolja u min saħaq li t-tort huwa tax-xufiera li mhumiex imħarrġin biżżejjed. Iżda fi stqarrija, l-Arriva qalet li t-tliet karozzi tal-linja involuti fl-inċident inxtraw ġodda u ilhom jintużaw biss minn Ġunju 2011. Diversi bendy buses tal-Arriva jieħdu n-nar Matul is-sajf li għadda, numru ta' bendy buses tal-Arriva ħadu n-nar. Din il-kwistjoni allarmat lill-pubbliku inġenerali Vetturi tal-Arriva jieħdu n-nar u wasslet sabiex il-vetturi jiġu sospiżi mit-toroq. Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura kien talab lil Transport Malta biex taħtar kummissjoni ta' esperti tekniċi biex tinvestiga x'ġara fil-każ tan-nirien fuq diversi karozzi tal-linja talArriva. Min-naħa tagħha, il-kumpanija Arriva fi stqarrija qalet li l-indikazzjonijiet huma li l-inċidenti mhumiex marbutin ma' xulxin u assigurat lill-pubbliku li l-vetturi huma siguri u li s-sigurtà tal-passiġġieri tibqa' prijorità ewlenija għaliha. L-Arriva ma eskludietx li n-nar seta' tqabbad apposta. L-Arriva titlaq minn Malta Fit-22 ta' Diċembru ħarġet l-aħbar uffiċjali li l-kumpanija Arriva ser titlaq minn pajjiżna. Il-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweet qal li permezz ta' servizz ġdid, il-Gvern ser jaħdem sabiex jgħolli l-livell tat-trasport pubbliku f'pajjiżna u b'hekk il-poplu jkollu servizz li jixraqlu. "Iddiżastru tat-trasport pubbliku, mir-rotot ħżiena sal-investigazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-prezzijiet huma eżempju ċar tal-legat li wiret dan il-gvern," sostna Muscat. B'referenza għall-aħbar li l-kumpanija Arriva mhix se tibqa' topera s-servizz tat-trasport pubbliku f'pajjiżna, il-Partit Nazzjonalista esprima s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-ħaddiema li jistgħu jintlaqtu b'mod negattiv b'din id-deċiżjoni tal-Gvern. Il-Partit Nazzjonalista saħaq li kwalunkwe deċiżjoni tal-Gvern għandha mhux biss twassal għal titjib fil-livell ta' servizz fittrasport pubbliku iżda tassigura li l-ebda wieħed mill-ħaddiema tal-kumpanija Arriva ma jitlef il-post tax-xogħol tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 December 2013